|
Il-festi
tradizzjonali Maltin fl-Awstralja |
|
| |
|
Sewwa
jgħidulna li ngħixu Down Under. Kollox bil-maqlub.
Ħinijiet, staġuni, insomma ta’ taħt fuq! F’Malta bdejtu
tmajnaw mill-festi numerużi li jkollkom matul is-sajf.
Forsi hemm min jgħid “għall-erwieħ” spiċċa l-isparar u
l-ġenn tal-marċijiet ta’ filgħodu. Mhux hekk f’dawn
in-naħat tad-dinja fejn bil-bagalji tas-safar tagħna
ġibna magħna wkoll it-tradizzjonijiet Maltin, il-festi,
l-istatwi u anke l-logħob tan-nar jekk mhux ukoll
il-piki.
F’Settembru jkollna ċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’
Marija Bambina. Il-maġġoranza ta’ dawk li emigraw lejn
l-Awstralja, it-8 ta’ Settembru kienet u għadha l-unika
festa nazzjonali. Trabbejna biha u f’dawn in-naħat
ta’ dinja niċċelebraw bil-kbir u bis-sollennita’
reliġjuża li jixraqilha. Il-ġimgħa l-oħra ktibt dwar iċ-ċelebrazzjoni
kbira li ssir fil-Katidral ta’ St Mary’s fil-qalba tal-belt
ta’ Sydney.
Fis-subborg ta’ Horsley Park fejn is-Soċjetą Missjunarja
ta’ San Pawl (MSSP) għandha l-parroċċa ddedikata lil
Maria Bambina u fejn issir il-magħrufa purċissjoni tal-Ġimgħa
l-Kbira (meta ma tagħmilx x-xita) iċċelebraw wkoll
il-festa tal-Vitorja. Hawn ukoll toħroġ il-purċissjoni
bl-istatwa tal-Madonna. Kien hemm iddoqq ukoll Our Lady
Queen of Peace Maltese Band. |
|
 |
|
L-istatwa ta'
Maria Bambina fil-festa
ta' dis-sena fi Greystanes. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
F”Melbourne
jiċċelebraw ukoll bil- kbir. Il-festa annwali ta’ Maria
Bambina tiġi organizzata mir-Reskeon Maltese u s-Seniors
Group ta’ din l-assoċjazzjoni flimkien ma’ l-MSSP. Saret
quddiesa fiċ- Ċentru Malti ta’ Parkville. Wara kien hemm
is-St Albans Melita Band. Ix- Xagħra Maltese Association
ukoll iċċelebraw billi organizzaw quddiesa fiċ- Ċentru
ta’ Albion u wara kunċert mill-Maltese Own Band.
Il-festa prinċipali saret fil-knisja ta’ St Michael
f’North Melbourne. Qaddisha l- Isqof Hilton Deakin
flimkien ma’ għadd ta’ saċerdoti Maltin. Ha sehem
il- Maltese Choir of Victoria. Fost dawk preżenti
attendew il-Konslu Ġenerali, Angele Azzopardi u
l-President tal-MCC ta’ Victoria, l-avukat Victor Borg.
Saret il-purċissjoni fl-istatwa artistika ta’ Maria
Bambina fit-toroq ta’ madwar il-knisja akkumpanjata
mill-Maltese Own Band u St Albans Melita Band.
Fil-belt Kapitali ta’ Canberra ssir ukoll il- festa ta’
Maria Bambina organizzata |
|
 |
|
Waqt
il-purċissjoni bl-istatwa f'Canberra |
| |
|
mill-għaqda
Maltija tan-naħat ta’ l-ACT u Queanbeyan.
Għal din il-festa ħadu sehem il-kor J.C.
ta’ Sydney u qaddes Fr Claude Borg MSSP.
Attenda wkoll il- Kummissarju Għoli għal
Malta fl- |
|
Awstralja, Francis Tabone. Sar ukoll
il- ballu tal-festa. Għalkemm fl-ACT hemm
biss komunitą żgħir iżda hija għaqda
ħabrieka ħafna taħt il-presidenza ta’
Alfred Flask. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-festa
tat-8 ta’ Settembru ġiet iċċelebrata wkoll f’Mackay
fit-tramuntana ta’ Queensland fejn f’dawn in-naħat beda
l-qtugħ tal-kannamieli u fejn tista’ tgħid bdiet
l-immigrazzjoni minn Malta madwar is-sena 1883. F’dawn
in-naħat dħalna fil-ħames u sitt ġenerazzjoni ta’
Maltin.
