|
Il-Maltese
Welfare NSW Inc, organizzaw lejla ohra
ta’ informazzjoni fejn gie mogħti
tagħrif siewi dwar it- tibdiliet
importanti li dahlu fis-seħħ dan l- aħħar
li jolqotu ċ-ċittadinanza Awstraljana,
kif ukoll iċ-ċittadinanza Maltija.
Lawrence Dimech mexxa din il- lejla li
għaliha attendew mas-70 ruħ.

L-ewwel kelliem mistieden
kien Michael Crighton mid-Dipartiment
tal- Immigrazzjoni u Ċittadinanza li
spjega bid-dettall ir-riformi ġodda biex
wieħed jakkwista
ċittadinanza Awstraljana
li |
|
issa
jinkludi t-test għal dawk l-emigranti
taħt is-60 sena. Semma’ wkoll ir-riformi
li saru fil-liġi Awstraljana li jolqtu
lil dawk it-tfal minn ġenituri Maltin li
twieldu l- Awstralja iżda marru jgħixu
Malta għal kollox.

Fl-assenza tal-Kummissarju Għoli,
Francis Tabone li kien imsiefer,
tkellmet Joanna Pisani, Konslu Ġenerali
ta’ Malta fi NSW li fissret sewwa dwar
min u kif wieħed jista’ jakkwista
ċittadinanza Maltija u ċċarat ħafna
punti li dwarhom kien hemm bżonn ta’
iktar informazzjoni. |