It-Tnejn, 18 ta' Frar 2008     
      

 

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 Divertiment u aħbar tajba

 

 Daż-żmien mhux spiss imur inżur lin- naħat ta’ Wollongong (madwar 90 km bogħod mill-mill-qalba tal-belt ta’ Sydney) fid-distrett ta’ Illawarra fejn għandna jgħixu madwar 1,882 persuna ta’ dixxendenza Maltija. Għandna komunitą Maltija li f’dawn l-aħħar snin reġgħet ħadet spinta ‘l quddiem u kibru l-attivitajiet u l-proġetti li qegħdin joħroġu mill-George Cross Falcons Club ta’ Cringila.

Fuq stedina tal-ħabrieki President tal- klabb, Louis Parnis attendejna dinner-dance li kien tassew “A night to remember” b’attendenza ta’ madwar 300 persuna f’Dapto Ribbonwood Centre. Kienet l-ewwel darba li saret attivitą fis-subborg ta’ Dapto.

Kienet lejla ta’ ferħ u divertiment u xi ftit differenti wkoll għax b’sorpriża rajna skeċċ komiku qasir ta’ daħq li fih ħadu sehem Louis Parnis, Sam Ellul u Maria Camilleri.

Louis Parnis

 

Il-faċċata tal-George Cross Falcons Club , Ċentru Malti fin-naħat ta' Wollongong

 

Ħadt gost niltaqa’ ma ħafna ħbieb antiki bħal Joe Magro, George Bartolo, Fr Leonard Testa u oħrajn li għandhom sehem utli fl-istorja ta’ dawn in-naħat li kienu preżenti. Osservajt ukoll li kien hemm numru mhux ħażin ta’ Maltin li niżlu minn naħat ta’ Sydney għal dan l- avveniment.

Wieħed seta’ jinnota s-sehem qawwi tal- voluntieri li ħadu ħsieb it-tqassim ta’ l- ikel, it-tindif u kull ma kien hemm bżonn. Il-President Parnis faħħar ix-xogħol kbir li jsir mill-kumitat u minn dawn il- voluntieri u ħeġġeġ biex oħrajn jerġgħu lura lejn dan iċ-Ċentru Malti biex ikompli l-progress li issa ħa rankatura sħiħa.

Iżda   bla   dubju,  l-aħjar  aħbar  tal-lejla

 

kienet meta il-President b’entużjażmu kbir ħabbar li l-George Cross Falcons Club applikaw u rnexxielhom jakkwistaw għotja ta’ $9,000 biex jimpjegaw mill- ġdid community worker mal-komunitą Maltija tan-naħat ta’ Illawarra. Xi snin ilu dan il-klabb kien jimpjega community worker iżda kienu tilfu din l-għotja mogħtija mill-Gvern Statali.

Il-President Parnis ħabbar ukoll li irnexxilhom jiksbu xi sponsorships u li se jibda l-proġett ta’ titjieb fil-parti ta’ l- amenities fiċ-ċentru Malti ta’ Cringila. Kif qegħdin insemmu ċ-Ċentru Malti li ftit ilu mar iżuru l-Prim Ministru ta’ Malta, Dr Lawrence Gonzi jidher sew it-titjieb li sar b’riżultat li ċ-Ċentru għandu dehra iktar organizzata.

 

Marlene u Lawrence Dimech ma' Fr Leonard Testa.

 

Dehra mis-sala fejn sar id-dinner-dance f'Dapto.

 
 

 Twieled biex iservi

 

 F’dawn l-aħħar edizzjonijiet dorna sewwa ma’ dawk il-Kunsilli Lokali li jagħtu lir-residenti tagħhom għarfien mistħoqq għax-xogħol li jkunu wettqu. Illum se mmorru lejn il-Kunsill tal-belt ta’ Hobsons Bay fin-naħa tat-tarf tat- tramuntana tal-bajja ta’ Port Phillip F’din il-belt fl-iStat ta’ Victoria hemm jgħixu fiha t-tieni l-iktar numru ta’ Maltin. L-iktar li hemm Maltin f’Victoria jinsabu fil-belt ta’ Brimbank. F’Hobsons Bay għandna total ta’ madwar 3,500 bejn dawk li twieldu Malta u dawk li huma ta’ dixxendenza Maltija.
 
Bħala ċittadin tas-sena din il-belt għażlet din id-darba lil Kavallier Joseph Attard li ġie diskritt minn gazzetta li toħroġ f’Melbourne bħala li ‘Twieled biex iservi” Fl-eta ta’ 73 sena dan l-Għawdxi ġie mogħti dan l-unur għax-xogħol fejjiedi tiegħu fil-qasam tal-voluntarjat. Huwa emigra lejn l-Awstralja meta kellu 26 sena jiġifieri fl-1960 u mill-ewwel intefa’  b’determinazzjoni  biex  f’din l-art

 

ġdid jkun jista’ jgħati għajnuna lill-ħutu l- emigranti Maltin. Illum ftit naħseb li hawn Maltin/Għawdxin fl-Awstralja li ġew id-dekorati aktar minnu. Fl-1979 huwa sar Membru ta’ l-Order of Australia u fl-1989 rebaħ ukoll l-State Government Citizen of the Year. Is-sena l-oħra huwa wkoll ġie onorat mill-Gvern Malti bil- midalja ta’ Ġieħ ir-Repubblika.
 
