It-Tnejn, 21 ta' Mejju 2007     
      

 

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-aħbarijiet jidhru wkoll fil-gazzetta f'Malta "l-orizzont" (kull nhar ta' Tnejn) u
f'The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja
.

 Tama dejjem f’Alla

 

Pilar Farrugia

 

 
 

 Il-fidi u t-tama f’Alla huma s-saħħa ta’ Pilar Farrugia (ritratt) kontra l-marda qerrieda tal-kanċeru. Fl-etą ta’ 49 sena din ir-residenta tas-subborg ta’ Craigieburn (Melbourne) qed tikkumbatti ma’ din il-marda għat-tielet darba.
 
Fis-sena 1997 dehru l-ewwel sinjali tal- marda li minħabba fiha kellha titlef sidirha tax-xellug waqt li damet taħt il-kura tal-kemoterapija għal sitt xhur u wara sentejn f’remission.

Sa dan it-tant ġiet mogħtija sider ġdid magħmul minn fdalijiet ta l-istonku. Fis- sena 2000 il-kanċer reġa’ nstab fl-istess post u Pilar Farrugia damet sitt xhur oħra tieħu r-radjoterapija. F’Settembru li għadda, qalulha li il-kanċer reġa’ tfaċċa iżda din id-darba tferrex fl-għadam u fil-fwied.
 
“Ma nistax noqgħod bilqegħda għal ħin twil għax dari juġgħani u għalhekk ngħaddi ħafna ħin fis-sodda biex inkun nista’ nitmattar sewwa” qalet Pilar.

 

B’determinazzjoni kbir u fidi qawwija bħala Kattolika, Pilar kompliet tistqarr li “għall-ewwel kienet ferm iktar diffiċli għax ma kontċ naf x’tistenna iżda issa qed nikkumbatti. I t-tobba qaluli li għandi determinazzjoni u ġellieda, diġą affruntajt din il-marda darbtejn forsi t- tielet darba naqla’ grazzja oħra”.
 
Pilar qalet li għandha l-appoġġ u l- imħabba ta’ żewġha, George u t-tfal Amanda, Samantha, Sara u Ashley u tlett it-tfal tat-tfal.
 
“Il-fidi Kattolika tiegħi tagħtini s-saħħa, kull ma tlabt ‘l Alla qlajt, irid ikollok il-fidi. Ma jiswilek xejn li toqgħod tikbi, trid tagħmel kuraġġ”. Hija qalet ukoll li qed titkellem dwar il-problemi tagħha biex tgħin lil oħrajn li qed isofru mill-istess marda speċjalment fid-distrett ta’ Hume, in-naħat li toqgħod fihom. Fil-Hume, fl- iStat ta’ Victoria madwar 450 persuna turi s-sintomi tal-kanċer kull sena. Għal dawk f’dawn in-naħat, tistgħu ċċemplu 131120 għal għajnuna.

 

 

 Jiftakru u jirringrazzjaw

 

 Wara karriera twila fil-komunitajiet ta’ Melbourne u Sydney, John Borg (ritratt) irtira minħabba saħħtu. Il-Kunsill tal- Komunitą Maltija ta’ NSW organizzawlu okazzjoni addatta ferm f’Rose Hill Bowling Club biex jirringrazzjawh ta’ dak kollu li għamel f’dawn iż-żewġ Stati fejn jgħixu l-aktar Maltin.
 
John Borg, imwieled tas-Sliema wieħed minn sitt aħwa kien imur is-Salezjani. Emigra lejn l-Awstralja fejn mar joqgħod f’Melbourne. Mill-1978 beda assoċjazzjoni twila mal-klabb tal-futball George   Cross  u  spiċċa   wkoll   bħala

 

amministratur mal-Federazzjoni tal- Futball f’dak l-iStat. Kien jippreżenta wkoll kummentarji fuq l-isports fuq r- radju 2EA u SBS u kien korrispondent ta’ The Maltese Herald fil-Victoria fis-snin sittin.
 
