|
Ftit
ġimgħa ilu ktibt dwar ir-resturant tal-Maltin bl-isem
ta’ Café Valletta li għandna fil-qalba tal-belt ta’
Sydney, ħanut tassew modern li mhux jagħmel biss isem
lill-propjetarji, Joe u Miriam Portelli (minn Għawdex)
iżda lill-Maltin kollha. F’dan il-lokal għandek issib
żewġ kwadri b’pittura ta’ xeni ta’ Malta speċjalment
wieħed tal-belt Valletta. Kelli l-opportunitą li mmur sa
dan ir- resturant fl-okażjoni ta’ tislima li l- komunitą
Maltija ta’ NSW tat lill-Konslu Ġenerali Joanna Pisani u
lil Franco Farrugia r-rappreżentant tal-BOV fl-
Awstralja. Kien xieraq li “farewell” ta’ din il-kwalitą
jsir f’post ġdid fejn diġą sar ferm popolari mal-Maltin.

Joanna Pisani ġiet maħtura bħala l- ewwel Konslu
Ġenerali mara f’NSW f’Lulju 2003 u jidher li waslilha
ż-żmien biex tirritorna lura lejn Malta. Iż-żmien tagħha
f’dan l-iStat diġą ġie mtawwal għal ħafna xhur u jidher
ukoll li l-isem tal-persuna li ġejja flokha għadu ma
tħabbarx mill-Ministru Michael Frendo. Ma tkunx l-ewwel
darba li jħallu dawn il- postijiet Konsulari vojta għal
żminijiet twal.

Madwar 50 persuna mlew l-Café Valletta biex jagħtu
tislima u rringrazzjament speċjali f’okażjoni li kellha
tkun għall- Konslu Ġenerali biss iżda f’daqqa waħda
inbidlet bħala okażjoni wkoll għal Franco Farrugia u
martu Nancy.

L-okażjoni speċjali fil-Café Valletta kienet
organizzata mill-Kunsill
tal- |
|
 |
|
Mix-xellug:
Charles Galea-Soler, Franco u Nancy Farrugia,
Charles Mifsud,
Joanna Pisani u Jessie Mifsud. |
| |
|
Komunitą Maltija ta’ NSW u kienet
immexxija minn Alfred Fenech. Sar
diskors ta’ l-okażjoni mill-President
Charles Mifsud u wara tkellmu wkoll uħud
minn dawk li kienu preżenti b’ton ta’
ringrazzjament għax-xogħol li wettqu
kemm Joanna Pisani u Franco Farrugia
fost il-komunitą Maltija. Kien hemm
ukoll min ippreżenta xi rigali. Fl-aħħar
tkellmu ż-żewġ mistiedna fejn
irringrazzjaw lil kulħadd.
Il-propjetarji ta’ Café Valletta lestew
ikla la Maltija fejn ġie servut imqarrun
il-form u stuffat taċ- ċanga.
Franco Farrugia tal-Bank of Valletta ilu
fl-Awstralja madwar 13-il
sena u issa |
|
wkoll
ġie msejjaħ lura. Ma nistax nifhem kif
dawn l-uffiċjali jħalluhom daqstant snin
fl-Awstralja. Żgur li l-BOV għandu
jkollu regoli ferm iktar ġusti u ma
jħallix persuni jservu barra għal
daqstant żmien. Dawn iż-żewġ persuni
ngħataw l- aħħar tislimiet minn bnadi
oħra.
Mad-dħul tas-sena l-ġdida, il-BOV fl-
Awstralja se jkollu uffiċjal
rappreżentattiv ġdid. Charles Grech
Soler mir-Raħal il- Ġdid ilu jaħdem
mal-bank mill-1984 f’diversi karigi. Dan
l-uffiċjal għandu Masters fil-Business
Administration u huwa miżżewweġ
lil Yvette nee’ Attard. Dan
l-aħħar kienu joqgħodu f’tas- Sliema. |
|
|