|
|
| |
|
Dħalna
fi żmien ta’ wegħdiet, qlajja’,
esaġerazzjonijiet, ftaħir u x’naf jien. Iva, se
jkollna elezzjoni Federali (jiġifieri ma’
l-Awstralja kollha). U baqalna 20 jum ieħor ta’
musketterija għax il-Prim Ministru, John W.
Howard iffissa d-data għal nhar is-Sibt 24 ta’
Novembru. F’Malta wkoll inthom ħerqana li l-Prim
Ministru Gonzi iħabbar d-data ta’ l- elezzjoni.
Mhux se nikteb dwar lil min se nivvota iżda se
nagħtikom xi tagħrif ġenerali biex tkunu tistgħu
tifhmu aħjar is-sistema Awstraljana.
Il-Prim Ministru John Howard huwa l-kap ta’
ko-alizzjoni bejn il-Partiti Liberali u dak
National u ilhom fil-Gvern mis-sena |
 |
 |
|
Kevin Rudd u
Julia Gillard |
|
|
1996 jiġifieri diġą
rebħu erba’ elezzjonijiet wara xulxin. L-elezzjoni
Federali ssir kull tlett snin. Din l- elezzjoni se tkun
ukoll l-aħħar waħda ta’ John Howard għax diġą ħabbar li
se jirtira xi żmien matul il-ħames term. Is-suċċessur
tiegħu se jkun Peter Costello li fil-preżent hu
t-Teżorier. Il-Prim Ministru jinsab taħt theddida serja
għax id-distrett fejn jikkontesta jiġifieri Bennalong
f’NSW għandu biss marġini ta’ 4.4%. Jekk jitlef postu
jkun l-ewwel Prim Ministru mill-1929 ‘l hawn li ma
telgħax.
Fuq in-naħa l-oħra hemm il-Kap tal-Partit Laburista,
Kevin Rudd li ilu jmexxi biss minn Diċembru 2006.
Il-Laburisti rebħu 60 siġġu fil-Kamra tar-Rappreżentanti
fl- aħħar elezzjoni u biex jirbħu l-Gvern iridu xaqliba
ta’ 4.8% li twassal għal żjieda ta’ 16-il siġġu.
Il-votanti se jkollhom jivvutaw għal 150 siġġu
għall-Kamra tar-Rappreżentanti (Lower House)
u wkoll għal 40 mill- 76
siġġu ta’ l-Upper House (is-
Senat). Min iġib l-iktar siġġijiet fil-
Kamra tar-Rappreżentanti (Laburisti jew |
|
 |
|
Il-Prim
Ministru, John W. Howard |
 |
|
Koalizzjoni)
jiġi msejjaħ biex jiggverna. Minn popolazzjoni
ta’ madwar 21 miljun 13.5 miljun huma eliġibbli
biex jivvutaw fil-24 ta’ Novembru. Il-votazzjoni
hija obbligatorja u jekk ma tivvotax tista’ tiġi
multat/a mill-inqas $20.
Il-Gvernijiet fl-Awstralja nbidlu biss ħames
darbiet fil-24 elezzjoni li saru mill-aħħar
gwerra dinjija. Mhux il-Koalizzjoni u l-Partit
Laburista biss se jikkontestaw iżda jkun hemm
ukoll l- Australians Greens, il-Family First, l-
Australian Democrats u xi oħrajn. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Huwa
tajjeb ferm li nkun nafu b’ċertezza kemm hawn Maltin
fl- Awstralja ta’ dixxendenza Maltija. Niftakru snin ilu
kemm kienu jesaġeraw meta jiġu biex isemmu kemm hemm
Maltin fl-Awstralja. Inħarsu lejn l-aħħar żewġ
ċensimenti skond analisi li għamlina Mark Caruana,
storiku u studjuż fl-immigrazzjoni fl-Awstralja. Hemm
differenza sinifikanti fl-aħħar żewġ ċensimenti 2001 u
2006 għax il- formoli taċ-ċensiment issa qed jistaqsu
mhux biss fejn twelidt iżda wkoll “What is your
ancestry”. Għalhekk dawk li mhux imwielda Malta iżda
jħossu affinitą mal-pajjiż tal-ġenituri tagħhom jistgħu
jirreġistraw bħala “Of Maltese Ancestry”. Hemm ukoll
provizzjoni fejn tista’ tiddikjara iktar minn
dixxendenza waħda. Din hija addattata għal dawk fejn
hemm żwieġ imħallat.
Sintendi dejjem se nsibu numru (speċjalment fejn nidħlu
aħna l-Maltin) ta’ dawn li jistħu jew ma jridux
jiddikjaraw li huma ta’ dixxendenza Maltija.
Għal dawk li huma midħla ta’ l-istat ta’ NSW insibu li
l-istatistika tal-Belt ta’ Blacktown baqgħet l-iktar
fejn hemm Maltin 8,774 iżda Penrith
daħlet it-tieni |
|
 |
|
Il-Maltin li
jgħixu fl-iState ta' NSW, fejn huma? |
| |
|
b’6325
u wriet żjieda fl-aħħar ħames snin ta’
796 persuna. Imbagħad insibu lil Holroyd
b’3500 persuna, Fairfield b’3492,
Liverpool b’3054, Baulkham Hills b’2527
u Hawksbury b’2223 Hawn ninnutaw li
Baulkham Hills għamel żjieda sostanzjali
ta’ 676 persuna.