13-il sena ilu nħatar bħala kap tal- programmi Maltin fuq l-SBS Radio, stazzjon li jxandar b’madwar 69 lingwa differenti fosthom il-Malti. Minn Melbourne ġie joqgħod Sydney.

Il-komunitą apprezzat is-servizz ta’ John Borg  u  madwar  60  persuna  attendew

 

Xi wħud minn dawk li attendew il-funzjoni ta' John Borg.

 

John Borg

 

biex jgħidulu grazzi. Kien hemm diversi Maltin li tkellmu u faħħru ix-xogħol tiegħu speċjalment persuni li ħadmu miegħu jew viċin tiegħu tul l-aħħar 13-il sena. John Borg huwa Malti li żamm l- għaqda bejn Malta u l-Awstralja permezz tar-radju u leħnu nstema’ spiss fuq ir-radjijiet ta’ Malta speċjalment l- PBS. Nawgurawlu rtirar mixtieq u iktar snin biex igawdu lil martu Carmen u z- żewġ itfal tiegħu.

 
 

 Żwieġ u anniversarju

 

 Rhonda Balzan hija waħda minn dawk il-Maltin li twieldu l-Awstralja iżda li hija ferm kburija bl-identitą tagħha. Ilha assoċjatha ma’ l-Iskola tal-Malti f’NSW għal ħafna snin u fil-preżent hija segretarja tal-kumitat ta’ din l-iskola. Kienet għal xi żmien ukoll segretarja tal- Kunsill tal-Komunitą Maltija. Ftit ilu Rhonda iżżewġet lil Jonathan Bostow f’ċeremonja miftuħa f’Parsley Bay qrib Vaucluse u wara sar riċeviment f’Rose Bay RSL Club. Il-koppja friska se joqgħodu fis-subborg ta’ Lugano. Għall-okazzjoni tat-tieġ ġiet minn Malta, Mary omm Rhonda.

 F’Melbourne kellna ukoll okazzjoni speċjali,   anniversarju   tad-deheb   bejn

 

Charles u Rita Gili

 

Mix-xellug Cynthia Villar-Cassar, Rhonda Balzan, Maria DeCarlo, Lucy Calleja.

 

Charles u Rita Gili li ilhom miżżewġa 51 sena. Huma ltaqgħu fil-villaġġ ta’ fejn kienet toqgħod Rita f’Ħaz-Żabbar meta kien għad għandha 14-il sena u Charles minn Bormla kellu17-il sena. Rita tispjega kemm il-familja tagħha kienu .attenti fuqha meta kienet tinnamra. “Dak iż-żmien kien differenti ferm mill- illum” qalet.

Ta’ 20 sena Charles tilef lill-missieru u kellu jistenna sakemm ħames ħutu bniet iżżewwġu. Meta Charles kellu 25 sena, surġent fl-RAF u Rita 22 sena żżewġu“Dak iż-żmien min kienx hemm qamar il-għasel” qalet Rita.

 

Illum din il-kopja joqgħodu fis-subborg ta’ Ferntree Gully, Victoria, għandhom tlett it-tfal kollha mwielda Malta, Josette ta’ 50 sena, Rick ta’ 47 sena u Alex 36 sena. Fis-sena 1970 Charles u Rita emigraw lejn Melbourne fejn damu jgħixu għal 34 sena f’Tullamarine iżda dan l- aħħar marru joqgħodu iktar viċin tat-tfal u l-ħames tfal tat-tfal tagħhom.

Ma setgħux jiċċellebraw il-ħamsin anniversarju tat-tieġ tagħhom f’Novembru tas-sena l-oħra għax Rita kienet marida wara li sofriet minn waqgħa. Is-sigriet ta’ ħajja twila fiż-żwieġ fiż-żwieġ: “trid tieħu ħsieb xulxin”.

 
 
 
 

Ibagħtu l-kummenti tagħkom fuq email għand
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2007 l-orizzont & allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com