It-Tnejn, 29 ta' Ottubru 2007     
      

 

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-aħbarijiet jidhru wkoll fil-gazzetta f'Malta "l-orizzont" (kull nhar ta' Tnejn) u
f'The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja
.

 Jeff Fenech immultat

 

 Rebaħ tlett darbiet iċ-champion tad- dinja tal-boxing iżda Jeff Fenech, imwieled l-Awstralja minn ġenituri Maltin reġa’ kisirha mal-liġi. Din id-darba l- “Marrickville Mauler” ta’ 43 sena ammetta li kellu parti meta ġew misruqa tlett arloġġi speċjali minn botik fil-Gold Coast (QLD). Għalkemm kien hemm evidenza għax l-att tas-serq kien ġie rrekkurdjat fuq il-kamera tas-sigurtą, Jeff Fenech ċaħad li kien involut. Wara xhur shah ta’ tilwim bejn l-avukati tiegħu u l- pulizija Fenech fl-aħħar ammetta li kien ħati quddiem il-Qorti Distrettwali ta’ Southport (QLD).

L-Imħallef iddeskriva s-serqa bħala waħda xejn sofistikata u xi ftit bla grazzja. Il-prosekutur qal li l-arloġġi ġew misruqa minn Donna Uomo Boutique fi Broadbeach   fis-27  ta’  Diċembru  2005

 

Jeff Fenech

meta Fenech u oħrajn daħlu fil-ħanut. Huwa qal li għalkemm Fenech ma seraqx hu l-arloġġi  tad-ditta Ted Baker li

 

jiswew $221 kull wieħed iżda għandu jiġu kkastigat daqs kemm ġie kkastigat sieħbu Francis Grech li ammetta li seraq l-arloġġi u diġą weħel multa ta’ $750.

L-avukat ta’ Fenech qal li Grech mhux xi sinjur u Fenech għinu biex jisraq l- arloġġi haġa li kienet apposta għall-karattru tal-boxer. Minħabba dan l- inċident Jeff Fenech li tant għamel għall-komunitą sa anke tilef l-appoġġ u r-rispett minħabba l-pubbliċitą assoċjata ma’ dan is-serq. L-Imħallef Fleur Kingham qalet li għalkemm Fenech ma ħax l-arloġġi iżda witta t-triq biex Grech jisraqhom. Hija mmultat lil dan l-ex- boxing champion tad-dinja $750 iżda ma rreġistratx konvinzjoni kontrih. Barra l- Qorti, Jeff Fenech (ritratt) ammetta li wettaq att stupidu.

 

 

 Direttorju suċċess

 

 Ftit ilu fl-iStat ta’ NSW ġie ppublikat il-Maltese Community Directory li jiġbor fih 162 paġna ta’ tagħrif mhux biss dwar il-komunitą Maltija ta’ dan l-iStat iżda b’ħafna tagħrif dwar iċ-ċittadinanza, kif taħdem is-sistema tas-servizzi soċjali fl- Awstralja u anke f’Malta, storja, dettalji dwar kif jaħdem il-Gvern ta’ Malta u xmara sħiħa ta’ ta’ tagħrif ieħor. Kemm ilu li ħareġ għal bejgħ dan id-direttorju nħataf u skond The Maltese Herald li jbiegħu ħafna kotba dwar Malta, il-MCD huwa wieħed mill-iktar pubblikazzjonijiet li nxtaraw f’dawn l-aħħar xhur.

Id-direttorju ġie llonċjat mill-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi meta kien f’Sydney. Fih lista komprensiva ta’ l- għaqdiet u n-negozjanti Maltin kif ukoll mimli ritratti bil-kulur ta’ dawk li rċevew l- unur ta’ the Quiet Achievers f’dawn l- aħħar seba’ snin. Preżentazzjoni li ssir kull sena fis-Seniors Week f’NSW. Id-direttorju huwa maħruġ mill-Maltese Welfare (NSW) fl-okażjoni tat-30 sena mit-twaqqif tagħhom. Maltese Welfare (NSW) ilhom assoċjati ma’ din il-kwalitą ta’ pubblikazzjoni għal dawn l-aħħar 29 sena.

Is-segretarja tal-Maltese Welfare, Maria DeCarlo qatilna li d-direttorju ġie milqugħ tajjeb ferm mhux biss mill-komunitą Maltija iżda wkoll mill-komunitą ġenerali għax  hu  bl-Ingliż  u  għalhekk jiġi  wżat

 

Dan ir-ritratt juri lil Lawrence Gatt qiegħed jippreżenta kopja tad-direttorju lil Alan Hinde u Christine Howard tal-Fiducian Financial Services. Tidher ukoll fuq in-naħa tal- lemin,
Nathalie Gatt il-kaxxiera tal-Maltese Welfare (NSW).

 

bħala għodda biex il-barranin ikun jafu kif taħdem il-komunitą Maltija fl-iStat ta’ NSW. Huwa wkoll qaltilna pubblikazzjoni li żżommna f’kuntatti mal-ġenerazzjonijiet imwielda fl- Awstralja biex ikunu jafu x-xogħol li sar qabel u Malta u l-istorja tagħha.
 