Hemm sintendi 41 Muniċipalitą’ f’NSW.
Insibu li 14 minnhom għandna iktar minn |
|
elf persuna residenti. Totali huma hekk:
Fiċ-ċensiment tas-sena 2001 kien hemm
45,838 u fl-aħħar ċensiment tas- sena
2006 għandna 49,169 persuna jiġifieri
l-popolazzjoni ta’ Maltin (imwielda
Malta jew ta’ nisel Malti) fl-istat ta’
NSW f’dawn l-aħħar snin rat żjieda
sostanzjali ta’ 3,331. Ikollna iktar
opportunitajiet biex nespandu fuq dawn
il-figuri u anke wkoll inħarsu lejn
Stati oħra fl-Awstralja. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Kemm–il
darba minn dawn il-kolonni ktibna dwar il-programm
televiżiv ta’ l- aħbarijiet li l-PBS (Malta) jibgħatu
lejn l- Awstralja. Dan il-programm ta’ nofs siegħa jiġi transmess fuq l-SBSTV (free to air) mingħajr l-ebda ħlas
għall-Gvern Malti. Ilna snin ingergru li dawn
l- aħbarijiet kienu jaslu fl-Awstralja madwar tlett
ġimgħat wara.
Ġew ħafna dinjitarji, kellna ħafna wegħdiet u
assigurazzjonijiet li dan il- metodu antikwat kif jiġi
mibgħut il- programm kien se jiġi rranġat. Ta’ aħħar
ibaħħar jgħid il-Malti. Kellu jkun Francis Tabone,
il-Kummissarju Għoli l-ġdid li rnexxielu japplika
teknoloġija moderna |
|
|
 |
| |
|
biex jaqleb
‘L-aħbarijiet” minn Malta u jwassalhom
hawn fl-istess ġimgħa li jsiru.
L-aħħar li kont fl-newsroom ta’ l-SBS (Malta)
f’Ġunju 2007 smajt kemm kienu |
|
|
ebsin u ħafna
drabi aggressivi l-emails u ittri li kienu jirċievu
mingħand it- telespettaturi fl-Awstralja li kellhom kull
raġun jilmentaw mid-dewmien u xi kulltant ukoll meta
l-programm ma kienx jasal. Kienet diffiċli biex imfiehem
lil ħbiebi tiegħi fl-newsroom ta’ l-PBS (Malta) kemm
hija importanti din in-nofs siegħa ta’ aħbarijiet
televiżivi minn Malta iżda aċċertajthom li ħadd ma kien
qed jagħti t-tort lilhom. It-tort kien x’imkien ieħor.
Almenu ma ħriġtx minn hemm b’rasi maqsuma! Għalhekk
inħossni ferħan u sodisfatt li qed nirċievu l- aħbarijiet
televiżivi b’ħeffa mistennija f’din l-era ta’
teknoloġija sfernata. Nittamaw li nkomplu.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
F’l-iStat
ta’ NSW, it-tim tal-Maltin li dan l-aħħar qed jilgħab
taħt l-isem ta’ PCYC Parramatta Eagles spiċċaw it- tielet
fil-kompetizzjoni NSW Super Winter League u taħt il-kowċ
ta’ nisel Malti, Jason Falzon, li kien jilgħab
mal-Melita Eagles, u għal ftit ma ġewx promossi.
Dawn rebħu wkoll it-titlu ta’ Club Champions fejn
il-punti ta’ l-ewwel tim u l-punti tat-tim ta’ taħt l-
20 sena jiġu kkunsidrati flimkien.
Iżda l-ikbar suċċessi rebaħhom it-tim ta’ taħt l-20 sena
taħt il-kowċ Bill Pappas meta dawn rebħu mhux biss
il- Premiership b’sitt punti fuq kulħadd iżda kaxkru
wkoll il-kompetizzjoni Grand Final li ssir bejn l-ewwel
ħames timijiet mingħajr ma’ tilfu logħba.
Il-Federazzjoni Soccer NSW organizzaw Presentation Night
fil-Convention Centre ta’ Bicentennial Park f’Homebush
fejn ġew mogħtija l-premjijiet. |
|
 |
|
Fir-ritratt
jidhru mix-xellug: Nick Porreca, Bill Pappas,
Osman Jubera, Chris Gardener,
Jason Falzon u George Ellul fit-trofew ta’ Club
Champions 2007. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Dħalna
fil-ħin tas-sajf waqt li inthom f’Malta bdejtu tħossu l-bard.
Veru ninsabu bogħod minn xulxin!. Ċertu naħat ta’ l-Awstralja
nhar il-Ħadd ( 28/10/07 fis-2 am) dawwarna l-arloġġi siegħa ‘l
quddiem. Insejħulu Daylight Saving u jispiċċa fit-30 ta’ Marzu
2008 iżda hemm proposta quddiem il-Parlament ta’ NSW biex il-ħin
tas-sajf jispiċċa fis-6 ta’ April almenu f’NSW. Għalhekk mal-ħin
ta’ Malta dawn l-iStati ta’ NSW, South Australia, Victoria,
Tasmania u l-ACT hemm differenza ta’ għaxar siegħat. Meta Malta
jkun nofs-in-nhar f’dawn in-naħat ta’ l-Awstralja jkunu l-10 pm. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|