It-Tnejn, 17 ta' Marzu 2008     
      

 

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 Il-vjolin li jitkellem

 

 “Allura dan li jġiehel lill-vjolin jitkellem” qaltli mara hekk kif dħalt fis- Sala Starlight ta’ Wenty Leagues Club NSW. Kliem preċiż li jiddiskrivi sewwa lill-vjolinista Malti George “Pusé” Curmi. Hija ħasra li dan il-bravu ċelebri Malti ma jkollux iktar opportunitajiet fl-Awstralja għax għal darba oħra ippreżentalna segment paxxa s-sensi mużikali tagħna għal mod kif jagħmel użu minn dan l- istrument biex jilħaq il-gosti ta’ kulħadd. F’din il-ħames żjara fl-Awstralja, George Curmi kien akkumpanjat mis-simpatika mara tiegħu Hilda Schembri li xejn inqas minnu ferħitna b’vuċi sabiħa u b’varjetà ta’ kanzunetti.
 
Kien kunċert li suppost kellu jkun l- aħħar wieħed tal-promutur/kantant Charles (Baby Face) Curmi għax kif qalilna li wara li ġab l-Awstralja 71 entertainers minn Malta issa wasal iż- żmien  tiegħu  biex jirtira. Kien għalhekk

Hilda Curmi bil-bandiera Maltija

 

Il-Pusé, Hilda u Charles Curmi

Il-Pusé wara l-kunċert

 

xieraq li għażel lil kuġinuħ bħala l-aħħar artist għax ċertament spiċċa l-karriera tiegħu ma’ wieħed mill-aqwa artisti/mużiċisti ta’ klassi.

George Curmi ma għandux bżonn atti oħra miegħu għax il-ħoss melodjuż li joħroġ mill-vjolin u l-vuċi ta’ martu kienu jkunu biżżejjed iżda kien hemm atti oħra

 

li żammewna fis-sala għal madwar ħames siegħat sħaħ fejn għal darba oħra brillaw it-talenti tal-familja Curmi.
 
Ġie mħabbar li hemm possibbiltà li George Curmi jkun lura l-Awstralja s- sena dieħla fejn se jidher f’Sydney Opera House, lokal li żgur jixraqlu ħafna iktar minn sala ġo klabb fis-sabberbja.

 
 

 Il-Mardi Gras u l-Maltin

 

 Il-belt ta’ Sydney ukoll għandha l- karnival anzi hija magħrufa mad-dinja kollha bil-preżentazzjoni spettakulari tal- Gay and Lesbian Mardi Gras matul it- toroq ta’ Sydney liema parata tattira madwar 350,000 spettatur. Din is-sena kienet parata speċjali għax il-Gay & Lesbian Mardi Gras għalaq 30 sena minn mindu beda jsir dejjem kontroversarju u dejjem imħedded b’ħafna protesti. Kien hemm xi żmien li konna narawħ fuq l-ABCTV iżda dan inqata’ wkoll.

L-avukat Chetcuti mgeżwer
bil-bandiera Maltija

 

Il-Grupp tas-78ers

 

Dis-sena ta’ l-anniversarju kien hemm madwar 150 karru dekorat u ħadu sehem madwar 10,000 persuna. Wieħedmill-partiċipanti ewlenin li kien fuq quddiem tal-grupp 78-ers kien l- avukat Joseph Chetcuti li jipprattika l-liġi f’Lygon Street Legal Aid Melbourne. Il- grupp tas-78-ers, ħafna minnhom kienu fl-ewwel parata oriġinali kellhom laqgħa qabel il-marċ fir-Rex Centre Kings Cross (ara ritratt).
 
L-avukat Chetcuti huwa wkoll magħruf f’Malta bħala attivista prominenti tal- Moviment Gay u kiteb anke kotba fuq dan   is-suġġett.   F’xi   żmien   ilu  kellu

 

kwistjoni mal-MCC ta’ Victoria għax ma aċċettawx it-talba tiegħu biex jitkellemfuq is-suġġett ta’ l-omoses- swalità fiċ-Ċentru ta’ Parkville.
 
