It-Tnejn, 14 ta' Jannar 2008     
      

 

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li tohroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 Il-belt ta’ Sydney fl-aqwa tagħha

 

 Mhix ħaġa faċli li ma niktbux dwar dak li jiġri fil-belt meraviljuża ta’ Sydney bejn l-aħħar lejl tas-sena u l-għodwa li ddaħħalna f’sena ġdida. F’dawn l-aħħar snin flimkien ma’ marti u xi ħbieb irnexxili nesperjenza dak li dejjem kont irrid nagħmel kemm ili ngħix f’din il-belt jiġifieri nkun fiżikament preżenti għall-ispettaklu viċin il-Harbour Bridge. Konna fuq dgħajsa kbira f’nofs l-ispettaklu u darba oħra kilna wkoll eżatt taħt il-Bridge waqt li dan sploda f’atmosfera llum famuża ta’ logħob tan-nar mad-daqq tat-tokki ta’ nofs il-lejl.

Dis-sena wkoll kont kuraġġuż (illum ma għadnix żgħażagħ) u morna nieklu r-Rocks biex inkun fiżikament preżenti meta jisplodi l-Harbour Bridge f’salt musketterija u murtali li jsaħħruk. Ma konniex daqstant komdi dis-sena għax kellna nissiltu fost il-madwar miljun persuna li kien hemm, kulħadd jillottja biex jara l-logħob tan-nar. Imma konna hemm. F’dawn il-mumenti tradizzjonali tajjeb li tiftakar fejn kont.

It-tema ta’ l-ispettaklu ta’ dis-sena kienet Times of Our Lives u meta tara dawk iż-żgħażagħ kollha jiddevertu u jixxalaw tgħid veru kienet tema addattata. L-Ispalliera (hekk insejħulu l- Harbour Bridge) għal darba oħra kienet il-punt fokali tal-logħob tan-nar għax minn kull anġlu ta’ din l-ikona jibdew ħerġin murtali, blalen tan-nar, kuluri u kull aspett ieħor li jirrifletti l- logħob tan-nar fl-aqwa tiegħu.

Id-direttur kreattiv tac-City of Sydney Wayne Harrison qal li dis-sena kemm il-wirjiet tad-9 pm, li damu sejrin għal 8 minuti u nofs u kemm dawk ta’ nofs-il-lejl li damu sejrin għal 12-il minuta kienu kkompressati u kompla biex qal li b’hekk naraw l-istess nar imma f’inqas ħin. Dis-sena rajna wkoll l-hourglass l-iktar stampa antika riflessa maż-żamma tal-ħin li baqgħet kontemporanja.

 

Il-Harbour Bridge f’salt ta' musketterija u murtali

 

Qalulna li dis-sena kienu l-iktar logħob tan-nar ta’ “riskju artistiku” fejn kellna taħlita ta’ mużika hard-core, disco u anke yodeling.  Mhux  il-logħob  tan-nar biss naraw fl-aħħar tas- sena  iżda  port  mimli b’kull mudell ta’ dgħajjes u jottijiet. Kien  hemm  madwar  3000  inġenji oħra tal-baħar. Kien hemm ukoll parata ta’ ħafna minn dawn l-inġenji mżejjnin u bid-dwal  jduru mal-port fejn kull post vantazjuż kien mimli bħal bajda.

Spettaklu tan-nar fuq is-Sydney Harbour Bridge

 
 

 Fil-qosor

 

 Mario u Rita Calleja li joqgħodu f’The Avenue Sunshine West (subborg ta’ Melbourne Victoria) rebħu l-premju mgħoti mill-gazzetta Herald-Sun għall- aħjar dar imżejna u mixgħula għaż- żminijiet tal-Milied. www.heraldsun.com ħabbru li d-dar li l-Maltin, Mario u Rita ilhom jżejnu għal dan l-aħħar seba’ snin ġabu 5479 vot minn total ta’ 10,576 vot li ġew mibgħuta mill-qarrejja ta’ din il-gazzetta.

 
 

 Peter Abela minn Diamond Creek daħħal fil-qorti lid-Dipartiment ta’ l- Edukazzjoni fl-iStat ta’ Victoria u qiegħed jitlob kumpens ta’ $300,000. L- akkuża ta’ Abela tgħid li d-Dipartiment naqas li jeduka lill-ibnu Beau ta’ 14-il sena. Beau li attenda l-iskola Panton High Primary u issa jinsab f’Year 9 f’Eltham High u ma jafx la jaqra, la jikteb u l-inqas. jgħodd. Peter Abela qiegħed jgħid li kien ilu jitlob assistenza għal Beau minn kemm kien ilu f’Year 3. Huwa mhux qiegħed jakkuża lill- għalliema  jew  l-iskola  iżda  lis-sistema

Peter u Beau Calleja

 

Id-dar ta' Mario u Rita Calleja

 

edukattiva  ġenerali li tħalli  studenti bħal Beau  li  jkompli jipprogressaw kull sena għal livelli ogħla.. Peter ammetta li lest li ma jkomplix bil-ġlieda legali tiegħu jekk il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Bronwyn Pike taċċetta li titlaqa’ miegħu.

