|
|
| |
|
F’dawn
l-aħħar ġimgħat fl-Awstralja kellna splużjoni.
Le mhux xi karma tan-nar iżda waħda ta’ ismijiet
Maltin li tfaċċaw fil-midja kemm stampata u anke
elettronika.
Bdejna bir-rebħa meritata tal-kantanta grazzjuża
Nathalie Gauci li ħadet l-ewwel post
fl-Australia Idol kompetizzjoni li l-Kanal 10
jniedi ma’ l-Awstralja kollha biex jintroduċu
lill-udjenza tagħhom talenti ġodda. Programm
televiżiv tassew popolari li jdum sejjer
sena sħiħa li fiha naraw eluf ta’ kontestanti.
Fil-preliminari jkun hemm xi Maltin ukoll u dis-sena
ma’ l-aħħar 12 kellna wkoll lil Daniel Mifsud
minn NSW.
Kienet Nathalie Gauci ta’ 26 sena minn East
Burwood qrib Melbourne li għandha missierha
Malti u ommha Taljana li fl-aħħar final
spettaklu fl-Opera House ta’ Sydney u eluf oħra
li nġabru fuq it-taraġ ta’ barra ta’ din l-ikona
Awstraljana laqgħu lil din il-Maltija bħala
l-aħjar talent ġdid fl-Awstralja. |
|
|
|
 |
|
Nathalie Gauci |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ir-riżultat
ta’ l-elezzjoni federali li kien rebħa assoluta
għall-Partit Laburista fakkarna kemm persuni ta’ demm
Malti jew oħrajn mħallta biz-żwieġ magħna nsibuhom ukoll
f’din l-isfera fejn daqs il-kantanti għandhom ukoll
talenti speċjali.
L-ikbar suċċess bla dubju huwa dak ta’ Chris Bowen MP li
għalkemm din kienet t-tieni elezzjoni tiegħu, u fl-eta
ta’ 34 sena ġie maħtur Assistant Teżorier u Ministru
għall-Politika dwar il-Kompetittività u Affarijiet tal-Konsumatur,
Chris Bowen miżżewweġ Maltija u jitla’ mid-distrett ta’
Prospect fejn għandna joqgħodu eluf ta’ Maltin.
Kien hemm ukoll Mark Buttigieg, kandidat ieħor Laburista
li għalkemm ma ġiex elett fid-distrett ta’ Cooks (NSW)
iżda żied sostanzjalment il-vot tiegħu.
David Bradbury hu isem ieħor li sploda fi-xena politika.
Huwa kien Kunsillier fil- Kunsill Lokali ta’ Penrith u
issa daħal għall-politika federali. Huwa rebaħ
l-elettorat kontraversjali ta’ Lindsay (naħat ta’
Penrith NSW) fejn kienet tirrenja l-eks Ministru Jackie
Kelly. Kienet rebħa kbir għal dan il-politiku ta’ nisel
Malti li ommu twieldet Ħaz-Żabbar. |
|
 |
|
David Bradbury |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
| |
|
Mara
Maltija li għamlet isem fil-qasam tax-xandir
fl-Awstralja hija bla dubju Christine Spiteri li
hija xandara popolari fuq il-Kanal 9. Ftit snin
ilu l-istazzjoni tagħha bgħatha bħala
l-korrispondent f’Los Angeles US.
Spiteri li għandha 40 sena tinsab bil-maternity
leave, u f’Jannar 08 jispiċċalha l- kuntratt.
Il-kap ta’ l-aħbarijiet tal-kanal 9, John
Westacott ġie attakkat u deskritt fil- ġurnali
ta’ kuljum bħala rażżista u xuvinistiku wara li
ġie allegat li għajjar lil Spiteri meta qallha
li “ b’isem bħal Spiteri missek tipprova ma’ l-SBS
(li hawn insibuh bħal the ethnic station).
Christine Spiteri qed tfittex bil-qorti
lill-istazzjoni li mpjegha għal dan l-aħħar
13-il sena iżda li mhux se jġeddidilha
l-kuntratt. Hija miżżewġa lil Matt u għandhom
tifel Ethan. Missier Christine huwa Charles
Spiteri ġurnalista sportiv. |
|
|
 |
 |
|
Christine
Spiteri |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-battalja
mad-ditta James Hardie li huma akkużati li ħallew l-impjegati
tagħhom esposti għall-materjal velenuż asbestos. Huma kellhom
il-fabbrika fis-subborg ta’ Camellia fil-punent ta’ Sydney
fis-sittinijiet fejn kienet timpjega ħafna Maltin. Id-ditta
James Hardie reġgħet kienet fl-aħbarijiet meta l-unjonista
Bernie Banton miet kawża ta’ dan it-trab qerriedi. Eżatt
f’soddtu, ftit jiem qabel ma miet rebħilhom kawża storika.
Wieħed mill-ftit li baqgħu ħajjin vittmi ta’ dan il-materjal
velenuż hu Chris Sultana ta’ 61 sena li ftakar fiż-żmien meta
kienu jkunu totalment mgħottija bit-trab ta’ l-asbestos. Huwa
qal anke dawk li kien jaħdmu viċin mal-Goodyear Rubber ġew
affettwati. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-festi
ta’ Malta, kif nikteb kemm- il darba jiġu ċċelebrati
fl-Awstralja wkoll. Jien mhux xi wieħed li mmur dawn
il-festi li sfortunatement anke hawn ma għadhomx
jattiraw il-mijiet li kienu jagħmlu qabel iżda ftit ilu
mort fis-subborg ta’ Plumpton għall-festa ta’ San Nikola
fejn iltaqjna mal-ħabrieki President Bill Schembri,
l-PRO Jim Borg u membri oħra tal-kumitat li jaħdmu bi
shih biex inferrħu lis-Siġġiwin ta’ NSW.