Fil-parata, l-avukat Chetcuti deher ingeżwer f’bandiera Maltija (ara ritratt). Kien hemm ukoll mitt membru tal-kleru Kristjan li talbu apoloġija għal mod kif ġew ittrattati l-gays u lesbians. Din il- parata annwali u l-festi konnessi magħha jattiraw lejn il-belt ta’ Sydney eluf ta’ viżitaturi mid-dinja kollha u jiġġeneraw ħafna negozju tant li l-Gvern Statali jagħti appoġġ finanzjarju biex tiġi organizzata din il-parata.

 

Uħud mill-kostumi kuluriti waqt il-parata

 
 

 Konslu Ġenerali ġdida

 

 Hekk kif tħabbret id-data ta’ l- elezzjoni tħabbret ukoll il-ħatra ta’ Konslu Ġenerali ġdid għall-iStat ta’ NSW (li huma sitt darbiet ikbar mill- Ingilterra). Għal dawn l-aħħar ħames snin kellna lil Joanna Pisani li mhux biss kienet l-ewwel mara f’din il-pożizzjoni iżda wkoll għal sena u nofs serviet bħala d-Dekan tal-Korp Diplomatiku f’NSW. Joanna Pisani li issa tinsab lura f’Malta qdiet xogħolha b’dinjità u żelu u jidher li ħalliet warajha ħafna ħbieb. Il-Konslu Ġenerali l-ġdida hija wkoll mara.
 
Annamarie Bonnici bdiet uffiċjalment fl- ewwel ta’ Marzu u immedjatament kellha titlaq lura lejn Malta biex tivvota fl- elezzjoni  għax  is-sistema antikwata ta’ Malta ma tippermettix voti bil-posta ta’ dawk ikkwalifikati biex jivvutaw.
 
Annamarie Bonnici, ta’ 27 sena, ingħaqdet   mal-Korp  Diplomatiku  Malti

 

fis-sena 2003 ftit wara li ggradwat mill- Università ta’ Malta b’BA (Honours) fil- lingwa Ingliża. Studjat ukoll fl-Università ta’ Clarion f’Pennsylvania fl-Istati Uniti. Hi għandha ukoll Master of European Studies mill-Università ta’ Bonn fil- Ġermanja.
 
Matul dawn is-snin fil-Korp Diplomatiku, ħadmet f’diversi oqsma tal-Ministeru tal- Affarijiet Barranin f’Malta fosthom id- Dipartiment  tal-Protokoll.   Għal   dawn l-aħħar sentejn, kienet taħdem fid- Dipartiment tar-Relazzjonijiet Esterni u tal-Mediterran fejn kienet tieħu ħsieb ir- relazzjonijiet bilaterali ta’ Malta mal- pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq u l-pajjiżi tal- Lvant Nofsani.
 
Annamarie Bonnici, minn Ħaż-Żabbar, hija l-ħames fost sitt itfal ta’ John u Carmen Bonnici. Hija għandha erba’ ħutha   subien   akbar  minnha  u  oħtha

 

Annamarie Bonnici

 

iżgħar minnha. Apparti milli tħobb ħafna tivvjaġġa, Miss Bonnici tħobb ukoll taqra, tisma’ il-mużika u tipprattika diversi attivitajiet sportivi.

 
 

 Żewġ persuni fl-aħbarijiet

 

 Żewġ persuni prominenti minn żewġ naħat totalment differenti tal-komunità reġgħu kienu fl-aħbarijiet. Fuq naħa waħda kellna l-Isqof tad-Djoċesi ta’ Parramatta, Kevin Manning jieħu sehem attiv u jitkellem f’rally kbir li sar quddiem Parliament House ta’ Sydney li għaliha attendew madwar 4000 persuna. Ir-rally sar bħala protesta kontra l-proposta tal-Gvern ta’ NSW li jrid jippravitizza l-industrija ta’ l- elettriku. Meta indirizza lir-rally, l-Isqof qal l-knisja kattolika kienet kontra din il- mossa tal-Gvern għax finalment l-interessi ta’ dawk li jkollhom l-ishma se jiġu qabel l-interessi tal-pubbliku.
 
