It-Tnejn, 24 ta' Settembru 2007     
      

 

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-aħbarijiet jidhru wkoll fil-gazzetta f'Malta "l-orizzont" (kull nhar ta' Tnejn) u
f'The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja
.

 Premju Kulturali

 

 Il-Premju Kulturali li kull sena jiġi mogħti mill-Għaqda Kulturali Maltija ta’ NSW din is-sena ntrebaħ minn John Borg ta’ 69 sena minn Prospect NSW. Għal dawn l-aħħar 13-il sena, John Borg kien kap tal-programmi Maltin li jinstemgħu minn NSW fuq r-radju ta’ li Special Broadcasting Service (SBS)
 
John twieled tas-Sliema fost ħames ħutu oħra u ha l-formazzjoni tiegħu mill- Oratorju tas-Sależjani. Hu jgħid li l-poeta Dun Karm Psaila kien ħabib tiegħu u kemm-il darba serva bħala abbati waqt il-quddies tiegħu.
 
John Borg beda l-karriera soċjali tiegħu f’Melbourne fejn kien imdaħħal sewwa ma’ Broadmedows City Soccer Club u l- George Cross FC. Huwa kellu karriera twila bħala amministratur mal-Victorian Soccer Federation u dam Kaxxier għal 15-il sena shah. Dam ukoll seba’ snin bħala President tal-Victorian Amateur Soccer League. Ġie Sydney biex ha f’idejh il-programmi ta’ SBS Radio u kien   ukoll  Ċerman ta’ l-iskola  tal-Malti

 

 John Borg flimkien ma' martu Carmen u t-tfal Matthew u Sarah.

ta’ NSW. Huwa żżewweġ lil Carmen Agius minn San Pawl il-Baħar u għandhom żewġt itfal Matthew 19-il sena  u  Sarah  18-il sena. Din kienet is-

 

17-il sena li ġie mogħti l-Premju Kulturali ta’ NSW li hu taħt il-patroċinju tal- President ta’ Malta, Dr E. Fenech Adami.

 

 

 Iridu jtiru

 

 Minn din il-paġna dejjem nippruvaw nqajmu kuxjenza mhux biss dwar l- emigranti Maltin li jgħixu fl-Awstralja iżda dwar is-suċċessi li qegħdin jagħmlu t-tfal ta’ l-emigranti li llum jinsabu involuti sewwa f’ħafna sferi mportanti tal-hajja Awstraljana.
 
Dan l-aħħar sirt naf li żewġ piloti tal- Paramotoring, li wieħed minnhom, Andrew Polidano hu iben il-Maltin se jagħmlu attentat biex itajjru żewġ Flykes (flying tricycles) tul ta’ elf kilometru biex fl-istess ħin jiġbru flus għal Cancer Council. Andrew u sieħbu Eddie Gray qegħdin isejħu din it-titjira bħala “Fligħt for Life” għax iridu jqajjmu kuxjenza dwar ir-riċerka u l-mod kif jiġu kkurati il-vittmi tal-kanċer.

Andrew Polidano

 

Andrew Polidano (lemin) jidher ma' sieħbu Eddie Gray

 

Andrew Polidano hu t-tifel ta’ Joe (illum mejjet) u Mary Polidano minn Greystanes NSW li emigraw lejn l- Awstralja fis-sena 1965. Andrew beda handgliding meta iltaqa’ ma’ Eddie Grey u flimkien komplew kemm in-nammra tagħhom għal paragliding u anke għal handgliding sports mhux daqstant magħruf. Wara li għamel dawra ma’ l- Ewropa fl-1991 fejn mar ukoll Malta, fis- sena 2001 fetaħ skola tal-paragliding f’Mullumbimby u beda jispeċjalizza fil- paramotors.   Ġie  ispirit  minn   Graham

 

Sutherland, l-iktar pilota ta’ esperjenza fl-Awstralja. Flimkien attendew u ħadu parti fil-Pico Festival li jsir f’Milbrulong ħdejn Wagga Wagga.

Fis-sena 2002, Andrew beda jtajjar il- Flyke u vvjaġġa lejn il-Ġermanja biex jipprattika aktar. Hu u Eddie Grey se jieħdu parti fil-2007 Paragliding World Championships iżda qabel daħlu għal Paramotor  fly-in  li se  ssir  f’Milbrulong xi 1042km minn Mullumbimby. Nawgurawlhom suċċess.

