It-Tnejn, 8 ta' Ottubru 2007     
      

 

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-aħbarijiet jidhru wkoll fil-gazzetta f'Malta "l-orizzont" (kull nhar ta' Tnejn) u
f'The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja
.

 Dimostrazzjoni annwali ta’ fidi f’Sydney

 

 Kull sena, il-Maltin ta’ NSW jiltaqgħu bħala komunitą waħda fil-Katidral ta’ St Mary fil-qalba ta’ Sydney f’dimostraz- zjoni li turi fil-beraħ kemm il-Maltin għadhom devoti lejn il-festa tat-twelid tal- Madonna, il-festa li tant għandha affinitą mad-data tat-8 ta’ Settembru. Dis-sena din il-festa tradizzjonali ma setgħetx issir qrib il-jum li għal tant żmien kien l- uniku jum nazzjonali tagħna l-Maltin għax fil-belt ta’ Sydney kellna l- konferenza APEC li għaliha attendew xejn inqas minn 21 kap ta’ nazzjon differenti. Minħabba sigurtą li qatt ma rajna bħala, in-naħat ta’ madwar il- Katidral kienu magħluqa għall-pubbliku.

Ġimgħatejn wara, il-Maltin xorta  mlew il-Katidral  għal din iċ-ċelebrazzjoni annwali li bdiet bil-purċissjoni bl-istatwa ta’ Maria Bambina madwar il-Katidral akkumpanjata bil-ħafna bandaroli tant ikkuluriti ta’ l-għaqdiet Maltin u d- devozzjoni tal-membri tagħhom u l- pubbliku ġenerali.

Kien hemm atmosfera ta’ għaqda għax bla dubju r-reliġjon Kattolika tagħna għadha tiġborna flimkien anke jekk fi sferi oħra għandna xi differenzi.

Il-quddiesa kienet iċċelbrata minn Fr Tarcisio Micallef li kien assistit mis- saċerdoti B. Sant, L. Testa, L. Cauchi, C. Sciberras u R. Zammit. Il-priedka ta’ l-okażjoni saret minn Fr Ben Sant li fakkar bi kliem imqanqal kif ġiet imdaħħla fl-istorja l-festa nazzjonali tat-8 ta’ Settembru u l-konnessjoni reliġjuża mal-gwerer li tant ħanqu lill-gżejjer tagħna. Ma naqasx ukoll li jfakkar d- devozzjoni ta’ Dun Ġorġ Preca lejn il- Madonna.

Dr George Boffa kien bħas-soltu l- kommentatur waqt li George Felice rreċita r-rużarju. Il-kor taċ-Ċentru La Valette taħt it-tmexxija ta’ Victor Floridia  u bis-solista Rachael Floridia kienu tassew fl-aqwa tagħhom u komplew l-atmosfera ta’ ferħ u devozzjoni bil-kant tagħhom.

L-istatwa tal-Bambina fit-tron

 

Jidhru xi mistednin fil-katidral ta' St Mary: Mix-xellug; Dr Stephen Gatt, Syd Borg, Joanna Pisani, Francis Tabone u John Aquilina MP. Quddiem xi tfal li ħadu sehem fil-purċissjoni.

Is-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesł minn Warrawong NSW li kienu preżenti
fil-Katidral ta' Sydney

Bandalori u standardi ta' l-għaqdiet Maltin li jiġu ppreżentati fil-fest ta' Maria bambina
fil-Katidral ta' Sydney.

 

Din is-sena kien hemm preżenti l-Onor John Aquilina MP u l-Kummissarju Għoli l-ET Francis Tabone (din kienet l-ewwel okażjoni tiegħu fil-Katidral ta’ Sydney), il-Konslu Ġenerali Joanna Pisani, xi membri tal-Kavallieri ta’ San Ġwann (SMOM) u għadd ta’ Presidenti u membri tal-kumitati ta’ għaqdiet Maltin.

 

Is-saċerdoti ta’ San Pawl u l-voluntieri li jgħinuhom ħaqqhom ringrazzjament talli kull  sena  barra  li jiċċelebraw din il- festa  tant  għażiża għall-emigranti Maltin  fl-aqwa lokalitą kattolika fil-belt ta’ Sydney jiġbru flimkien, f’għaqda waħda lill-komunitą almenu darba fis-sena.

 

 

 

 Erġajna koppi

 

 Kemm ilu li wasal f’Canberra Francis Tabone, il-Kummissarju Għoli għal Malta fl-Awstralja għamilha bħala waħda mill-prijoritajiet tiegħu li jirranġa s-sitwazzjoni redikola li għandna li kull nhar ta’ Ħadd fid-9.am fuq l-istazzjon Nazzjonali SBSTV naraw nofs siegħa ta’ aħbarijiet minn Malta li jkunu madwar ġimgħatejn jew tlett ġimgħat tard. Dan għaliex Malta għadha tibgħat l-aħbarijiet bis-sistema ta’ cassettes u twassalhom f’Sydney bis-servizz taqqali tal-courier.
 
Nhar il- Ħadd 23 ta’ Settembru l-programm mill- PBS ta’ Malta ma wasalx u għalhekk kellna program ripetizzjoni ta’ xi ġimgħat ilu.

Din in-nofs siegħa hija parti mill- WorldWatch ta’ l-SBS TV li fiha naraw bulletins  ta’   aħbarijiet   minn  20  pajjiż

 

 

b’19-il lingwa differenti. Il-maġġoranza ta’ dawn l-pajjiżi bħal Grecja, Franza, Italja, Spanja, Ġermanja, Russja, Ċina, Ġappun u oħrajn jibgħatu l-aħbarijiet bis- satellita. Waqt li dawk li għadhom jibgħatu bis-servizz tal-courier huma biss Malta, il-Polonja, l-Ukrajina u ċ-Ċili.
 
