|
|
|
|
|
Kull
26 ta’ Jannar, l-Awstralja tiċċelebra l-Jum Nazzjonali.
F’dawn l- aħħar snin dan il-jum qiegħed jiġi mogħti ħafna
mportanza u ftit ftit qiegħed jidħol sewwa
fil-kalendarju tal-pajjiż. L- Awstralja ċċelebrat iċ-ċentinarju
tagħha bħala nazzjon federali fl-ewwel ta’ Jannar 2001.
Kienet is-sena 1788 meta l-hekk imsejjħa l-Ewwel Flotta
daħlet f’Botany Bay NSW taħt il-kmand ta’ l-Ingliż,
il-kaptan Arthur Phillip RN. Kien hemm 717 ħabsi
(fosthom 180 nisa) u kważi kienu kollha minn naħat ta’
Londra minn fejn telqu fit-13 ta’ Mejju 1787. L-ewwel
flotta kellha 11-il vapur u kien hemm191 marines u 19-il
uffiċjal.

Għalhekk Jum l-Awstralja fil-fatt ifakkar meta r-razza
bajda skopriet Sydney fejn għal sekli kbar qabel kien
diġą hawn ħafna tribu numeruż ta’ Aboriġini li sofrew
ħafna taħt il-ħakma tal-ħakkiema Ingliża.

Għalkemm il-Kaptan Phillip ipprova jkun ħanin ma’ l-Abroiġini,
sa l-ewwel 70 sena t-tribu EORA ġie meqrud kompletament.
L-Aboriġini għadhom sal- lum iħarsu lejn il-wasla ta’
l-ewwel flotta bħala invazzjoni u ftit juru nteress
f’dan il-Jum Nazzjonali tas-26 ta’ Jannar. Ta’ min
ifakkar ukoll li ċ-ċittadinanza Awstraljana daħlet bħala
liġi fl-1949 jiġifieri 158 sena wara li l-Ingliżi daħlu
l- Awstralja.

Ma’ l-Awstralja kollha dan il-jum jiġi ċċellebrat
f’ħafna ċeremonji. Joħorġu wkoll l-ismijiet ta’ dawk li
jkunu ġew onorati bil-għotja ta’ l-Australian Medals
li huma l-ogħla unuri li joħorġu mill-Gvern Federali
Awstraljan. Dawn l-unuri ħadu |
|
 |
|
It-tiġrijiet
tal-laneċ quddiem il-Opera House. |
 |
|
Il-Gvernatur ta' NSW Marie Bashir u l-Premier
Maurice Iemma jaslu
għall-iState Reception f'Darling Harbour. |
| |
|
post l-Unuri
Brittaniċi fl-1975 meta il- Gvern
Laburista ta’ Gough Whitlam
ta’ |
|
dak iż-żmien
stabbilixxa “The Order of Australia”. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
u apprezzat. Huwa persuna li
tħadem fis-skiet, b’determinazzjoni u sinċerita’. Kif qalli,
huwa li jixtieq jaqsam dan l-unur mal- membri kollha tal-komunitą
Maltija fl-iStat ta’ South Australia.

Kien hemm żewġ Maltin oħra li ġew onorati, David Spiteri
minn Baulkham Hills NSW ġiet mogħti l-Public Service Medal
għax-xogħol tiegħu mar-Rail Corp. Il-ġenituri ta’ David, illum
mejtin huma mir-Raħal Ġdid u hu l-uniku tifel fost tmienja li
twieled l-Awstralja.