Ġie organizzat dinner-dance mill- Mackay Maltese Club Inc
li fih ha sehem il-magħruf kantant Malti Joe Galea li
tela’ MacKay apposta biex ikanta u jferraħ bil-viċi
qawwija tiegħu lil dawk preżenti li tawh applawsi kbar.
Kien hemm ukoll quddiesa mill-Isqof Brian Heenan fejn
ħadu sehem fiha tfal ta’ l-iskola . Wara ħarġet
l-istatwa tal- Bambina fit-triq qrib fejn hemm d-Dar
tax-Xjuħ (Francis of Assisi) li hi mmexxija mis-sorijiet
Maltin Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesł. |
|
 |
|
Il-Kantant Joe
Galea f'Mackay Qld. |
| |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Festa
kbira tiġi ċċelebrata wkoll fis- subborg ta’ Greystanes
NSW kif ilha ssir għal dawn l-aħħar 42 sena.. Dawn
joħorġu ktejjeb mill-aqwa kkordinat minn ħabibi Emmanuel
Grima li tassew jagħmel unur lill-organizzaturi OLQP
Festa Committee. Il-ktejjeb mhux biss fih programm tal-festa
iżda jkopri fih għadd ta’ artiklu interessanti.

Fil-ktejjeb din id-darba kien hemm l- aħbar li għal
festa kien hawn fostna l- Mons Carmelo Refalo,
l-Arċipriet tax-Xagħra, Għawdex. Fil-ktejjeb ġew
imfakkra ukoll żewġ personalitajiet lokali. Mro Joseph
Darmanin li beda l- banda f’din il-parroċċa u dis-sena
ħabtet l-ewwel anniversarju tal-mewt tiegħu u Fr Michael
Camilleri wieħed mill-pijunieri li ilu mejjet għaxar
snin. Fil-kumpless tal- knisja ta’ Greystanes għandha
bħala memorja tiegħu, il-Camilleri Hall.

Semmajna li fostna fl-Awstralja hawn l- Arċipriet
tax-Xagħra, Mons Refalo. L- Għawdxin kollox jagħmlu b’ħafna ħsieb u ż-żjara ta’ dan l-Arċipriet ħadet hajja
daqs meta kellna fostna l-Prim Ministru Gonzi. Tista’
tgħid mar kullimkien.
|
|
 |
|
Mons Carmelo
Refalo, Arċipriet tax-Xagħra Għawdex flimkien
mal-kumitat
tal-festa ta' Greystens NSW. |
| |
|
Attenda ballijiet u festi reliġjużi
f’għadd ta’ subborgi u parroċċi.
Għamlulu program iffullat.
Mons Refalo inħatar |
|
Arċipriet tax-Xagħra (fejn twieled) fi
Frar 2005 u qabel kien ukoll Arċipriet
tal-Qala (San Ġużepp) għal madwar 14-il
sena. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Waħda
mill-gazzetti Awstraljani ta’ kuljum ikkritikat lil John
Aquilina MP għax skond din il-gazzetta dan il- Membru
Parlamentari Statali pprova jwaqqaf negozju ta’
houseboat taħt l- isem ta’ Paradise Afloat li takkomoda
nies b’diżabilitą’ għax qed tkun ta’ tfixkiel għal paċi
u s-serħan tiegħu qrib fejn għandu dar ta’ btala.
Is-sena l-oħra John Aquilina MP ipprova jniedi kampanja
biex dan in-negozju ma jkomplix. Huwa qabbad ditta ta’
konsulenti biex tħejji rapport għall-Kunsill ta’Baulkham
Hills dwar dan in- negozju li skond is-sid tiegħu ilu
jitħaddem mis-sena 2000 mingħajr ilmenti. Iżda jidher li
meta fis-sena 2002, |
|
John Aquilina xtara
dar ħdejn fejn topera din il-kumpanija huwa kkuntattja
lill- Kunsill Lokali għax sab li ma hemmx il- permessi
kollha meħtieġa.
Darren Osmotherly li jmexxi l-Paradise Aflote qal li
għandu il-permess mill- Waterways Authority biex iħaddem
in- negozju tiegħu iżda ma kellux kuntatt mal-Kunsill tal-lokal
għax billi hu jmexxi “river business” ħaseb li ma
għandux bżonn permess mill-Kunsill. John Aquilina MP qal
li huwa kontra n- negozju għax ma hemmx permessi u
n- negozju kiber tant li issa hemm restaurant u ħanut li
qed jattiraw ħafna inġenji tal-baħar u karozzi madwar
id-dar tiegħu. |
|
 |
|
John Aquilina
MP |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|