|
|
|
|
|
Ħafna
mill-għaqdiet etniċi fl-Awstralja jiddependu fuq l-għajnuna li jagħtihom il- Gvern, kemm Statali u anke
l-Gvern Federali biex skond il-politika ta’
integrazzjoni jkompli jgħożżu l-kulturi u l-użanzi
tagħhom biex maż-żmien isiru wkoll ħaġa waħda f’komunitą
multikulturali. Minn dawn l-għotjiet gawdew ħafna.

Tul iż-żmien il-komunitą Maltija akkwistat diversi
għotjiet mill- Gvernijiet li kienu ta’ għajnuna kbira
lill-għaqdiet Maltin. Insemmi forsi l-ikbar għotja li
qatt irċevew il-Maltin ta’ NSW kienet meta fl- 1984
il-Gvern Federali ta l-għotja ta’ $263,616
mill-Community Employment Fund lill-Melita Eagles Soccer
Club biex jibnu stand fil-Melita Stadium. Wara 24 sena,
is-somma li akkwista, f’għotja waħda dan il-klabb
tal-futball Malti għadha sallum rekord.

Tħabbar mill-Gvern Statali li l-Hamrun Association li
għandhom ċ-ċentru tagħhom li jinsab f’Jackson Street
f’Marsden Park irċevew l-ammont ta’ $10,000 mill-2007-08 Sports and Recreation Capital Assistance Program
biex ikompli jirranġaw il-post fejn jilgħabu l-boċċi li
hu ferm popolari mal- membri. Il-Hamrun Association ilha
mwaqqfa mis-sena 1982.

Biex iwasslu l-aħbar ta’ din l-għotja marru
jżuru l-post il-Leader
of the |
|
 |
|
Jilgħabu
l-boċċi fil-klabb ta’ Hamrun f'Sydney.
Jitfa’ l-boċċi jidher Alfred Farrugia,
l-President.
Wara jidhru
John Aquilina MP, Graham West MP u Paul
Sciberras. |
| |
|
House, l-Onor John Aquilina u
l-Ministru għall- iSports, l-Onor Graham West. L- Onor
John Aquilina li hu magħruf sewwa bħala l-Membri
Parlamentari popolari tad-distrett Riverstone
speċjalment ma’ dawk li jiffrekwentaw dan iċ-Ċentru
Malti faħħar il-progress li sar f’dan iċ-Ċentru u fisser kif il-Gvern
Statali diġą qassam $4 miljun lil 299 grupp ta’
l-isports f’NSW biex dawn ikunu jistgħu
joffru faċilitajiet aħjar
lill-membri tagħhom. |
|
|
Stanhope Gardens fejn għandu
l-uffiċċju elettorali l-Onor
John Aquilina rċevew għotja ta’ $25.000 biex
jirranġaw il-faċilitajiet sportivi.
Fir-ritratt jidhru ż-żewġ Membri tal- Parlament
flimkien ma’ Fred Farrugia (il- President tal-Hamrun Association) u wieħed mill-membri
Paul Sciberras. |
| |
|
|
 |
|
Ritratt kortesija ta' Natasha
Paes. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għadd
ta’ Maltin anzjani jinġabru f’ħafna postijiet ta’ kull
ġimgħa biex jiltaqgħu flimkien u jgħaddu ftit tal-ħin
flimkien f’naħat differenti f’NSW kif jagħmlu anke Stati
oħra ta’ l-Awstralja.

Nieħu gost meta jkolli xi ritratti ta’ dawn il-gruppi
anzjani li għadhom tant attivi. Dawn il-laqgħat ta’ kull
ġimgħa barra li jkattru l-ħbiberija u jagħmlu ħbieb
ġodda jservu ta’ edukazzjoni siewja għax dawn l-anzjani
jsiru jafu bis-servizzi pubbliċi li hawn għalihom kif
ukoll tagħrif ieħor meħtieġ għal ħajja ta’ kuljum.

