It-Tnejn, 4 ta' Ġunju 2007     
      

 

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-aħbarijiet jidhru wkoll fil-gazzetta f'Malta "l-orizzont" (kull nhar ta' Tnejn) u
f'The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja
.

 Fil-politika m’hemmx xejn sagru

 

 F’dawn l-aħħar xhur, il-magħruf politiku Malti-Awstraljan John Aquilina għadda minn żminijiet tassew imqallba. Il-partit li tiegħu hu membru kien tassew f’xifer ta’ telfa elettorali kbira. John Aquilina MP kien ukoll involut f’battalja ħarxa biex iżomm id-distrett tiegħu ta’ Riverstone, li ilu jirrappreżenta għal ħafna snin.
 
Il-Gvern Laburista ta’ NSW kien qiegħed jikkalkula li mhux se jmur tajjeb fl- elezzjoni li għadha kemm saret fl-istat ta’ NSW. Kienu qed jistennew telfa jew se jiġu ras imb’ ras.
 
Fil-politika m’hemm xejn sagru. Il- Laburisti ħasbu għar-rashom u qabel l- elezzjoni għamlu ftehim ma’ wieħed mill- Independenti biex jekk jirbħu jaħtruh Speaker. Kienu qed jikkalkulaw li se jkun hemm riżultat tant viċin li jkollhom bżonn  kull  siġġu u ma jkunux jaffordjaw

 

John Aquilina MP u martu Ann.

li jaħtru Speaker Laburista. Fil-fatt ir- riżultat ta’ l-elezzjoni ma kien xejn kif kien mistenni u l-Laburisti għamlu rebħa faċli u ħadu l-poter għar-raba’ darba nfila f’landslajd.   U   John   Aquilina  li  rebaħ

 

Riverstone mill-ġdid faċilment safà mwarrab bħala Speaker. Min qal li l- politika mhux maħmuġa?
 
John Aquilina Parlamentarju b’esperjenza ta’ 26 sena sħaħ ma kienx se jgħosfor mix-xena. Ftit ilu l-Premier Morris Iemma ħabbar li John Aquilina ġie maħtur bħala Leader tal-Gvern ta’ l- Assemblea Legislattiva f’livell ta’ Segretarju Parlamentari. Normalment il-Leader of the House ikun Ministru iżda l- esperjenza ta’ dan il-Malti fl-affarijiet Parlamentari ma kienux se jitilfuha. L- Onor John Aquilina beda l-karriera tiegħu bħala Kunsillier fil-Kunsill Lokali ta’ Blacktown fejn laħaq ukoll Sindku. Huwa daħal bħala Membru Parlamentari ta’ NSW fl-1981 u serva bħala Ministru ta’ l- Edukazzjoni, Ministru tar-Rizorsi Naturali, Ministru taż-Żgħażagħ u Servizzi Kommunitarji, Ministru tal- Kummerċ Ġust u Ministru ta’ l-Arti.

 

 

 Il-Pink Book u ċ-Ċentru Malti

 

 Jidher li nqala’ nkwiet bejn il-Grupp Letterarju Malti u l-Kunsill tal-Komunità Maltija ta’ Victoria meta l-President tal- Grupp l-avukat Joseph C. Chetcuti kien qiegħed jippjana ir-raba’ laqgħa tal-grupp fis-sensila ta’ lagħqat għall-membri li jorganizza fiċ-Ċentru Malti ta’ Parkville. Jidher li nstabu xi oġġezzjonijiet għat- titlu tad-diskors tiegħu “l-Għaxar snin mill-ktieb Pink u t-twelid tal-moviment gay f’Malta”.
 
The Pink Book kien l-ewwel ktieb bil- lingwa Maltija dwar l-omosesswalità li l- avukat Chetcuti kiteb fl-1977 u liema ktieb ġie llonċjat f’Malta mill-Ministru ta’ dak iż-żmien, Evarist Bartolo.
 
Il-Grupp Letterarju li hu affilljat mal-MCC ta’  Victoria  kien  diġà  organizza  żewġ

 

 laqgħat qabel fiċ-Ċentru Malti, l-ewwel meta tkellem Albert Marshall dwar il- lingwa Maltija u l-UE u t-tieni meta ġiet ikkommemorata l-mewt ta’ l-aħwa Ġorġ (missier) u Ġużè Chetcuti (z-ziju) tal- President ta’ l-Għaqda Letterarja.
 
Din id-deċizzjoni tal-Kunsill Malti ta’ Victoria li l-President Victor Borg huwa wkoll avukat ieħor Malti, irċeviet pubbliċità minn diversi gazzetti u kienet prominenti wkoll fuq l-internet.
 
Iċ-Ċentru Malti ta’ Parkville f’Melbourne inbena fuq l-art tal-MSSP u din l-Ordni Missjunarja Maltija għandha l-kappella u d-dar tagħha biswit iċ-Ċentru. Jista’ jkun li saret deċizzjoni li t-taħdita’ li kellha ssir fid-29 ta’ Mejju setgħet toffendi t- twemmin u s-sentimenti reliġjużi.

