|
Konferenza
Nazzjonali għat-tagħlim tal-Malti |
|
| |
|
Kienet
bla dubju Konferenza li tista’ tħalli ħafna ġid
għat-tixrid ta’ l-ilsien Malti u l-kultura
Maltija għall-ġejjieni. L- iskejjel tal-Malti
fl-Awstralja ilhom organizzati għal ħafna snin
iżda f’dawn l- aħħar snin meta t-tagħlim tal-Malti
fl- Awstralja beda jidher li qiegħed jieħu skoss
‘l isfel inħasset il-ħtieġa li tiġi organizzata
konferenza nazzjonali biex tiddiskuti diversi
aspetti tat-tagħlim tal- lingwa u l-kultura, biex
teżamina dak li qiegħed isir u biex ikun hemm
sforz f’direzzjoni aħjar għall-futur.
Fil-konferenza li saret fil-Kanċellerija tal- Kummissjoni
Għolja ta’ Malta f’O’Malley fil-belt kapitali
ta’ Canberra attendew persuni interessanti, kemm
għalliema, amministraturi u oħrajn mill-iStati
ta’ NSW, Victoria, North Queensland, South
Australia, Western Australia, l- ACT u New
Zealand.

Wara z-żjara riċenti tal-Prim Ministru Dr
Lawrence Gonzi, il-Gvern Malti għoġbu jgħin
finanzjarment lill-konferenza billi ta għotja
ta’ Lm2,000 ($A8,000). Kien hemm xi għajnuna
wkoll mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, il-BOV u
l-Kunsill Malti ta’ NSW.
 |
|
Il-Prim Ministru Gonzi bagħat ukoll messaġġ speċjali
lill-Konferenza li nqara mill-Kummissarju Għoli Francis
Tabone. Il-Prim Ministru qal li l-emigranti huma
sors ta’ tiġdid tat-tradizzjonijiet u l- kultura
waqt li fakkar li se jwaqqaf grupp ta’ persuni
esperti minn Malta li l-għan tagħhom ikun biex
irawmu u jagħtu
appoġġ it-tixrid tal-Malti f’pajjiżi bħal l-Awstralja.

Il-Kummissarju Għoli Francis Tabone qal
li din il-konferenza laqgħet 33
rappreżentant minn seba’ skejjel tal- Malti
u tnejn fil-formazzjoni tagħhom li marru
Canberra minn sitt stati ta’
l- Awstralja. Il-Kummissarju Għoli talab
li l- |
|
|
 |
|
Xi wħud
mid-delegati li attendew il-konferenza
f'Canberra. |
| |
|
konferenza tapprova
fil-prinċipju t-twaqqif ta’
Federazzjoni Nazzjonali
ta’ l-Iskejjel tal-Malti
u fil-fatt dan is-suġġeriment
ġie approvat mid-delegati kollha tal- konferenza.
Frank Scicluna, il-Konslu
Onorarju ta’ Malta f’South
Awstralja ħadem
ħafna |
 |
|
Frank Scicluna |
|
|
biex din il-konferenza
tirnexxi u għalhekk kien
ħaqqu li jmexxiha. Ġie mogħti wkoll
l-inkarigu li jfassal abbozz ta’
kostituzzjoni li fuqha għandha timxi
l- Federazzjoni l-ġdida. |
|
|

Il-konferenza semgħet diskors mirqum
minn Roderick Bovingdon dwar l-oriġini
tal-lingwa Maltija u l-iżvilupp tagħha
tul is-sekli. Sar diskors minn Victor
Vella, iċ-ċerman tal-Maltese Language
School ta’ NSW dwar kif fil-fehma tiegħu
għandu jiġu mgħallem il-Malti. Iż-żewġ
diskorsi flimkien mad-deliberazzjonijiet aħħara ppreżentati b’mod professjonali
minn Dr Carmen
Dalli, il-Konslu Onorarju f’New |
|
|
Zealand,
kienu bla dubju l-waqtiet ewlenin ta’
din il-konferenza.

Il-konferenza kellha wkoll ħin għal
workshops fejn ġew diskussi punti
speċifiċi bħal amministrazzjoni, żvilupp
ta’ kurrikulum u tagħlim tal-lingwa. Fuq
in-naħa soċjali l-Kummissarju Għoli
organizza għad-delegati u xi mistiedna
oħra pranzu stupendi fil-residenza
tiegħu waqt li Fred u Ann Flask ta’
l-Għaqda Maltija ta’ ACT offrew final
ta’ ħbiberija, ikel u divertiment waqt
BBQ fid-dar sabiħa tagħhom fis-subborg
ta’ Gordon ACT. Kull minn attenda għal
din il-konferenza ġie mogħti ċertifikat
iffirmat mill-Kummissarju Għoli Francis
Tabone u Frank Scicluna, il-ko-ordinatur.

Għalkemm din il-konferenza saret
fid-dell ta’ qasma kera u embarrazzanti
fl- iskola ta’ Malti f’NSW, id-delegati
preżenti rnexxielhom jgħaddu jumejn qisu
ma gara xejn waqt li kien hemm ħafna
diskorsi dwar għaqda, kommunikazzjoni,
ko-operazzjoni u fiduċja.. Attentat biex
jiġi influwenzat l- isem tal-proposta
Federazzjoni jidher li ma rnexxiex. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ftit ilu l-Għaqda Storika Maltija ta’Melbourne
organizzaw Language Immersion Morning. L-għan ta’ dan l-
avveniment kien biex l-istudenti jinħargu mill-ambjent
ta’ klassi fl-iskola u jipparteċipaw f’attivitajiet li
jagħlmuhom fuq il-kultura u l-istorja ta’ Malta. Dawn l-
attivitajiet huma mmexxija kemm jista’ jkun bil-lingwa
Maltija biex l-istudenti jisimgħu l-Malti mitkellem.

L-istudenti li jitgħallmu l-Malti fi Brimbank College,
fergħa tal-Victoria School of Languages u l-MCC ta’
Victoria iltaqgħu kollha fiċ-Ċentru Malti ta’ Parkville.
Il-kumitat ta’ l-Għaqda Storika ħejja attivitą skond l-eta’
ta’ l- istudenti. L-istudenti żgħar raw u tagħlmu fuq
il-kostumi ta’ l-antik imbagħad libsu pupi tal-kartun.
Wara ħadu sehem fil-logħob tat-tfal ta’ l-antik bħal
passju, iċ-ċirku, kant u rimi popolari Maltin.

L-istudenti l-kbar ħadu sehem f’writing workshop
fil-lingwa Maltija, diskussjoni fuq Ħagar
Qim, il-Piramidi min kien l- |
|
 |
|
Il-Language
Immersion Morning ta' l-Għaqda Storika Maltija
ta' Melbourne. |
| |
|
ewwel? u taħdita fuq s-sehem li kellha
Malta waqt it-tieni
gwerra dinjija. Kienu tlett
siegħat b’ħafna attivitajiet ta’ siwi
u dehen
lill-Għaqda Storika
li |
|
organizzathom. Meta l-Prim Ministru ta’
Malta Dr Lawrence Gonzi u martu kienu
f’Melbourne dawn l-aħħar attendew għal
din l-attivitą (ara ritratt). |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|