It-Tnejn, 3 ta' Diċembru 2007     
      

 

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-aħbarijiet jidhru wkoll fil-gazzetta f'Malta "l-orizzont" (kull nhar ta' Tnejn) u
f'The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja
.

 Wara r-Rebħa Laburista

 

 Ma naħsibx li qed tistennew din il- kolonna biex tkunu tafu r-riżultat ta’ l- elezzjoni Federali li saret fl-Awstralja nhar is-Sibt 24 ta’ Novembru. Se nagħti biss xi kummenti validi dwar ir-rebħa storika ta’ Kevin Rudd li wara biss ftit iktar minn sena li laħaq mexxej ta’ l-Australian Labor Party irnexxilu mhux biss isir is-26 Prim Ministru ta’ dan in-nazzjon iżda li jegħleb lil John W. Howard li kien ilu Prim Ministru għal ħdax-il sena u nofs u magħruf bħala wieħed mill-aqwa politiċi li qatt kellha l- Awstralja. Kienet rebħa kbira għal-Laburisti li issa qed jiggvernaw l- Awstralja kompletament minn naħa għal oħra, mil-Lvant għal Punent. Dan ifisser li għandna Gvernijiet Laburisti f'kull Stat u Territorju u b’din l-aħħar rebħa, fil- Federali wkoll.

Kien fl-1983 li l-Partit Laburista kien viċin li jiggverna wall-to-wall meta l-Liberali iggvernaw biss f’Tasmania. Minn naħa l- oħra, il-Liberali kważi kisbu f’idejhom kull Gvern fl-1996 meta l-Laburisti kellhom    biss    gvern   Statali   f’South

 

Kevin Rudd

 

Australia. Iżda forsi l-ikbar xokk tal-jum storiku elettorali kien ir-riżultat tad- distrett ta’ Bennelong li l-Prim Ministru John Howard ilu jirrappreżenta għal 33 sena sħaħ. Il-karrismatika Maxine McKew (eks ġurnalista/xandara ma’ l- ABC TV)  tista’  tirbaħlu  dan  is-siġġu  u

 

John Howard josfor mix-xena Parlamentari għal kollox.
 
Kellna ukoll Malti, Mark Buttigieg li kontesta s-siġġu ta’ Cook f’NSW iżda dan ma telgħax għalkemm mar tajjeb ħafna. Il-ġenituri ta’ Mark Buttigieg huma Carmen minn Naxxar u Victor mill- Ħamrun li emigraw lejn Sydney fl-1955.
 
Għaliex John Howard tilef meta fl- Awstralja għanda ekonomija fl-aqwa tagħha u nies bla xogħol l-inqas li qatt kellna? Il-fattur prinċipali jindika li John Howard kien ilu jiggverna żmien twil (kważi 12-il sena) u kien għalhekk żmien opportun għal bidla. Peter Costello, it-Teżorier u l-werriet wara John Howard iddikjara li mhux se jaċċetta l- post ta’ mexxej tal-Partit Liberali u Kap ta’ l-Oppożizzjoni. Daqqa oħra kera għal dan il-partit.
 
Wara Tony Blair issa ntemm ir-renju ta’ John Howard. George W. Bush jinsab fl- aħħar tal-ħajja politika tiegħu wkoll. It- tlieta li daħħluna fil-gwerra ta’ l-Iraq.

 

 

 Għotjiet ta’ Boroż ta’ Studju għall-Istudenti
 tal- Malti

 

 Għar-raba’ sena l-kumitat tal-Għaqda Storika Maltija (MHA) ippreżenta boroż ta’ studju lil seba’ studenti li jmorru jitgħallmu l-Malti kull nhar ta’ Sibt fl- iskola Sekondarja, Brimbank College, St Albans (Melbourne) fl-iStat ta’ Victoria.
 
Il-lejla bdiet billi l-MC, Dr Brian Zammit li huwa wkoll is-segretarju tal-MHA, introduċa lil Rosanne Pirotta li tkellmet fuq il-programm li toffri l-iskola tal-VSL fi Brimbank College u kif dan il-programm iwassal lill-istudenti sal-livell tal-VCE. Wara tkellmet Edwidge Borg li hi l-ko- ordinatriċi tal-klassijiet li jsiru fiċ-Ċentru Malti f’Parkville. Il-programm tal-Malti f’dan iċ-ċentru huwa differenti għax, għalissa l-istudenti ta’ dawn il-klassijiet ma joqgħodu għall-ebda eżami.
 