 Joe u Angela Gauci iċċelebraw 60 sena miżżewġin. Huma żżewġu f’Malta f’Novembru 1947 u seba’ snin wara emigraw lejn Blacktown NSW meta Joe kellu 23 sena u Angela 16-il sena. Meta Angela kellha biss 10 snin kienet vittma tat-tieni gwerra dinjija meta rat lill- ommha u ħames ħuta jmutu bi splużjoni fid-dar tagħhom waqt rajt mill-għadu. Missierha, oħtha iżgħar minnha u Angela salvaw għax kienu f’kamra oħra tad-dar. F’Malta kellhom erbat itfal u tnejn  oħra  fi  Blacktown. Angela qalet li

 

Joe u Angela Gauci

fil-bidu sabu ħajja diffiċli fi Blacktown u t- tnejn ħadmu iebes. Illum igawdu żjarat mit-tfal tagħhom, 16 tfal tat-tfal u 7 tfal tat-tfal tat-tfal.

 
 

 Ġieħ ir-Reppublika

 

 Malta wkoll għandha s-sistema ta’ Unuri u Għotjiet ta’ Mertu. Meta nfridna mis-sistemi Ingliżi kif gara fl-Awstralja wkoll, Malta ħolqu biex ħolqu l-Unuri Maltin taħt l-isem ta’ Ġieħ ir-Repubblika b’att li sar liġi fl-1990. Hemm diversi għotjiet bħal Xirka Ġieħ ir-Repubblika, Midalja għall-Qlubija u Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.
 
Dawn l-unuri joħorġu mill-Palazz tal- President ta’ Malta fuq il-pariri li jagħtih il-Prim Ministru. Ftit ilu fuq l-orizzont gazzetta ta’ kuljum f’Malta dehret ittra fejn ikkritikat l-għotja ta’ dawn l-unuri fejn jidħlu l-Maltin ta’ l-Awstralja.
 
Illum għandna fil-Palazz tal-President persuna li ġiet l-Awstralja ferm iktar minn kull politiku Malti ieħor. Il-President Dr Eddie Fenech Adami ġie l-Awstralja fl-1977,1990, 1995 u fis-sena 2002 ġie darbtejn. Il-Prim Ministru Gonzi ġie jżurna ukoll fil-1993,,2002 u 2007, jekk niftakar    tajjeb.   Bejn    dawn    it-tnejn

 

flimkien mal-pariri li jirċievu mill-uffiċċji li għandhom f’Canberra, Melbourne u Sydney nifhem li għandhom idea tajba ta’ min ħaqqu dawn l-unuri fl-Awstralja.
 
Bla ebda mod ma rrid inaqqas il-mertu ta’ dawk li rċevew xi unuri ta’ Ġieħ ir- Repubblika li jgħixu fl-Awstralja. Kollha tista’ tgħid kien ħaqqhom jiġu mgħotija għarfien. Ma nistgħax nifhem biss kif isiru dawn l-għażliet. Nafu li hemm xi kummissjoni f’Malta li tiġbor u tagħmel l- għażla. Nissoponi wkoll li ssir ħafna pressjoni politika tant li ftit joħroġu ismijiet magħrufa għal lewn politiku oppost tal-Gvern tal-ġurnata. Veru li kulltant joħroġ xi wieħed/waħda bħal token gesture.
 
Huwa dnub u ħasra kbira li l-kulur politiku ta’ l-individwu jidħol bejn il-verità u l-mertu mistħoqq u dawn l-għotjiet. F’xi żmien kont ipproponjet li Ġieħ ir- Repubblika għandha jkollha sezzjoni għaliha fejn jidħlu l-Maltin ta’ Barra.

 

Veru li jien dejjem nargumenta li aħna li ngħixu barra u għandna ċ-ċittadinanza Maltija aħna ċittadini l-istess bħal dawk li jgħixu f’Malta. Din kienet ir-raġuni fundamentali ta’ l-għotja taċ-ċittadinanza doppja iżda l-Gvernijiet Maltin fejn jaqbillhom iqabblu u fejn iridu japplikaw ċertu eċċezzjonijiet.

Wara kollox il-Gvernijiet Maltin joħorġu jew aħna fl-Awstralja nsiru nafu b’dawn l- eċċezzjonijiet minn żmien għal żmien. Insemmi biss dawn li ġejjin li smajna bihom f’dawn l-aħħar xhur.

Il-karta neċessarja tas-sigurtà tas-saħħa fil-pajjiżi ta’ UE, id-differenza fil-ħlas tax- taxxa bejn Malti f’Malta u dak fl- Awstralja fejn jidħlu investimenti u dan l- aħħar it-tfal addottati u l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza doppja.

Iva, fejn jidħlu l-Unuri ta’ Ġieħ ir- Reppublika u l-Maltin fl-Awstralja rridu neħħu l-għamad sfernat politiku li qed iżomm għotjiet iktar ġusti.

 
 
 

Ibagħtu l-kummenti tagħkom fuq email għand
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2007 l-orizzont & allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com