|
|
| |
|
Għalkemm
kienet il-festa ta’ Agnes u Joe iżda ma hemmx
dubju li kienu t-tfal tagħhom li kellhom fuq
wiċċhom tbissima ta’ kburija u gratitudni. Agnes
Vella (Tal-Pampalaw) ta’ 26 sena u Joe Camilleri
(Ta’ Ġurina) ta’ 32 sena, it-tnejn mill- villaġġ
sabiħ tal-Mellieħa żżewġu fis-Santwarju tal-Madonna
fuq il-Għolja fis-27 ta’ Ottubru 1957 u ftit
wara, kif kienu jagħmlu ħafna koppji miżżewġin
friski dawk iż-żminijiet telqu l-Mellieħa fuq
il-vapur m/v Aurelia destinati għall-belt ta’
Sydney. Joe kien idoqq il-klarinet mal-banda
Imperial tal- Mellieħa kif ukoll kien idoqq
missieru Ġammari. Ritratt tiegħu għadu sal-lum
jinsab imdendel mal-ħajt fil-każin tal-Banda.
Mal-wasla tagħhom issetiljaw f’Horsley Park fejn
bdew joperaw market garden u
sal-lum, 50 sena wara għadhom |
 |
 |
|
Ritratt taż-żwieġ
ta' Joe u Agnes Camilleri |
|
|
 |
|
Joe u Agnes
Camilleri |
 |
|
joqgħodu
fl-istess dar fejn rabbew l-erbat itfal tagħhom,
Maryanne, Pauline, Carol u Jim. Huma wkoll
nanniet ta’ erba’ Thomas, Rachel, Emily u Henry.
Joe Camilleri kien ukoll bandist mal-banda OLQP
ta’ Greystanes.
Illum irtirati Joe u Agnes reġgħu ġeddu
l-wegħdiet tagħhom taż-żwieġ quddiem
il-kappillan tal-parroċċa u wara komplew
jiċċelebraw f’restaurant imdawrin mal-familja u
ħbieb. It-tfal tagħhom iddiskrevew din iċ-ċelebrazzjoni
tal-Ġublew tad- Deheb bħala avveniment mill-aqwa
u għażiż ferm għalihom għax jafu sewwa kif
trabbew b’tant għożża u mħabba.
Il-koppja Camilleri rċevew l-isbaħ xewqat
fl-okażjoni tal-50 anniversarju tat-tieġ tagħhom
minn għand Chris Bowen MP, Il- Prim Ministru,
il-Gvernatur Ġenerali u anke l-Papa Benedittu
XV1 bgħat iberikhom. Irċevew xewqat u rigali
minn ħafna mill- qrabat tagħhom minn Malta u
l-Kanada li ma setgħux ikunu preżenti. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Kantanta
żagħżugħa
fl-Awstralja |
|
|
|
|
Ftit
kienu dawk li semgħu biha. Kantanta ta’
16-il sena mill-Mosta li għamlet pass
ta’ ġgant meta imbarkat fl- istess triq
li waslet l-Awstralja lill- kantanti
magħrufa Maltin bħal Mary Spiteri,
Renato, Enzo Guzman u oħrajn.
Il-kumpanija Teatrali Ċittadini ta’ NSW
ppreżentaw lil Kimberly Grech
għall- ewwel darba fil-Merrylands RSL
Club. Din kienet l-ewwel darba li talent
Malti għamel użu minn dan il-klabb.
Il-kantanta żagħżugħ ippreżentat
it- talent tagħha quddiem sala mballata
bin-nies (full house, madwar 400) u
marret tajjeb ħafna speċjalment meta
tikkunsidra l-eta’ tagħha. Il-vuċi
melodjuża tagħha turi li Kimberly
Grech għandha futur sabiħ fil-qasam tad- |
|
divertiment. Fl-Awstralja Kimberly
Grech kienet akkumpanjata minn omma
Miriam u oħra ż-żgħira. Il-programm li
dam sejjer madwar 4 siegħat u nofs beda
mill-kantant lokali Joe Galea li bħas-soltu
wera l-ħila tiegħu bħala wieħed
mill-aħjar kantanti li għandna f’Sydney.
Wara Iċ-Ċittadini ppreżentaw kummiedja
brillanti “Il-Ġenn ta’ Veronica” taħt
id-direzzjoni ta’ tad- direttur Greg
Caruana li qalli li kien sodisfatt
li skopra stilla oħra tal-kant
b’Kimberly Grech.
Għal din is-serata kien hemm grupp li
ġew minn Melbourne u magħhom kien hemm
Charles (iż-Żiffa) Zammit u martu kif
ukoll Louis Parnis, il-President tal-George
Cross Falcons li ġab grupp miegħu ukoll
minn Wollongong. |
|
|
|
 |
|
Kimberly Grech |
|
|
 |
 |
|
 |
|
Fir-ritratt jidhru
l-awturi li ħadu sehem fil-kummiedja “Il-Ġenn ta’
Veronica”. Wara: Sara Borg, Monica Ledger, Joe Mifsud,
Tessie Sciberras. Quddiem Doris Caruana u Joe Borg. |
|
Fir-ritratt jidhru:
mix-xellug: Charles Zammit flimkien ma’
Greg Caruana u Louis Parnis, il-President tal-George
Cross Falcons Club ta’ Wollongong. |
|
|
|
|
|
|
|
|
Firda
fit-tagħlim tal-Malti |
|
|
|
|
Wara
għaxar snin ta’ ħidma sfieqa u suċċessi fit-tagħlim tal-lingwa
u l-kultura Maltija f’Sydney inqala’ xi nkwiet u
tħabbret li barra l-klassijiet li jmexxu l- Kunsill tal-
Komunitą’ Maltija ta’ NSW sar attentat biex jibdew
klassijiet oħra separati fi Smithfield. Il-Maltese
Language School of NSW (Skola Maltija) sa kienu taħt
theddida li se jitilfu l-isimhom f’attentat li żvija
kompletament iżda li ħoloq ħafna inkwiet u tilwim bla
bżonn.