Tlett rappreżentanti ta’ għaqdiet jiġifieri Vincent Calleja, President ta’ Newport Maltese Association, M’Louise Anastasi, il-Viċi-President tal-Maltese Literature Group u Claudia Zammit rappreżentanta tal-Western Travel għamlu donazzjonijiet lill-President tal- MHA, Frances Bonnici għal din l-iskema tal-Boroż ta’ Studju.
 
Marvic Vella-Buttigieg, għalliema tal- Malti tal-Yrs 11 u 12 VCE wriet ‘video tape’ ta’ l-istudenti li din is-sena għamlu l-eżami. Hija saqsiethom għaliex jitgħallmu l-Malti u tista’ tgħid kollha wieġbu li biex ikunu jistgħu jkellmu lill-familjari tagħhom meta jmorru Malta.
 
Wara  l-video,  Brian  għamel intervista lil Christian Zahra, ex-membru Parlamentari      Laburista       f’Victoria,

 

Jidhru mix-xellug: l-avukat Victor Borg, Angele Azzopardi, l-istudenti li ħadu l-boroż ta' studju, Frances Bonnici u l-Prof Maurice Cauchi.

Christian, li ġie l-Awstralja meta kellu sentejn, beda jistudja l-Malti din is-sena fil-klassijiet ta’Parkville. Huwa ta messaġġ lit-tfal u ż-żagħżagħ preżenti biex ikomplu jitgħallmu din il-lingwa.
 
Imbagħad kien imisshom l-istudenti biex juruna kemm jafu bil-Malti. L-istudenti żgħar kantaw u rreċtaw ‘Bumm Bumm il-Bieb’ u Dawra Durella’ waqt li l-kbar kantaw xi ftit kanzunetti mexxejja u li magħhom kantat anki l’udjenza.
 
Wara bdiet l-parti formali tal-lejla. Il- President tal MHA tkellmet fuq kemm hija importanti li nżommu l-lingwa u l- kultura Maltija ħajja f’dan il-pajjiż u għaliex il-kumitat tal-MHA ħass il-bżonn li   jagħmel  xi  ħaġa   biex  jinkoraġġixxi

 

aktar żagħżagħ jitgħallmu l-Malti. Hekk bdiet l-iskema.
 
Imbagħad, seba’ studenti mill-ewwel sena sal-ħdax-il sena ġew ippremjati b’ċertifikat u flus bħala rikonoxximent tax-xogħol tagħhom fit-tagħlim tal-Malti.
 
Il-lejla ġiet għat-tmiem b’diskorsi mill- avukat Victor Borg, il-President tal- MCCV u s-sinjura Angele Azzopardi, il Konslu Ġenerali Malti fil-Victoria. It-tnejn ferħu lit-tfal u żagħżagħ rebbiegħa tal- boroż għall-isforzi li qegħdin jagħmlu biex jitgħallmu l-lingwa tal-ġenituri w n-nanniet tagħhom. Huma ferħu wkoll lill- kumitat tal-MHA għal din l-inizzjattiva w xtaqu lill-għaqda kull suċċess għall- futur.

 
 

 Fil-belt ta’ Bankok

 

 Naf li din il-paġna tiġbor aħbarijiet mill-Awstralja iżda naħseb li l-qarrejja tagħna jieħdu gost jaqraw dwar kull attentat li jsir barra mill-gżejjer tagħna biex Malta tiġi mogħtija għarfien speċjalment f’xi belt imbiegħa bħal Bankok fit- Tajlandja. F’dawk in-naħat insibu lil Adrian Borg Cardona, Kavallier ta’ l-Ordini Sovrana ta’ San Ġwann (SMOM) li qiegħed jgħallem l-Ingliż. Adrian kien residenti tal-belt ta’ Sydney fl-Awstralja għal ħafna snin u kien ukoll kaxxier tal- Australian-Maltese Chamber of Commerce. Huwa qalli li dan l- aħħar f’Bankok saret l-World Consular Fair 2007 fil-Convention Centre ta’ dik il-belt li ġiet miftuħa uffiċjalment mill-H.R.H. Princess Somsawalee.
 