Greg J. Sammut RAN, ħa service medal bħala baħri
li serva fin-Northen Persian Gulf. Ilu fin-Navy għal 23 sena.
Missieru Malti li ġie l-Awstralja fl-1956 u hu twieled
l-Awstralja. |
|
|
|
|
|
|
|
Il-ħbieb tal-gazzetta nazzjonali |
|
|
|
|
Il-gazzetta
nazzjonali tal-Maltin fl- Awstralja ilha toħroġ
kontinwament 46 sena. Rekord assolut meta nkunu qed
niftakru fil-pijunieri tal-midja miktuba fost il-Maltin
barra minn xtuthom.
Għad hawn min ma jistgħax jifhem
kemm hija diffiċli li żżomm gazzetta bil- Malti li fiha
20 paġna fil-ġimgħa u bi staff permanenti biss ta’ żewġ
persuni għal dawn is-snin kollha.
Din il-gazzetta ma
naqsitx li tagħmel ħafna ħbieb li b’xi mod jew ieħor
joffru l-għajnuna tagħhom bħala voluntieri u
kontributuri.
Ftit qabel ma ntemmet is- sena, Lino Vella
l-editur u Rita Kassas li huma ż-żewġ
kolonji tal-gazzetta
kellhom
madwarhom lill- ħbieb ta’ The Maltese Herald għall-ikla f’restaurant f’Merrylands. |
|
 |
|
F’dan ir-ritratt jidhru fuq
wara mix-xellug Charles u Rita Kassas, Lino
Vella, Rigu Bovingdon, Augustine Borg, Marlene u
Lawrence Dimech, Vince u Connie Azzopardi.
Bil-qegħda
jidhru Sam u Merle Vella, Rose Borg, u Iris
Bovingdon. Mark Caruana u
martu Antoinette ma
setgħux jattendu għal din l-ikla iżda
xorta rċevew ringrazzjament mid-
direzzjoni ta' The Maltese Herald. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tkompli l-mixja tas-salib u l-ikona |
|
|
|
|
Kemm-il
darba ktibna dwar dak li qed jiġi ppreparat għal World
Youth Day li għandha ssir f’Sydney f’Ġunju 2008 u li
għaliha mistenni jattendi l-Papa Benedittu u anke
l-Arċisqof ta’ Malta Mons Pawlu Cremona flimkien ma’
kontinġent ta’ żgħażagħ minn Malta ta’ madwar 200
persuna. Biex jitqajjem l-interess u l-aspett reliġjuż
fl-Awstralja qed issir relay mal-pajjiż kollu tas-salib
u l-ikona tal-Madonna. Kull fejn qed imur dan is-salib u
l-ikona qed ikollhom laqgħat spiritwali mill-aqwa. Ftit
ilu s-salib u l-ikona kienu fil-villaġġ tax-xjuħ li
jmexxu s- sorijiet Dumnikani Maltin fi Blacktown NSW.
Din id-darba s-salib u l-ikona kienet f’Mount Shoenstatt,
iċ- ċentru ta’ l-Irtir fis-subborg ta’ Mulgoa ħdejn
Penrith fejn jgħixu s-sorijiet Ġermaniżi ta’ Shoenstaff.
Għaċ-ċeremonji li saru f’dan il-lokali attendew ħafna
kattoliċi minn diversi komunitajiet etniċi u fosthom
kien hemm il-Maltin. Meta wasal is-salib u l- ikona kien
hemm talb, purċissjoni u anke quddiesa fejn il- Maltin
ħadu sehem attiv.
Romwald Sultana, iċ-ċerman tal-KDZ08 għamel
il- preżentazzjoni tradizzjonali għall-Maltin. Kien hemm
ukoll żewġ rappreżentanti żgħażagħ, James Cassar li
kanta bil- Malti u Pauline Lisa Bigeni li daqqet fuq
l-orgni. Sfortunatament il-jum li beda b’temp sabiħ
intemm b’maltempata li kienet ta’ skomdu għal ħafna fejn
anke xi triqat sfaw magħluqa minħabba li waqgħu xi
siġar. Għal din l- okażjoni attendiet ukoll il-Konslu Ġenerali għal Malta f’NSW, Joanna Pisani u Joe Fabri
membru tal-KDZ08 u eks President ta’ l-Għaqda Salezjana
f’NSW. |
|
 |
|
Uħud
mill-Maltin li marru Mulgoa NSW. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Omma
Maltija li għaddiet min traġedja wara l-oħra qalet
li se titlob lil dak ta’ hemm fuq biex jagħtiha tama
għax għandha bżonn “break’. Dan qalitu Julie Cini ta’ 33
sena wara li rat lit-tieni tifla tagħha
Zarlee tispiċċa fix-xejn minħabba marda ġenetika li
ħadet ukoll lill-ewwel tifla tagħha, Montanna.
Hekk kif wasal il-Milied, Zarlee ta’ sena tilfet
il-battalja tagħha għal marda spinal muscular atrophy (SMA).
Dan kien biss sentejn u nofs wara l-mewt ta’ l-ewwel
tifla Montanna li kellha 10 xhur. Għaxar xhur wara
l-mewt ta’ Montanna, ir-raġel ta’ Julie, Ross Broanlaw
miet f’aċċident tat-traffiku ħdejn il-farm tagħhom
f’Heywood.
Julie Cini qalet li hi ferm krudili li tara ż-żewġt
itfal tiegħek itemmu ħajjithom b’dan il-mod speċjalment
meta ma tkunx tista’ tagħmel xejn biex tgħinhom. Julie
qalet ukoll li kellha tbiegħ il-farm f’Heywood għax kien
ifakkarha ħafna fir-raġel tagħha li miet fid-daħla eżatt
tal-farm. Hija issa marret toqgħod fis- subborg ta’
Berwick.
Julie Cini u r-raġel tagħha kienu stabbilixxew għaqda
ta’ għajnuna għal dawk il-ġenituri li għandhom tfal
isofru bl-SMA. Iktar tagħrif isibuħ fil-website
www.smaaustralia.com |
|
 |
|
Julie Cini
bir-ritratti ta' żewġa u t-tifla Zarlee |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
F’ittra
lill-editur li dehret f’The Times li toħroġ kuljum bl-Ingliż
f’Malta, George Portelli minn Melbourne qajjem każ ieħor fejn
dawk il-Maltin li jżuru Malta qed ikollhom diffikultajiet biex
jitolbu lura dak li kienu ħallsu fuq it-taxxa tal-VAT minħabba
burokrazija żejda. F’Malta kif jaf kulħadd hemm it-taxxa tal-VAT
li titħallas fuq l-oġġetti li tixtri iżda jekk ma tkunx
residenti permanenti ta’ Malta tista’ titlob lura dak li tkun
ħallast fuq il-VAT meta tkun ħiereġ mill-pajjiż. Is-sistema
burokratika titlob li r- refund tiegħek joħroġ bħala foreign
bank draft fuq il-muniti ewro jew dollaru Amerikan iżda mhux
fuq id-dollari Awstraljan.
Jiġri għalhekk li meta dan ir-rifond jasal l-Awstralja bi
tranżazzjoni mill-HSBC Bank u c-Chase Manhattan ta’ l-Amerika
int trid tħallas turrun multi bankarji ta’ kull bank li ħares
lejn iċ-ċekk tiegħek. George Portelli qal li kemm-il darba talab
spjegazzjoni għaliex isiru dawn l-affarijiet mal-Maltin ta’
l-Awstralja iżda qatt ma ġie mogħti spjegazzjoni, ħaġa li hija
prudenti. Huwa nsista li l-awtoritajiet għandhom jispjegaw din
il-burokrazija u jippruvaw isibu soluzzjoni iżda qal ukoll li
mhux qiegħed jittama li jkun hemm xi rimedju. |
|
|
|
|