Għal festa kien
hemm quddiesa mill-kappillan tal-knisja, Good Shephard
ta’ Plumpton, Fr Henry Paul OFM Cap waqt li l-priedka
saret minn Fr Benedit Sant MSSP.
L-istatwa ta’ San Nikola inħarġet mill-knisja fejn
tħalliet barra. Kien hemm ukoll il-banda Maltija OLQP u
l-kor ta’ l-Għaqda Kultural Maltija ta’ NSW u JC Choir.
Fit- tmiem sar ukoll il-logħob tan-nar. Dejjem titgħallem
xi ħaġa ġdida. Sirt naf li l-qaddis Malti Dun Ġorġ Preca
għandu konnessjoni sewwa mas-Siġġiewi għax il-ġenituri
tiegħu u n-nanniet tiegħu jinsabu midfuna fil-knisja
tas-Siġġiewi. |
|
 |
|
Waqt il-purċissjoni bl-istatwa
ta' San Nikola f'NSW |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Maltese
Past Pupils ta’ Don Bosco (NSW) kull sena jippreżentaw
kunċert varjat biex ikomplu jiġbru l-flus għall- karità. Dis-sena fi Greystanes ippreżentaw “Way Back When” fejn
ħadu sehem membri ta’ din l-għaqda iżda l-iktar li
ppresjonaw kienu l-għadd ta’ żgħażagħ li ħadu parti
attiva fuq il- palk. Fetaħ il-kunċert il-President
il-ġdid, Victor Grech meta ta’ merħba lil kulħadd.

Iz-zfin mit-tfal mill-familja Mamo u mill-familja
Micallef/Gallgher kien ferm addattat. Fil-fatt, iktar
kien hemm tfal u żgħażagħ fuq il-palk, xi ħaġa rari
fil- komunità’ Maltija. Il-kunċert kien mimli skeċis
mill-films li ddawru f’atti komiċi fejn għal darba oħra
bbrillaw Joe Fabri u Charles Micallef. Ħa sehem ukoll
il- kantant Joe Galea. Is-sala kienet mimlija b’udjenza
entużjażmata li ma qatgħu xejn ikantaw u jiżfnu ma’ dak
li kien qiegħed isir fuq il-palk. |
|
 |
|
Fis-sala waqt
il-kunċert ta' Don Bosco |
| |
|
Fost
dawk li attendew kien hemm il- Konslu Ġenerali, Joanna
Pisani, Dr |
|
George
Boffa u martu Laura u Fr Claude Borg.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
It-tagħlim tal-Malti fl-Awstralja |
|
|
|
|
It-tagħlim
tal-lingwa Maltija f’NSW qiegħed dejjem ikompli miexi ‘l
quddiem. Għalkemm waqt iż-żjara tal-Prim Ministru Gonzi
f’NSW xi għalliema iddeċidew li jiftħu xi żewġ
klassijiet għar- rashom, l-iskola mmexxija mill-Maltese
Community Council of NSW iktar ħadet spinta ‘l quddiem
għax issa jidher li l- aċċent hu iktar fuq l-istudenti u
mhux fuq l-għalliema.

Il-MCC sa anke offrew term mingħajr ħlas għax ħassew li
l- istudenti għandhom jibbenefikaw mill- għaqal
amministrattiv ta’ qabel fejn daħlu l-finanzi.

Għas-sena l-ġdida ħabbru ukoll rati ferm irħas milli
qatt kien hawn f’NSW. F’dan ir-ritratt jidhru studenti
(u xi għalliema) fil-klassijiet li jsiru f’Horsley Park.
Għalkemm mhux l-istudenti kollha jidhru f’dan
ir-ritratt iżda bla
dubju hu |
|
 |
|
Xi studenti
mill-klassijiet tal-Malti f'Sydney |
 |
|
dehra
li tqawwilek qalbek fejn jidħol it-
tagħlim tal-lingwa Maltija. Kulħadd
qiegħed jistenna
l-inizjattivi mwiegħda |
|
mill-Prim Ministru dwar it-tagħlim tal-
Malti fl-Awstralja li ġew imħabbra waqt
iż-żjara ta’ Dr Gonzi.. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|