|
Malti
ieħor jagħmilna unur |
|
|
|
|
Ktibt
fit-tul dwar l-għoti ta’ unuri mill-Gvern Malti fejn
jidħlu l-Maltin li jgħixu barra mix-xtut Maltin. Nafu
sewwa kemm huma attivi l-Maltin fl-Awstralja mhux biss
fost il-komunità tagħna iżda f’ħafna oqsma oħra tal-komunità
ġenerali. Ma tkun l-ebda sorpriża għalhekk meta nisimgħu
li xi Maltin ingħataw għarfien minn istituzzjonijiet
kemm tal-Gvernijiet Lokali, Statali jew Federali. F’Jum
l-Awstralja jiġu mħabbra l- ogħla unuri li l-Gvern jista’
jagħti liċ-ċittadini tiegħu. Fl-unuri Order of Australia
ta’ dis-sena nittamaw li jkun hemm membri tal-komunità
Maltija ukoll.
Għadni kemm irċevejt l-aħbar li wieħed mill-aktar membri
attivi tal- komunità Maltija f’Melbourne, Lewis Stafrace
ġie magħżul bħala wieħed mill-Brimbank City Council
Non-Residents of the Year. Dan l-għarfien ġie mgħoti lil
Lewis fl-okażjoni li l-Kunsill jorganizza waqt il-festi
ta’ Jum l-Awstralja. F’din l-okażjoni li saret
fil-Village Cinema Complex Market Place f’Sunshine kien
hemm ukoll ċeremonja fejn saru 250 ċittadin ġdid
Awstraljan. Is-Sindku ta’ Brimbank City Council, Cr Sam
David JP diġà kien feraħ lil dan il-Malti
għall-kontribut enormi tiegħu lejn il-komunità għal
ħafna snin.
Lewis Stafrace wasal l-Awstralja mal-vapur Asturias
f’Novembru 1949. Huwa twieled fuq il-Palma l-belt
Valletta u żżewweġ lil Maria Grima u għandhom tlett
ibniet.
L-istorja dettaljata ta’ dan il-Malti dalwaqt tidher
fil-ktieb il-ġdid li se joħroġ bl-isem ta’ “Telqu lejn għonq it-Triq”. Il-ktieb li |
|
 |
|
Jidher Lewis
Stafrace fuq ix-xellug flimkien mal-President
tal-Green Gully FC ta' Melbourne, Charles
Farrugia u s-sinjura Stafrace. |
| |
|
jħares lejn
il-ħajja bikrija fl-Awstralja ta’ madwar 33
emigrant Malti huwa l-istorja ta’ l-emigrazzjoni
spjegata mill-istess emigranti stess.
Lewis Stafrace għandu involviment qawwi f’ħafna
sferi tal- komunità kemm fil-purċissjoni tal-Ġimgħa
l-Kbira, il-qasam sportiv fejn kien FIFA referi,
il-baned Maltin u ż-żewġ klabbs tas-soccer
Maltin f’Victoria. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-ġimgħa
l-oħra tajna ħarsa lejn l-iStat ta’ Queensland u fejn qegħdin
jgħixu l-Maltin. Din il-ġimgħa l-ħabib tagħna Mark Caruana,
f’The Maltese Herald ikompli jagħti ħarsa, din id-darba lejn
Tasmania, dik il-gżira fil-qiegħ tal-lvant ta’ l-Awstralja u
jikkonkludi li f’din l-isola hemm kważi ħames darbijiet
b’dixxendenza Maltija milli Maltin li twieldu Malta. Jiġifieri
hemm 117 li twieldu Malta u 555 li qalu li għandhom dixxendenza
Maltija. Hemm biss 27 li qalu li jitkellmu bil-Malti.
20% tal-Maltin f’Tasmania twieldu Malta u emigraw qabel 2001.
F’dawn l-aħħar sitt snin ma kien hemm l-ebda żjieda u iktar dħul
ta’ Maltin f’Tasmania.. 80% jiġifieri 555 huma mwielda
fl-Awstralja jew għandhom dixxendenza Malta.
Meta niġu għal dawk li jitkellmu bil-Malti sibna li hemm biss
ħamsa fil-mija li jitkellmu bil-lingwa tagħna fid-dar. L-iktar
li nsibu Maltin hu f’Hobart, li hija l-belt kapitali ta’ Hobart
u mbagħad fil-LGA ta’ Clarence, Launceston. Ninnutaw li l-Maltin
huma mqassma f’ħafna naħat u mhux kongregati fi ftit postijiet
biss. |
|
|
|
|
|
|
|
L-eta’ u l-ġerrejja taż-żwiemel |
|
|
|
|
Kemm-il
darba nidħlu fid-dibattitu dwar l-eta ta’
l-atleti li huma prominenti fl-isports. Kemm-ildarba
ngħidu li jew għandhom żgħar jew bolqu, daħlu
fi-żmien. Fl-isfera tal-ġerrejja taż-żwiemel
insibu joki Malti li fl-eta ta’ 41 sena jista’
jiġi diskritta bħala “avvanzat fl-eta” Des
OKeefee tal- Victorian Jockeys’ Association jgħid
li l-Awstraljani huma l-iktar pajjiż fid-dinja
li tinkwethom l-eta fl-isports. Huwa qal li ma
jistgħax jifhem kif fil-kultura sportiva
Awstraljana, l-atleta għandu l-use- by date. Huwa
jfakkar li Scobie Breasley rebaħ id-Derby Ingliż
meta kellu 52 sena. Lester Piggot baqa’ jirbaħ
tiġrijiet sa ma’ kellu 57 sena.
