|
|
|
|
|
Ħafna
jaħsbu li dawk l-uffiċjali qalbiena li jagħmlu parti
fil- Fire Brigade imorru fuq il-post tal-ħruq biex jitfu
n-nar biss. Skond uffiċjal anzjan ta’ l-istazzjon ta’
Surrey Hills (qrib Melbourne) din mhix dejjem
deskrizzjoni eżatta tax-xogħol li tagħmel il-Brigata
għat-Tifi tan-Nar. Rick Gili, li twieled Malta 49 sena
ilu, qalilna li mis-sena 2002 l’hawn, il-Metropolitan
Fire Brigade salvaw madwar 85 persuna li n-nar
ikkaġunalhom problemi mediċi kkawżati minn nirien. Dan
għaliex huma jiġu mħarrġa x’għandhom jagħmlu f’kaz ta’
emerġenza medika hekk kif jaslu fuq il-post tal-ħruq.

Dan il-veteran fil-qasam tat-tifi tan-nar hu wieħed minn
23 oħra li jikkumbattu n-nirien li rċevew għarfien
għall-qlubija u l- professjonaliżmu li wrew fit-traġedja
traġika li saret fil-qalba tal-belt ta’ Melbourne fit-18
ta’ Ġunju tas-sena l-oħra.

Rick u tlieta minn sħabu ġew imsejjħa fuq il-post
minħabba li xi membri tal-pubbliku ġibdulhom
l-attenzjoni bid-daqq ta’ l- alarms. Meta waslu fuq
il-post sabu tlett persuni skjerati ma’ l-art bi ġrieħi
gravi.
Bħala l-uffiċjal anzjan, Rick Gili ta l-ewwel għajnuna
lil Paul de Waard li kien għadu kemm intlaqat minn tir
f’sidru. Rick immedjatament attendih u żammu milli
jitlef iktar demm.
Huwa anke ta l-għajnuna meħtieġa lil Kara Douglas.
L-avukat Brendan Keilar, it-tielet persuna li sfat
vittma ta’ tiri, għalkemm ġie mogħti assistenza għal 45
minuta, xorta miet. It-tnejn l-oħra ġew salvati bl-intervent
mediku immedjat ta’ l- uffiċjali tat-tifi tan-nar.
|
|
 |
|
Rick Gili |
| |
|
Rick Gili li
huwa Senior Station Officer mal-Metropolitan
Fire Brigade huwa t-tieni tifel ta’ Charles minn
Bormla (eks surġent fl-AirForce) u Rita (nee
Schembri) minn Ħaz-Zabbar. Huwa emigraw minn
Malta u waslu l-Awstralja bl-ajru fis-26 ta’
Settembru 1970. Il-familja Gili fil-preżent
joqgħodu f’Ferntree Gully iżda damu joqgħodu
f’Tullamarine Victoria għal 35 sena sħaħ. |
|
|
|
|
|
Jekk tiltaqgħu ma’
stejjer bħal dawn speċjalment fejn jidħlu tfal ta’
l-emigranti għarfuni bihom.
Ikkuntatjawni bl-email
lawdimech@optus.net.com.au.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Iktar suċċessi
għat-tenur Aquilina |
|
| |
|
Fl-aħħar
tas-sena ktibna dwar il-mawra qasira f’Sydney
tat- tenur Malti Joseph Aquilina għax skond
tagħrif li kellna kien kanta biss fiċ-Ċentru
Malti La Valette fil-Kunċert Annwali tal- Milied.
Iżda sirna nafu li dan it-tenur, jum biss qabel
il-kunċert f’La Valette, kien mistieden ukoll
biex ikanta f’kunċert tal- Milied li sar
fil-miftuħ f’Manly Oval fejn kanta żewġ arias
mill- opera ma’ orkestra sħiħa. Kien hemm
atmosfera la Awstraljana fejn madwar 3,000
persuna semgħu fil-frisk taż- żernieq, fost ħafna
kantanti oħra, lil dan it-tenur Malti. Mhux
magħruf għaliex ma ntqal xejn minn qabel dwar
din id-dehra ferm importanti tat-tenur Aquilina
f’Manly Oval fejn jidher li kienet suċċess kbir
għar-reputazzjoni tiegħu.
Dawn iż-żewġ ritratti jfehmu aħjar dak li rridu
ngħidu.
F’dawn l-aħħar ġimgħa fl-Awstralja kellna magħna
ukoll lill- kantant magħruf Malti Renato li deher
flimkien ma’ Alison White fil-Ballu ta’ l-aħħar tas-sena organizzat mit-Tarxien Annunciation
Assoc ta’ NSW. Huma taw kunċert ieħor fil- Hamrun
Club f’Marsden Park NSW kif ukoll fi Brisbane.
Għadu kemm tħabbar li ġej l-Awstralja George
Puse Curmi fejn se jgħati diversi kunċerti
f’dak li qiegħed jiġi msejjaħ “Farewell
Performance by Charles Baby Face Curmi”
li jiġi l- kuġin tiegħu. F’dawn il-kunċerti hemm
il-ħsieb li jidhru ħafna membri tal-familja
Curmi minn Sydney bħala tislima lil Baby Face. |
|
|
 |
 |
|
Joseph
Aquilina |
 |
|
Manly Oval |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-klabb
tal-George Cross Falcons li jinsab fis-subborg ta’ Gringila
(qrib il-belt ta’ Wollongong NSW) reġa’ kien attiv ħafna fiż- żminijiet
ta’ qabel il-Milied. Huma organizzaw party għat-tfal tal-membri.
Barra li kull tifel/tifla ngħatat rigal kien hemm ħafna ikel u
logħob għat-tfal. Fl-aħħar tas-sena fl-istess klabb kien hemm
okazzjoni oħra ferrieħa fejn għadd ta’ membri u viżitaturi oħra
ħonqu s-sala prinċipali fost il-kant tad-DJ Charles Camilleri
biex flimkien iħallu warajhom is-sena 2007. Ara r-ritratti.
|
 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-istoriku
Malti u ħabib tagħna, Mark Caruana minn Sydney qiegħed jikteb
sensiela ta’ artikli f’The Maltese Herald biex jispjega sewwa
fejn jinsabu l-Maltin f’dan il-kontinent ta’ l-Awstralja. Fl-iStat
ta’ Queensland, skond kif jispjega ċ-ċensiment 2006 li għadu
kemm ħareġ għall-pubblika, nsibu li fi Queensland hemm 2,777
Malti li twieldu f’Malta. Hemm biss 1,530 li jitkellmu bil-Malti.
Għanda mbagħad 14,759 li ddikjaraw li huma ta’ dixxendenza
Maltija. Il-Maltin fi Queensland huma konċentrati l-iktar
f’Mackay fit-tramuntana fejn hemm 349 li twieldu f’Malta iżda bl-iktar
Muniċipalitą’ li għandha jgħixu fiha nies ta’ dixxendenza
Maltija fejn hemm 2,669. Ħafna minn dawn huma wlied ta’ dawk
il-pijunieri Maltin li telgħu lejn Mackay biex jaqtgħu l-kejn.
Fil-Gold Coast hemm ukoll 581 li twieldu Malta, 339 li jitkellmu
bil-Malti u 2,216 ta’ dixxendenza Maltija. Lejn dawn in-naħat
marru jgħixu ħafna Maltin irtirati li fittxew naħa sabiħa ħdejn
il-baħar u x’hemm isbaħ mill-Gold Coast? Fin-naħat tal-belt ta’
Brisbane nsibu 423 li twieldu Malta u 2195 ta’ dixxendenza
Maltija. |
|
|
|
|
|