Wieħed minn dawn il-gruppi jiltaqa’ kull nhar ta’ Ġimgħa
fil-Merrylands Community Health Centre taħt il-ħarsien
tal-Maltija, Nancy Serg, il-Multicultural Health Worker,
Maltese Speaking Group Leader. Ħadt gost ferm li kelli
l- opportunitą li naqsam ma’ madwar 26 persuna li
attendew ftit siegħat ta’ tagħrif
|
|
 |
|
Uħud minn dawk
li jattendu l-laqgħa ta' l-anzjani. Fuq wara bil-wieqfa
tidher Nancy Serg. |
| |
|
u
diskussjonijiet għax f’dawn l-
okkażjonijiet iżżomm ruħek aġġornat
mal-bżonnijiet ta’ l-anzjani tagħna.
Introduċejthom ukoll mal-ktieb Maltese
Community Directory li huwa
essenzjali |
|
għal
kull Malti/Maltija f’NSW minħabba l-
informazzjoni li fih. Dan il-ktieb għadu
għal bejgħ kemm jekk tiktbuli dirett u
anke jekk tmorru fl-uffiċċju ta’ The
Maltese Herald f’Merrylands NSW. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-missjonijiet fil-Pakistan u l-Filippini |
|
|
|
|
|
|
 |
|
Sr Maria
Esther Attard ma' waħda mit-tfal |
| |
|
Illum, Sr
Maria Esther Attard hija s-Superjura Reġjonali
ta’ l- opri missjunarji ta’ l-Ordni Franġiskana
fil-Pakistan u l-Filippini fejn skond ma
qaltilna tiltaqa’ ma’ ħafna faqar f’pajjiżi li
fihom hemm ħafna inċertezza u taqlib.
Il-missjonijiet jiddependu ħafna mill-providenza
t’Alla u dejjem sabu għajnuna speċjalment
mill-Maltin.
Ħafna jxebbhu x-xogħol fejjiedi ta’ din is-soru
Maltija u sħabha max-xogħol tal-Qaddisa Mother
Teresa għalkemm xogħolhom mhux daqstant magħruf
u għalhekk hemm iktar bżonn ta’ donazzjonijiet u
għajnuna oħra.
Sr Attard għadha kemm iċċelebrat il-ġublew
tad-deheb tagħha, 25 sena bħala soru flimkien
mal-familja u ħbieb fil- Merrylands RSL Club NSW.
Tieħu l-opportunitą biex tappella
għall-ġenerożitą tal-Maltin biex ikompli
jgħinuha fil-missjoni tagħha fost il-fqar.
Ikkuntatjaw Mob: 0422 282056 jew
fcj@cyber.net.pk. Kull għajnuna tiġi
apprezzata. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Minn
dawn il-kolonni ilna ftit ma nikkumentaw fuq l-isport
favorit tal-Maltin speċjalment it-tim tal-futball ta’
NSW, il- Melita Eagles li ftit ilu ngħaqdu ma’
organizzazzjoni kbir taż-żagħżagħ, il- Police Community
Youth Clubs (PCYC). Għalkemm l-għaqda Parramatta Melita
Eagles Sports Club Ltd għadha teżisti u tiffunzjona iżda
t-timijiet illum qed jilgħabu fil-kompetizzjonijiet
tal-futball taħt l-isem ta’ PCYC Parramatta Eagles.
Qiegħed isir attentat qawwi biex dan il-klabb jirbaħ
lura l-appoġġ enormi li kellu fost il-Maltin. Fl-istaġun
2006, dan il-klabb għalaq ħamsin sena minn meta saret
l-amalgamazzjoni bejn żewġ timijiet Maltin li fl-1956
ingħaqdu taħt l- isem ta’ Melita Eagles Utd biex kibru u saru wieħed mill-aqwa klabb tal-futball fl-iStat ta’
NSW. |
|
 |
|
Plakka kbira
fil-Melita Stadium ta' Sydney tfakkar 50 sena |
| |
|
Id-diriġenti
tal-PCYC li nefqu eluf kbar ta’ flus biex
komplew jiżviluppaw il-Melita Stadium u ġabuh
fl-aqwa tiegħu daħlu wkoll biex ifakkru dan
il-klabb kbir fl- istorja sportiva tal-komunitą
Maltija. Għal dan il-għan qiegħed jiġi ppjanat
ħajt storiku fil-Melita Stadium Hall biex
ifakkar il-ħamsin sena ta’ storja glorjuża |
|
|
li ħadet lil dan
il-klabb u t-timijiet tiegħu fl-ogħla unuri u anke meta
tfaċċaw l- agħar żminijiet. Kif tidħol fil-Melita Stadium
li qiegħed f’South Granville ġiet imwaħħla pjanċa kbir
bid-dawl li tfakkar il-ħamsin sena, sewwa sew meta saret
l-għaqda bejn il-PCYC u l-Melita Eagles. It-timijiet dis-sena
se jkun jilgħabu f’NSW Super League u diġą bdew jilgħabu
xi logħbiet ta’ ħbiberija. Żaru wkoll il-belt ta’
Goulburn biex irawwmu l- futball f’dawk in-naħat.
Il-kompetizzjoni ta’ l-istaġun 2008 ta’ NSW Super League
se tibda fil-wikend tas-Sibt 29 ta’ Marzu u l-ewwel
logħba tal-PCYC Parramatta Eagles hija kontra Rockdale
City f’Rockdale Illenden Sports Centre. L-aħħar logħba
ta’ ħbiberija se ssir fil- Melita Stadium kontra Sydney
Olympic, it-Tnejn 24 ta’ Marzu fil-4 u 6 pm. |
|
|
|
|
|
|