Fuq in-naħa l-oħra, Alex Vella, l-ex kap ta’ l-għaqda tas-sewwieqa tal-muturi msejjħa Rebels deher fil-Qorti bħala vittma ta’ frodi ta’ identità li swewlu miljuni ta’ flus. Dan il-Malti ta’ 54 sena qal li tilef tlett propjetajiet, inkluż kmamar-każin li l- gang tar-Rebels bikies għandhom f’Leppington NSW. Alex Vella qiegħed jallega li l- eks sieħbu fin-negozju Tony Caradonna kien l-kaġun ta’ scam. Skond ma qal fil- Qorti, Michael Slattery QC, Caradonna seraq lil Vella l-identità tiegħu fuq ċertifikati ta’ tlett propjetajiet li jiswew madwar $2,417,382 billi fl-2006 iffalsifika xi dokumenti u ġibed flus mill-ANZ Bank b’ċekkijiet iffalsifikati bil-firma ta’ Alex Vella. Dan il-Malti qiegħed jitlob danni mill-ANZ u ż-żewġ kumpaniji li rranġaw il-mortgages fuq il- propjetajiet.

 

 L-Isqof Kevin Manning

 
 

 Rose Apap 1921-2008

 

 Fil-knisja tal-Madonna tar-Rużarju f’Kellyville NSW sar il-funeral ta’ Rose, il- matrijarka tal-familja Apap li ħalliet din id-dinja fis-27 ta’ Frar fl-eta ta’ 87 sena. Il- familja Apap hija waħda mill-familji pijunieri fin-naħat tal-Punent ta’ Sydney. Ir-raġel tagħha Tony imwieled ix-Xagħara Għawdex ġie l-Awstralja fl-1939 u miet sentejn ilu. Tony Apap iżżewweġ lir-Rose fil-Katidral ta’ Santa Maria f’Sydney f’Jannar 1944.
 
Rosa Said, xebba li kienet toqgħod fin-naħat tal-belt ta’ Sydney marret toqgħod ma’ żewġha fin-naħat, dak iż-żmien imwarrba ta’ Kellyville/Castle Hill fejn kellhom sebat itfal, 24 tfal tat-tfal u 34 tfal tat-tfal tat-tfal.
 
Rose Apap twieldet il-belt Valletta fit-13 ta’ Jannar 1921u waslet l-Awstralja ma’ ommha u ħuha (missierha kien ilu Sydney disa’ xhur) fl-1924 mal-vapur Hobsons Bay meta kellha tlett snin. Damu Sydney għal ħames snin u marru lura Malta iżda wara tlett snin ġew lura f’Sydney.
 
Ir-rispett lejn il-familja Apap u speċjalment għal Rose deher sewwa bi knisja mballata għas-servizz funebri. L-eluġija saret mit-tifel tagħha Joe (Kangaroo) Apap li tkellem b’elokwenza dwar il-ħajja ta’ omm maħbuba u ta’ rispett kbir totalment dedikata għal żewġha u wliedha.
 
Il-quddiesa funebri kienet immexxija minn tlett saċerdoti Malti, Fr Emmanuel Gatt, Fr Anthony Zahra u Fr Leonard Testa waqt li smajna wkoll il-vjolinista Malti, George “Pusé” Curmi u martu Hilda li ġentilment ħarġu mill-programm mimli tagħhom biex huma wkoll isellmu lil din il-mara tant ġentili u magħrufa b’melodiji sbieħ. Fost il- ħafna nies prominenti li attendew il-funeral kien hemm l-Onor John Aquilina MP.

 
 

Rose Apap

 
 
 

Ftakar li din il-paġna tinbidel kull ġimgħa. Jekk trid iktar tagħrif ikkuntattja
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2007 l-orizzont & allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com