Meta ġie mistoqsi dwar dan l-aħħar unur bħala ċ-ċittadin tas-sena huwa qal li kien sorpriż għax ħaseb li wara dawn is- snin kollha kienu nsewh. Huwa qal ukoll li jaħseb li twieled biex ikun jista’ jgħin lill-proxxmu tiegħu. Is-Sindku ta’ Hobsons Bay, Bill Baarini jiddeskrivi d- dedikazzjoni ta’ dan il-veteran bħala admirabbli. Is-Sindku jkompli jgħid lil Joseph Attard bħala l-fundatur tal- Westgate Migrant Resource Centre u tal-Maltese Association Hobsons Bay ħadem ħafna biex jistabbilixxi servizzi ta’ għajnuna għall-komunitajiet multikulturali     f’ħafna    oqsma    bħala

 

Joseph Attard

 

interpreti, edukazzjoni, welfare u pariri. Dan l-aħħar unur jidher li kien mistħoqq.

 
 

 Apoloġija

 

 Il-Gvern ġdid Laburista fl-Awstralja kien wiegħed fil-kampanja elettorali li meta jkun fil-Gvern waħda mill-ewwel inizjattivi li jieħu se tkun li jagħmel apoloġija lill-aboriġini dwar dik li fl- Awstralja saret magħrufa bħala li “Stolen generation”. Bejn is-snin 1910 u 1970 huwa  kkalkulat  li madwar 100,000 tfal il-maġġoranza   tagħhom  taħt   il-ħames

Aboriġini jdoqq id-Didjeridoo

 

snin ġew meħuda b’forza mill- familji aboriġini u mogħtija lill-familji bojod. Il- ħtif ta’ dawn it-tfal sar mill-pulizija u uffiċjali tal-welfare kontra r-rieda tal- ġenituri li ma ġewx magħrfin fejn spiċċaw uliedhom. Ħafna minn dawn it- tfal ġew ukoll abbużati sesswalment u spiċċaw bħal sefturi fil-familji tal-bojod.

Għal żmien twil saret kampanja biex issir apoloġija uffiċjali mill-Gvern Federali dwar dan il-perjodu iswed fl-istorja ta’ l- Awstralja. Inkitbu diversi rapport wkoll kollha kieku kritiċi dwar dan l-episodju.

Hekk kif Kevin Rudd u l-Gvern tiegħu ħadu l-poter f’idejhom mill-ewwel għamluha ċara li l-Gvern Federali se jagħmel apoloġija u din se ssir fl-ewwel sessjoni tal-Parlament il-ġdid kif fil-fatt sar. Il-Gvern li kellha qabel tal-ko- alizzjoni Liberali/National taħt John Howard qatt ma ċeda li għanda ssir apoloġija għal dak li sar minn Gvernijiet ta’ qabel.

Il-Prim Ministru Kevin Rudd jinsisti li dan l-episodju tal-ħtif b’forza ta’ tfal innoċenti minn ħdan il-ġenituri tagħhom żamm milli jkun hemm rikonċiljazzjoni sħiħa u ġenwina mal-aboriġini.

Il-Gvern Awstraljan kien għamel ukoll apoloġija lit-Taljani li kienu residenti permanenti  fl-Awstralja  u  ġew internati

 

Il-Bandiera ta' Aboriġini

matul it-tieni gwerra dinjija flimkien mal-  Ġermaniżi u anke xi Ġappuniżi Bejn 1939-1946 madwar 7,000 ġew internati f’kampijiet bogħod ħafna mill-ibliet.

Iżda il-Gvern Awstraljan għadu ma għamel l-ebda apoloġija għall-inċident iswed faħma li ġara lil fl-1916 meta 214 Maltin li waslu fil-portijiet Awstraljani fuq il-vapur Gange u ma tħallewx jidħlu l- Awstralja. Mhux hekk biss iżda dawn l- emigranti ġew immarkati bħala nies ta’ razza sewda. Huma ġew miċħuda li jiżbarkaw u spiċċaw jiċċerċru bejn il-portijiet ta’ Melbourne, Sydney u New Caledonia.

Fi-żmien tal-Gvern ta’ Bob Hawke (1983/91) kien sar attentat biex tintalab apoloġija u kien hemm anke attentati biex dan l-episodju jiġi mfakkar b’film iżda kollox tar mar-riħ.

 
 
 

Ftakar li din il-paġna tinbidel kull ġimgħa. Jekk trid iktar tagħrif ikkuntattja
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2007 l-orizzont & allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com