Irridu nifhmu li l-Programm WorldWatch fuq l-SBSTV Australia huwa ferm iktar minn sempliċiment allokazzjoni ta’ 30 minuta regulari fuq it-televiżjoni. Iktar minn hekk, dan ipoġġina spalla ma’ spalla ma’ 20 pajjiż ieħor minn madwar id-dinja. Malta issa membru tal-EU u żgur li ma rridux inkunu inqas minn ħaddieħor. Li nkunu magħhom u daqshom hu sens ta’ kburija għall- komunitą Maltija.
 
Napprezza kemm il-Kummissarju Għoli qiegħed jaħdem  biex jimplimenta teknoloġija ġdida biex japplikha għal dawn l-aħbarijiet. Nifhmu wkoll li s- satellita tqum ħafna flus u għall-Maltin ta’ l-Awstralja l-Gvern mhux se jidħol għal xi spiża bħal din speċjalment wara li jonfqu eluf kbar ta’ lira biex jiġu jżuruna.
 
Il-kritika tagħna mhix diretta lejn l-PBS ta’ Malta iżda lejn il-Gvern li ma jistgħax jifhem l-importanza ta’ dawn l-aħbarijiet anke jekk jiġi jarawna ħafna drabi. L- isforzi   tal-Kummissarju  Għoli   Francis

 

Francis Tabone

 

Tabone huma apprezzati u għandi nifhem li għad jasal biex isolvi din il- problema b’teknoloġija moderna li xorta tista’ tiswa somma ta’ flus kull ġimgħa.

Wara li ktibt dan il-kumment, il-Ħadd 30 ta’ Settembru wasal l-ewwel program bis-sistema l-ġdida, jiġifieri kien fih aħbarijiet kurrenti. Grazzi lill-Kummissarju Għoli, Francis Tabone li mhux bħal ta’ qablu, paroli biss iżda issa rnexxilu jwaqqa dan il-ħajt ikrah li kien inwasslinha aħbarijiet fuq l-SBSTV ġimgħat wara li jsiru Malta. Nittamaw li nkomplu.

 
 

 Rugby League u sbuħija

 

 F’Sydney għandna għadd ta’ Maltin li jridu jagħtu spinta lil-logħba tar-Rugby League. F’dawn l-aħħar snin organizzaw lilhom infushom bl-isem ta’ Malta Rugby League Association u għandhom u qed jimmiraw biex anke jippruvaw mill-Awstralja jdaħħlu din l-logħba tar-rugby league fil-gżejjer Maltin fejn il-logħba l-oħra tar-rugby union hija popolari (bejn il-logħbiet tar-rugby league u dik tar-rugby union hemm differenza tant li huma rivali kbar).
 
F’Sydney għandhom ukoll tim imsejjaħ Malta Knights li jilgħabu xi ftit logħbiet ta’ ħbiberija kull sena li f’dan il-pajjiżi jsiru bejn timijiet etniċi. Jorganizzaw ukoll kull sena l-Miss Malta Knight Pageant. Ir-rebbieħa dis-sena kienu Ursula Azzopardi “Miss Congeniality”, Carol Camilleri “Miss Charity” waqt li Kylie Refalo ta’ 20 sena minn Horsley Park rebħet l-unur ta’ Miss Malta Knight 2007 u ftit ilu kienet ukoll f’Malta.

Tfajliet ta' nisel Malti li ħadu sehem fil-kuntest tas-sbuħija.

 
 
 
 

 50 sena miżżewġin

 

 Harry u martu Mary Bugeja huma magħrufa sewwa fil-komunitą Maltija ta’ South Australia. Ftit ilu ċċellebraw l-ħamsin sena taż-żwieġ tagħhom billi fil-knisja ta’ St David reġgħu tennew il-wegħda original tagħhom taż-żwieġ u wara flimkien ma’ ħafna mistednin komplew iġeddu memorji oħra fil-Tea Tree Gully Seniors Club.

Mary mill-Fleur-de-lys u Harry mill-Ħamrun trabbew mhux bogħod minn xulxin u meta kellhom 19-il sena tgħarrsu. Fil-15 ta’ Settembru 1957 iżżewġu fil-knisja tal- Madonna tal-Karmnu l-Fleur-de-lys. Waslu f’Adelaide fit-3 ta’ Novembru 1957 wara vjaġġ fuq il-vapur m/v Aurelia Huma għandhom ħamest itfal u seba’ tfal tat-tfal.

Mary f’Malta kienet għalliema fl-iskola tal-Gvern ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi u Harry kien General Manager ma’ Toly Products f’Bulebel.

Harry Bugeja dam attiv fil-komunitą Maltija għal 35 sena sħaħ u kien President tal- Maltese Community Council ta’ SA għal erba’ snin u kaxxier tal-MultiCultural Communities Council ta’ South Australia għal ħames snin.

Mary hija l-fundatura tal-Maltese Language School ta’ SA u kienet il-Prinċipal għal erba’ snin. Hija wkoll interpretu mal-Gvernijiet Statali u Commonwealth.

Harry huwa wieħed mill-plejers oriġinal tal-Ħamrun Eagles u kien niżel Malta għal reunjon tal-ħamsin sena f’Mejju 2002.

 

Harry u martu Mary Bugeja

 
 
 
 

Ibagħtu l-kummenti tagħkom fuq email għand
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2007 l-orizzont & allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com