F’Melbourne għandna lil Darren Gauci li rebaħ
133 tiġrija Group 1 iżda qiegħed isibha diffiċli
flimkien ma’ ġerrejja oħra biex jirkbu iktar
żwiemel tajbin. Darren Gauci jinsisti li għad
għandu l- ħerqa, l-abbiltà’ u għadu fl-aqwa
tiegħu fiżikament daqs kemm kien għoxrin sena
ilu. Huwa qal “meta tagħlaq 40 sena donnok ħbatt
mal-ħajt, f’partijiet oħra iktar ma jkollok
esperjenza iżjed aħjar, iżda mhux
għall-ġerrejja. Il-ġerrej Malti għad għandu
ħafna talbiet biex jikkompeti iżda mhux qed jiġi
mgħoti żwiemel tajbin. |
|
|
 |
|
Joseph
Aquilina |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sparixxa wara li ħareġ mill-ħabs |
|
|
|
 |
|
Michael Grech |
|
|
Raġel
b’isem Malti li għadu kemm serva sentenza fil-ħabs għax
qatel lil martu sparixxa u hemm possibbiltà li ġie
maqtul. Ħadd għadu ma lemaħ lil Michael Grech ta’ 47
sena minn mindu telaq mid-dar tiegħu f’St Albans f’nofs
Novembru. Grech ġie meħlus mill-ħabs wara li serva
sentejn. L-imħallef O’Bryan fil-Qorti Suprema fl1993
kien qallu li b’intenzjoni kien daħħal ħames skrataġġ
fl-ixkubetta u spara lejn martu mill-qrib ħames darbiet
biex ikkawżala ħafna ġrieħi. Il-qtil ma kienx premeditat
iżda kien hemm bintu ta’ 11-il sena fid-dar meta
twettaq.
Kemm ilu li ħebb ma missx il-flus li kellu fil-bank u
l-anqas għamel użu mill-credit card u t-telefon
ċellulari. Il-pulizija ddiskrivit li Grech bħala
pensjonant li kien qiegħed jaħdem man-neputi li hu
bennej. It-tifla tiegħu qalet li missierha kien ħalla
l-passat warajħ u hu jħobb il-familja. Mhux is-soltu
tiegħu li jagħmel hekk għax dejjem iżomm kuntatt magħha.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Joe
Mallia li kien sindku ta’ Broadmeadows miet ftit ilu
fl-eta ta’ 84 sena. Huwa twieled f’Vittoriosa. Fl-1983
Joe Mallia beda karriera ta’ 11-il sena bħala kunsillier
jirrappreżenta l-Ward ta’ Fawkner u serva bħala Sindku
fl-1987 u 1990. Huwa kien ilu jattendi l-knisja ta’ St
Mark f’Fawkner għal dawn l-aħħar 46 sena. It-tifel
tiegħu jiddiskriviħ bħal persuna umli ħafna li kien
jiddejjaq jitkellem fil-pubbliku. Huwa kien miżżewweġ
lir-Rita u għandhom żewġt itfal Moira u David. Joe
Mallia emigra lejn l-Awstralja minn Malta fl-1959 u kien
jirrappreżenta lil Labor Party bħala kunsillier u
fl-1984 sar Justice of the Peace. |
| |
|
|
| |
|
L-Imħallef
Susan Cohan fil-Country Court ordnat lil Joseph Chetcuti
ta’ 31 sena jiġi mogħti s-somma ta’ $537,965 minn Connex
li huma ditta privata li topera il-linji tal-ferrovija
iżda l- kumpanija ddikjaraw immedjatament li se jappellaw
mid-deċiżjoni tal-Qorti. Joseph Chetcuti ma |
|
|
|
|
|
tħallix jirkeb il-ferrovija
wara li qasam żewġ linji tal-ferrovija illegalment u qabeż
il-ħajt. Huwa waqa’ u kiser il-pala t’idu. L- Imħallef ddeċidiet li żewġ spetturi tal-ferrovija
ma għamlux dmirhom skond il-liġi meta ppruvaw iżżomuħ.
Il-kumpanija Connex qed jinsistu li Chetcuti beżaq
f’wiċċ il-ħaddiema, kiser il-liġi darbtejn u weġġa’ meta
pprova jaħrab mill-ispetturi li kellhom biċċa xogħol
iebsa biex jikkontrollawħ. L-avukat ta’ Joe Chetcuti qal
li l-klijent tiegħu sab ruħu f’biża li jitlef ħajtu hekk
kif ġie affrontat mill-ispetturi ta’ Connex. |
|
|
|
|