|
Niftakar
sewwa meta f’April 2004, ġewwa r-Riverside
Theatre ta’ Parramatta f’NSW ġiet ippreżentata
l- opra ‘l Martiri tas-surmast Carmelo Pace. Bla
dubju l-ewwel opra Maltija li qatt dehret
fl-Awstralja. Kienet opera dwar ir-rewwixta
kontra l-Franċiżi fl-1798 u l-protagonista kien
l-eroj Malti, Dun Mikil Xerri.
Jidher li issa deħlin f’perjodu ieħor fil- qasam
ta’ l-opera meta żagħżugħ Malti tat-tieni
ġenerazzjoni daħal għax-xogħol tant diffiċli
biex jikkomponi opera bil- lingwa Maltija u
jippreżentah għall-ewwel darba fl-Awstralja.
Jeff Galea BMus Hons (Syd), MA (W’gong) fl-etą
ta’ 40 sena, huwa diġą kompożitur u kitarrista
magħruf u propjetarju ta’ l-iskola Cadence Music
f’Pendle Hill NSW fejn għandu 130 |
|
|
 |
|
Jeff Galea |
|
|
student. Il-ħajra li
jidħol għal din il-biċċa xogħol klassika u storika ġejja
mir-rabta’ tiegħu mal-kultura Maltija li wiret minn
missieru l-magħruf kantant Malti, Joe Galea u ommu
Josephine.
Jeff qalli li huwa diġą kkompona kunċert doppju għal
kitarri “Melita Fantasie” u biex għamel dan kellu jidħol
sewwa fir- riċerka ta’ l-Għana u l-Prejjem. Dan ix- xogħol
qajjem interess kbir fl- Universitajiet kemm ta’ Sydney u
kemm ta’ Wollongong.
Kien hawn li ntebaħ kemm l-Awstraljani jafu ftit wisq
dwar Malta. Fl-opinjoni ta’ Jeff Galea din l-opera li
qiegħed jikteb dwar l-Assedju l-Kbir 1565 se tkompli
turi kif żviluppa l-karattru Malti. Hija storja bbażata
fuq il-konflitt bejn il- Kristjaneżmu u l-Islam li għandu
kurrenti sa llum. Skond Jeff, l-Assedju tas-sena 1565
kien ta’ sinifikat għad-dinja kollha u jittama li
l-Opera tiftaħ tieqa oħra dwar dawk iż-żminijiet.
Dan iż-żagħżugħ Malti beda jippjana l- opera tard
fis-sena 2005 u flimkien mal- Professur Stephen Ingham
mill-Universitą ta’ Wollongong tkellmu fit-tul dwar
x’jista’ jsir. Il-libretto miktub minn Bonny Cassidy
spiċċaħ kmieni dis-sena wara riċerka serja dwar
l-assedju. Jittama li jispiċċa kollox sas-sena 2008.
Waqt ir-riċerka kellu jistudja sewwa l- elementi ta’
l-istorja, dwar il-Kavallieri, it-Torok u
r-reliġjonijiet. Din ir-riċerka għadha sejra.
Oriġinalment l-opera se tkun bl-Ingliż b’sessjonijiet
ta’ djalogu bil-Malti iżda finalment tiġi maqluba kollha
bil-Malti. Dan kollu se jkun il-qofol tat-teżi tiegħu
Ph.D li titlob li l-opera tiġi ppreżentata “live” fuq
il-palk. Huwa qalli meta jiġi biex jaqleb għall-Malti għandu fi ħsiebu lil |
|
 |
|
Jeff Galea |
 |
|
Frank Zammit u
Rigu Bovingdon li diġą wrew interess u rrendew
xi għajnuna wkoll.
Dwar fondi għal dan il-proġett huwa jittama li
jsib xi għajnuna mill-Universitą iżda jidher li
diġą rċieva xi għajnuna finanzjarja mill-Għaqda
Kulturali Maltija u ċ-Ċittadini f’NSW. Ftit ilu
sa anke sar kunċert varjat mill-Maltese
Connection f’Wenworthville Leagues Club fejn
ħadu sehem iċ-Ċittadini, James Cassar, Angelle,
Jamie u Amanda Bonnici biex jiġi mgħejun
finanzjarjament Jeff Galea u l-opera tiegħu.
Jeff Galea jirringrazzja ħafna lill-ġenituri
tiegħu għall-appoġġ u għadd ta’ Maltin oħra.
Iżda din hija fil-fatt veru l-ewwel Opera bil-Malti?
Ma hemm l-ebda dubju li se tkun l-ewwel waħda
komposta u kantata bil-Malti fl-Awstralja. |
|