Meta kmieni f’Ottubru beda l-aħħar term skolaristiku ta’
NSW, il-Maltese Language School ta’ NSW komplew bil-
klassijiet f’Seven Hills u reġgħu fetħu klassijiet
f’Horsley Park fejn skond il- Prinċipal ta’ l-iskola
Victor Vella MA qalli li madwar 60 student marru
jirreġistraw u nfetħu tlett klassijiet.

Skond sorsi qrib il-Kunsill Malti jidher li
l-kompetizzjoni ma kellha l-ebda
effett |
|
 |
|
Studenti tal-Maltese
Language School of NSW (Skola Maltija). |
| |
|
fuq il-klassijiet tagħhom anzi dawn
żdiedu u ħeġġuhom biex għal
sena oħra joħorġu b’kunċett
innovattiv fejn l- |
|
istudenti se jiġu mogħtija ferm iktar
inċentivi biex ikomplu jitgħallmu
l-lingwa u l-kultura Maltija. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru
mhux ħażin ta’ Maltin attendew fil-Marconi Club ta’
Sydney biex jaraw wirja mill-aqwa tal-logħba tas-snooker
li fiha ħadu sehem iċ-ċampjins Malti, Alex Borg kif
ukoll Simon Zammit, it-tieni l-aħjar plajer tas-snooker
f’Malta.
Għal kemm din il-wirja ta’ klassi għolja fil-logħob tas-snooker
ftit ġiet mogħtija pubbliċitą iżda kienet sorpriża meta
rajna daqstant Maltin u anke Taljani li attendew lejl
sħiħ jammiraw il-ħila ta’ dawn iż-żewġ Maltin li kienu
fl-aqwa tagħhom.
L-ewwel ma beda fuq il-mejda kien Alex Borg li huwa ċ- ċampjin
ta’ Malta u l-Ewropa għas-snin 2005 u 2006.
L- avversarju tiegħu kien Vinnie Calabrese li huwa ċ-ċampjin |
 |
 |
|
Mix-xellug:
Hassan Karde, Simon Borg, Pancu Deguara,
Simon Zammit u Vinnie Calabrese. |
|
|
 |
|
Alex Borg u
Simon Zammit |
 |
|
nazzjonali Awstraljan għas-sena
2005. Il-Malti rebaħ finalment 9-4 f’żewġ sessjonijiet u wettaq l-ikbar break
ta’ 109. Bejn dawn is-sessjonijiet prinċipali rajna
wkoll wirja ta’ snooker bejn Simon Zammit u Hassan Kerde.

Kemm Alex u Simon waqfu fil-belt ta’ Sydney fejn
għandhom xi qrabat qabel ma jkomplu fi triqthom lejn it-Taljandja
fejn qegħdin fil-preżent jieħdu sehem fil-World Amateur
Snooker Championship li se tispiċċa fil-25 ta’ Novembru
2007.
Alex Borg sab ħin wkoll biex iżur il-klassijiet tal-lingwa
Maltija fl-iskola pubblika ta’ Horsley Park NSW fejn
iltaqa’ ma’ l- istudenti u l-għalliema. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|