 
 

 Café pastizzi

 

 Waqt li il-magħruf restaurant Eagles Nest li kien miftuħ kull nhar ta’ Ġimgħa u f’okażjonijiet  speċjali fil-Melita Stadium f’NSW ħabbar li se jagħlaq minħabba nuqqas ta’ patroċinju smajna b’żewġ faċilitajiet oħra li nfetħu dan l- aħħar f’Sydney. Fil-qalba tal-belt, f’O’Connell Street, Joe u Miriam Portelli fetħu l-Café Valletta. Din il-koppja huma minn Għawdex u l-familja tagħhom huma l-propjetarji tal-Calypso Hotel. Meta kien f’Sydney il-Prim Ministru Malti, Dr Lawrence Gonzi mar jieħu café f’dan l-istabbiliment ġdid fil-CBD ta’ Sydney.

 

Għal ħafna snin niftakru wkoll il-café żgħir bl-isem ta’ Maltese Café f’Crown Street Sydney  minn  fejn kont tista’ tixtri l-pastizzi Maltin. Wara madwar 40 sena,  Lenny Ferro li z-zijiet tiegħu kienu jmexxu dak il-ħanut ta’ Crown Street fetħu ħanut ieħor simili. Din id- darba taħt l-isem ta’ Pastizzi Café f’King Street Newtown minn fejn jinbiegħu il- pastizzi u ravjul. Iżda l-pastizzi tal-lum li jinbiegħu f’Sydney ma fihomx biss ricotta,  piżelli  jew laħam Isib fihom ukoll ċikkulata, cherry, veggie curry, bajd u mili ieħor. Tassew jinbidlu ż-żmenijiet.

 
 

 Disinji u moda

 

 Jason Grech hu diżinjatur tal-moda, isem li sar magħruf fil-qasam tal-ħwejjeġ tal-moda fil-belt ta’ Melbourne. Il-familja tiegħu ta’ għaxra waslu l-Awstralja minn Birkirkara fl-1972, Jason biss twieled l- Awstralja. Huwa qalilna li għandu n- negozju tiegħu u diġà se jibda jbiegħ f’Milan. Jason beda ma’ Barbara Wilson bħal diżinjatur u pattern maker u ħadem ukoll fl-uffiċċju. Huwa vvjaġġa barra mill- Awstralja,  dejjem jistudja l-aħħar disinji.
 
Ix-xogħol tiegħu diġà jinstab f’madwar 13-il ħanut. Meta dan l-aħħar kien hemm il-Melbourne Fashion Week, Jason Grech   irċieva   ħafna  tifħir  għad-disinji

 

tiegħu u l-ħwejjeġ tiegħu kienu prominenti fil-Melbourne Design & Fashion Incubator fejn jieħdu sehem ħafna disinjaturi żgħażagħ. Jason Grech li għandu l-ħanut fi 12 Howey Place Melbourne qiegħed jissemma f’ħafna rivisti tal-moda fosthom il-Fashion Journal għax libbes ħafna atturi minn Neighbours u oħrajn tat-teatru lokali. Ippreżenta wkoll b’suċċess kbir parata tiegħu stess ta’ lbiesi tal- mod bl-isem ta’ Delectable Vixen li saret f’Melbourne Central.
 
Oħt Jason, Margaret Grech ta’ 48 sena hija   dilettanta   tal-paper-tole  u  dan  l-

 
 

Jason Grech jammira l-mudelli libsin id-disinni tiegħu f'Melbourne.

 

Jason Grech

aħħar fil-klabb ta’ l-Għannejja Maltin ta’ Melbourne ippreżentat lill-Prim Ministru ta’ Malta xogħol intriku tagħha stil ta’ paper-tole li kien juri lill-Opera House qabel ma ġiet imwaqqa’ mill-għadu fl- 1942. Fir-ritratt tidher Margaret Grech mal-Prim Ministru Malti f’Melbourne.

Dr Lawrence Gonzi ma' Margaret Grech

 
 
 
 

Ibagħtu l-kummenti tagħkom fuq email għand
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2007 l-orizzont & allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com