Kien hemm ħafna pajjiżi rappreżentati f’din il-fiera. Il-Konslu Onorarju ta’ Malta fit-Taljandja, Niphan Benjavilas bi sforz personali rnexxielu jakkwista stand f’din il-fiera biex juri x’għandha x’toffri Malta lil din in-naħa tad-dinja. Il-fiera li damet sejra erbat ijiem, ġiet organizzata fl-okazzjoni tat-80 sena tar- Re tat-Taljandja. Kienet inizjattiva tal-Korp Konsulari. Għaliha attendew eluf kbar ta’ nies fosthom ħafna studenti. Saru wkoll laqgħat ta’ diskussjonijiet fejn il-prospetti ta’ Malta bħala post turistiku,  kultura,  kummerċ  u  ċentru ta’ skejjel għat-tagħlim

 

Waqt il-Fiera f'Bankok jidhru Adrian Borg Cardona (xellug)
u Niphan Benjavilas

tal-lingwa Ingliża ġew diskussi. Il-Konslu Onorarju kien mgħejun minn Adrian Borg Cardona.

 
 

 Bandalora ġdida

 

 Il-klabb tal-George Cross Falcons li jieħu ħsieb il-Maltin li joqgħodu fin-naħat ta’ Wollongong jinsab fiċ-ċentru tas-subborg ta’ Cringila f’dawn l-aħħar snin reġa’ ħa ħajja ġdida speċjalment dan l-aħħar bil-ħatra ta’ Louis Parnis bħala President.
 
Din l-għaqda li ilha mwaqqfa mis-sena 1951 għandha wkoll il-bini tagħha (ara ritratt) u għadd kbir ta’ viżitaturi distinti minn Malta jmorru l-vjaġġ twil (madwar 90km minn Sydney) biex jattendu l-funzjonijiet minn żmien għal ieħor.
 
Ftit ilu l-George Cross Falcons illonċjaw bandalora ġdida (ħafna mill-għaqdiet Maltin fl-Awstralja għadhom dilettanti tal-bandalori). Saret funzjoni speċjali li għaliha attendew is-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesł tal-lokal u Fr Leonard Testa ukoll. Charlie Mamo li huwa membru għal għomru ta’ dan il-klabb u li sponsorja din il- bandalora, flimkien ma’ Lucy Bonanno u Emmanuel Fenech li ħadmu id-disinn tal- bandalora telgħu fuq il-palk flimkien ma’ Fr Testa biex sar it-tberik u l-illonċjar.

 
 
 

Fir-ritratt jidher Louis Parnis (xellug)
u Charlie Mamo flimkien mal-bandalora

 
 

Victor Grech

 

 President ġdid

 

 Victor Grech, għalliem ta’ l-arti fl-Awstralja nħatar bħala l-President ta’ l-Għaqda tal-Past Pupils ta’ Don Bosco ta’ NSW. Victor Grech li twieled ir-Rabat Għawdex fl-1942 ilu jgħallem l-arti fl-iskejjel ta’ Sydney għal dawn l-aħħar 27 sena. Huwa ggradwa fl-1976 bil-BA (Hons) u spiċċa jgħallem l-arti fil-Lyceum. Huwa emigra lejn l-Awstralja fl-1979 flimkien ma’ martu Marlene u ibnu ta’ tmien snin.
 
Victor Grech ingħaqad ma’ l-Għaqda tas-Sależjani f’Sydney madwar għaxar snin ilu u dan l- aħħar kien l-uffiċjal tal-Pubbliċitą’.
 
Il-President ta’ qablu kien Joseph Fabri li għal dawn l-aħħar ħames snin ħadem bi sħiħ biex din l-għaqda tkompli l-missjoni tagħha bil-ġbir ta’ fondi għall-missjonijiet. Joe Fabri minn tas- Sliema baqa’ membru tal-kumitat u għalhekk l-għaqda mhux se titlef is-servizzi tiegħu. Huwa kien ilu President minn Ottubru 2002.

 
 
 
 

Ibagħtu l-kummenti tagħkom fuq email għand
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2007 l-orizzont & allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com