|
Qrajna
li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni f’Malta, Dr Alfred Sant ha
l-inizzjattiva mill-ewwel mumenti biex bgħat messaġġ
ta’awguri lill Prim Ministru ġdid ta’ l-Awstralja, Kevin
Rudd wara r-rebħa kbira li rnexxielu jagħmel fl-aħħar
elezzjoni Federali (jiġifieri ma’ l-Awstralja kollha).
Dr Alfred Sant għażel li jibgħat dan il-messaġġ lil
Charles Muscat, ir-rappreżentant tal-MLP fl-Awstralja.
Charles Muscat li joqgħod f’Canberra minnufih għaddieh
lil Annette Ellis MP f’Parliament House, Canberra.

Il-ġimgħa l-oħra ktibt ukoll dwar il-konnessjoni Maltija
fil-format tal-Parlament Federali l-ġdid u sibna li
David Bradbury MP li għadu kemm rebaħ id-distrett ta’
Lindsay (naħat ta’ Penrith NSW) hu ta’ nisel Malti.
Skond rapport f’The Maltese Herald insibu li omm dan
il-politiku hija Maltija bl-isem ta’ Carmen Tedesco minn
Ħaż-Żabbar. Emigrat lejn l-Awstralja mal- familja tagħha
fl-1954. In-nanna ta’ David, Pauline ukoll twieldet
f’Ħaż-Żabbar u nannuħ Anthony twieled tas-Sliema.
Missier David, John hu Awstraljan u żżewweġ lil Carmen
Tedesco fl-1974. Kienu joqgħodu fis-subborg ta’
Fairfield NSW. David huwa t-t-tieni minn ħamest aħwa.
Carmen Bradbury (nee Tedesco) żaret
Malta fl-2001/02 waqt li David Bradbury MP u martu Kylie
kienu wkoll Malta għal qamar-il għasel fl-2001. David u
Kylie għandhom erbat itfal, Anna, Helena, Rose u
Nicholas.
David Bradbury huwa gradwat fil-liġi mill-Universitą ta’
Sydney u fil-preżent qed jispiċċa Masters of Law. Huwa
jaħdem bħala avukat mad-ditta Blake Dawson Waldron.

David Bradbury MP serva bħal Kunsillier fil-Penrith City
Council għal dawn l-aħħar tmien snin u darbtejn ġie
elett bħala Sindku. |
|
 |
|
David Bradbury
jidher ma' martu Kylie u l-ġenituri tiegħu
Carmen u John |
| |
|
Ir-rebħa
elettorali tiegħu fid-distrett ta’ Lindsay ma
kienet xejn faċli għax dan id-distrett kien
f’idejn Jackie Kelly (ex-Ministru) u Benjamina
ta’ John Howard. Waqt l-elezzjoni l-Liberali
qassmu propaganda qarrieqa u rażżista b’ismijiet
foloz kontra l-Laburisti f’dan id-distrett iżda
nqabdu.
Din l-attivitą klandestina tagħhom f’dlamijiet
tal-lejl splodiet f’wiċċhom u dehret f’kull
faċċata tal-gazzetti. Kienet daqqa fatali għal-
Liberali fil-kampanja tagħhom. David Bradbury
mhux biss rebaħ iżda rnexxielu jakkwista xaqliba
lejn il-Laburisti ta’ 9.73%. Mhux ta’ b’xejn dan
iż-żagħażgħ Laburista ġie mogħti merħba speċjali
minn sħabu l-MP hekk kif iltaqgħu għall- ewwel
darba f’Canberra. |
|