Maria DeCarlo faħħret ukoll lil Fiducian Financial     Services     li     bl-għajnuna

 

finanzjarja tagħhom kien possibbli li joħroġ dan id-direttorju. Irringrazzjat ukoll lil Konti Charles Said Vassallo ta’ Said Vassallo Group Pty Ltd li ilhom jgħinu wkoll għal ħafna snin.
 
Id-direttorju jinbiegħ minn għand The Maltese Herald (tmh@pacific.net.au) jew secretary@maltesewelfare.com bi prezz ta’ $A12.00 biss.

 
 

 Ballu għal karitą

 

 Il-komunitą Maltija ta’ NSW turi n-naħa attrattiva tagħna billi tippreżenta permezz tal-Maltese Past Pupils ta’ Don Bosco (is-Sależjani) Ballu Gala annwali li tassew jagħmilna unur u lid is-sena sar fil-Macquarie Function Centre f’Liverpool.. Tieħu gost meta tara l- maġġoranza ta’ dawk li jattendu libsin pulit u addattat. Ftit għadhom isiru dawn l-attivitajiet ta’ klassi fil-komunitą Maltija.

Dan l-avveniment mhux xi ballu biss iżda okażjoni oħra biex jinġabru flus għall-karitą. Dis-sena skond ma’ qal il- President Joseph Fabri fid-diskors tiegħu, is-somma li din l-għaqda għaddiet lill-karitą kemm fl-Awstralja u kemm postijiet oħra fid-dinja laħqet is-somma totali ta’ $A400,000.
 
Madwar 300 persuna attendew għal dan il-Ballu. Bħala il-mistieden ewlieni kellu jkun il-Kummissarju Għoli għal Malta fl- Awstralja u NZ, Francis Tabone iżda dan ma setgħax jattendi għax kellu jakkumpanja lil Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, Dr Michael Frendo fi żjara f’Fiji. Bħala rappreżentanta tal- Kummissarju Għoli attendiet Joanna Pisani, il-Konslu Ġenerali f’NSW.

 

Fir-ritratt jidhru l-mistednin uffiċjali li attendew dan il-ballu għal karitą f’Sydney.

 

Għaliha dan kien wieħed mill-aħħar attivitajiet uffiċjali għax waslet biex tispiċċa minn din il-kariga wara li ilha sservi mill-Lulju 2003. Hija rringrazzjat lill-Maltin ta’ Sydney għall-ko- operazzjoni li sabet tul dawn l-aħħar ħames snin.

Preżenti għal dan il-Ballu kien hemm ukoll   Fr  Savio   Vella   SDB   li   jinsab

 

Sydney għat-tieni darba biex jipprepara għal wasla tal-kontiġenti ta’ żgħażagħ Maltin li se jattendu għal XX111 World Youth Day li se ssir f’Sydney bejn l-15- 20 ta’ Lulju 2008u li għaliha se jattendi wkoll il-Papa u l-Arċisqof ta’ Malta. Bħala floor show kien hemm Deanna Vitagliani li ferħet lil dawk preżenti b’vuċi sabiħa u għadd ta’ kanzunetti popolari Taljani u Ingliżi.

 
 

 Tlett nisa għal Festa

 

  Ktibna ħafna dwar il-festi tradizzjonali Maltin li għadhom jiġu jivvjaġġaw fost il-komunitą Maltija ta’ l-Awstralja. Ħafna nies jivvjaġġaw eluf ta’ mili biex jattendu għal dawn il-festi. Għal festa tal-Vitorja fi Greystanes NSW iltqajna ma’ Marlene Galea,  Senior  Producer, Programmi  tal-Lingwa  Maltija  ta’ l-istazzjon SBS, li ġiet apposta minn Melbourne (vjaġġ ta’ 1045km).

Għal festa ta' Greystanes kien hemm ukoll il-Mons Carmelo Refalo, l-Arċipriet tax-Xagħra t'Għawdex li mar ukoll f'Wollongong, madwar 90 mil bogħod minn Sydney fejn qaddes fil-Katidral ta' dik il-belt ukoll. Fil-quddiesa, il- Monsinjur kien akkumpanjat minn Fr Leonard Testa li jinsab fil-parroċċa  ta'  San Franġisk ta' Assisi f'Warrawong u minn Fr Frank   Debattista  tad-djoċesi   ta'  Campbelltown.  Waqt il- quddiesa Mons Refalo rringrazzja lil dawk kollha li ħadmu biex iż-żjara tiegħu tirnexxi u lil dawk preżenti li marru Wollongong biex jiltaqgħu miegħu. Il-Katidral ta' Wollongong jagħmel parti sinifikanti mill-istorja ta' Wollongong magħrufa bħal the steel city.

 

F’dan ir-ritratt tidher Marlene Galea ma' żewġ għalliema tal-lingwa Maltija f’Sydney, Maria DeCarlo fin-nofs u Jane Borg (lemin).

 
 
 
 

Ibagħtu l-kummenti tagħkom fuq email għand
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2007 l-orizzont & allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com