 

Dr Joseph C. Chetcuti

L-avukat Joseph C. Chetcuti qiegħed jinsisti li din id-deċizzjoni tista’ tmur kontra l-Equal Opportunity Act 1995 (Vict). Huwa ttamat li dan in-nuqqas ta’ ftehim bejn żewġ naħat rispettati f’Victoria jintemm bi ftehim mingħajr ma ssir ħsara.

 
 

 L-aqwa fl-uffiċċju

 

 Leanne Spiteri, żagħżugħa simpatika ta’ 22 sena minn Dapto (subborg ta’ Wollongong) ġiet iddikjarata WAVE FM Radio Office Star of the Year. Leanne taħdem ma’ kumpanija ta’ l-avukati, Kells The Lawyers li jispeċjalizzaw fil-liġi tal-familja. Kien l-imgħallem tagħha stess li innominha għal dan il-kuntest. Ilha taħdem ma din il-kumpanija minn Marzu 2006.Iċ-ċerimonja tal- preżentazzjoni saret fis-City Beach Function Center tal-belt ta’Wollongong.

Wara l-preżentazzjoni Leanne qalet li ma tixtieqx tieħu il-krettu kollu hi għax “Jien inħobb ix-xogħol li nagħmel u dawk li naħdem magħhom kollha jagħmlu xogħolhom daqsi. Qatt ma bsart li se nirbaħ”.

Tibor Csapo, wieħed mil-ispeċjalisti fil- liġi tal-familja li jaħdem ma’ Kells The Lawyers, innomina lil Leanne Spiteri (ritratt) għal dan l-award.
 
Skond l-avukat Tibor Csapo, kemm Leanne ila taħdem  fl-uffiċċju,  u  pjaċir li

 

tmur għax-xogħol għax dejjem għandha tbissima fuq wiċċha u xejn ma hu diffiċli għaliha.

Leanne hi eċċellenti mal-klijenti li xi drabi jkunu emozzjonati u diffiċli biex taħdem magħhom.
 
Hi dejjem lesta biex tgħin u għandha abilità li tqassam ix-xogħol b’għaqal u prijorità.

Wara ftit xhur impjegata Leanne Spiteri rebħet ukoll il-premju ta’ Innovazzjoni li nagħtu fl-uffiċċju tagħna għal-impjegati li jaħdmu magħna fl-2006.
 
Omm u missier Leanne twieldu l- Awstralja minn ġenituri Maltin. In-nanniet minn naħa ta’ missierha huma Frank u Ġina Spiteri minn Ħal-Qormi u waslu l- Awstralja f’Ottubru 1954 fuq il-vapur Sorrento u joqgħodu Dapto, filwaqt li in- nanniet minn naħa ta’ ommha huma Joe u Rita Formosa minn Victoria Għawdex. Ilhom l-Awstralja 56 sena u joqgħodu Kanahooka.

 

Leanne Spiteri

 
 

 Mewt traġika ħdejn il-knisja

 

 Kenneth J. Tanti ta’ 32 sena tilef ħajtu minnufih kważi fuq l-għatba tal- knisja ta’ Greystanes NSW (magħrufa sewwa mal-Maltin) meta l-mutur li kien qiegħed isuq daħal f’karozza ta’ anzjana Maltija, Vera Sciberras li toqgħod Triq Gozo, Greystanes li kienet għadha kemm ħarġet mill-parkeġġ tal-knisja wara l-quddiesa. Il-karozza ta’ Sciberras tfarrket minn wara iżda jidher li l-anzjana ħelsita ħafif iżda b’qagħta kbira. Ken Tanti sofra ġrieħi fatali f’rasu. Illum eżatt kif toħroġ mill-parkeġġ ssib arblu li miegħu hemm imdendlin ħafna fjuri.

Ken Tanti hu iben Salvu u Rita Tanti mill- Mosta u ilu l-Awstralja minn meta kellu sitt snin. Huwa joqgħodu f’Seven Hills NSW. Bħala membru attivi tal-gang tal- muturi Bandidos (Sydney North Side), il- funeral ħoloq xi problemi għall-pulizija għax il-membri ta’ dan il-gang skortaw it- tebut minn fejn joqgħod f’Castle Hill lejn il-knisja u mbgħad lejn iċ-ċimiterju ta’ Pinegrove. Il-pulizija għamlu l-almu tagħhom kollu biex ma jkunx hemm inkwiet bejn il-gangijiet tal-muturi Bandidos  u  r-Rebels.  Ftit  ilu l-eks kap

 

Il-funeral ta' Tanti, tal-muturi jġorru it-tebut fis-sidecar b'serbut ta' mutur wara.

 

tar-Rebels, Alex Vella kien Malta wara li għal xi  jiem  ġie  rrifjutat li jirritorna lejn l-Awstralja mid-Dipartiment ta’ l- Immigrazzjoni minħabba li skaditlu l- viża.    Dan    l-aħħar    il-pulizija    bdew

 

kampanja ħarxa kontra dawn il-gangs illegali tal-muturi bħal Nomads, Comancheros, Rebels u Bandidos. Hu allegat li ħafna mill-membri tagħhom huma nvoluti fid-drogi u kriminalità.

 
 
 
 

Ibagħtu l-kummenti tagħkom fuq email għand
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2007 l-orizzont & allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com