It-Tnejn, 14 ta' Mejju 2007     
      

 

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-aħbarijiet jidhru wkoll fil-gazzetta f'Malta "l-orizzont" (kull nhar ta' Tnejn) u
f'The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja
.

 Infakkru l-għotja tal-George Cross

 

 Il-George Cross Falcons Club ta’ Wollongong iċ-ċelebraw il-ħamsa u sittin anniversarju mill-għotja tal-George Cross lil Malta. Din l-okkażjoni ġiet iċċelebrata b’dinner dance fil-Port Kembla Leagues Club fejn attendew tlett mitt persuna.
 
Din kienet okkażjoni eċċellenti biex jerġa’ jitqajjem l-entużjażmu fost il- Maltin ta’ Illawarra speċjalment issa li l- klabb reġa’ beda jieħu r-ruħ u l-interess fost il-membri qiegħed jikber. Il-G.C Club kien ilu ma jorganizza xi ċelebrazzjoni bħal din u għal dawk li kienu jattendu għall-ballijiet li kienu jsiru ftit snin ilu, bħall-ballu tal-Miss George Cross u oħrajn, din l-okkażjoni kienet ta’ nostalġija għal dawk iż-żminijiet.
 
Fost il-mistednin ta’ l-unur kien hemm is-sinjorina Joanna Pisani l-Konslu Ġenerali għal Malta fi-NSW. Attendew wkoll l-editur tal-Maltese Herald Lino Vella u s-segretarja tiegħu Rita Kassas u r-raġel tagħha Charlie.
 
Bħas-soltu Vince Bezzina żamm lil dawk preżenti jiżfnu għal siegħat sħaħ u

 

 Mix-xellug jidher George Bartolo, il-Konslu Ġenerali Joanna Pisani
u l-President tal-G.C. Falcons, Louis Parnis u martu.

 

ma riduhx jieqaf, filwaqt li l-kantant Joe Galea ta pjaċir lil kulħadd bil-vuċi stupenda tiegħu u anki b’xi ċajt li qal. Il- lejla kienet immexxija minn Ian McDonald bħala MC li mexxa l- programm tajjeb ħafna.
 
L-Iskola   Maltija   li  topera  mill-George

 

miż-żgħażagħ imwielda hawn.
 
Fid-diskors tiegħu l-president tal-club is- Sur Louis Parnis irringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod għenu biex din l- okkażjoni tirnexxi u anki ippreżentalhom rigal żgħir bħala apprezzament. Il-lejla marret  tajjeb  ħafna  u  għal  darb’oħra l-

Dehra ta' dawk li attendew il-ballu.

 

Cross Falcons Club ħadet sehem ukoll. Sitt studenti ppreżentaw qari dwar Malta ikkomponut minn Chris Micallef rigward l-għoti tal- George Cross lil Malta għall- qlubija tal-Maltin fit-Tieni Gwerra Dinjija. Għamel wkoll diskors qasir il-prinċipal ta’ l- iskola is-sur Leli Fenech.
 
Intwera dokumentarju ta’ ftit minuti dwar il-gwerra f’Malta li ġie milqugħ sewwa minn dawk  preżenti,  speċjalment

 

kumitat ħaqqhom prosit tassew għall- organizzazzjoni u għall-isforz li għamlu biex din il-funzjoni tirnexxi daqstant.
 
F’Melbourne ukoll saru ċerimonji jfakkru l-għotja tal-George Cross, 65 sena ilu. The Maltese Ex-Services Association ta’ Victoria organizzaw ċerimonja fiċ-Ċentru Malti ta’ Parkville waqt li l-Maltese Australian Association ta’ Victoria organizzaw ċerimonja ħdejn il-mafkar impressjonanti, Shelter of Peace li jinsab fil-qalba ta’ Melbourne. Għaż- żewġ ċeremonji attendiet il-Konslu Ġenerali f’Melbourne, Angele Azzopardi.

 

 

 Iktar proġetti ta’ Dr Victoria Borg

 

Dr Victoria Borg

 

 Dan l-aħħar f’Melboure ġie illonċjat il-Maltese Connection Project li għandu mira biex jgħin lill-membri tal- komunitą Maltija fid-diffikultajiet li ħafna jħabbtu wiċċhom magħhom ta’ kuljum.
 
Din hija inizjattiva oħra ta’ l-Universitą ta’ Victoria bl-għajnuna ta’ Dr Victoria Borg, psikoloġista minn St Albans. Dr Borg qalet li l-komunitajiet Maltin kemm fl- Awstralja u anke f’Malta qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ diversi diffikultajiet kemm soċjali, ekonomiċi, medikali, kulturali u psikoloġiċi. Qalet li hija ħrafa li l-komunitą Maltija drat sewwa fl-Awstralja għax skond ir-riċerka li għamlet fost il-komunitą sabet mod ieħor.
 
Qalet ukoll li qed issib li ħafna mill-problemi qegħdin jerġgħu jispuntaw. “Ħafna huma dawk li jaħsbu li stabbilixxew ruħhom iżda fuq livell psikoloġiku sibt li qegħdin f’xifer il-ħajja.”
 
Il-proġett ta’ Dr Borg jista’ jiġi applikat għall-komunitajiet mhux biss fl-iStat ta’ Victoria iżda bħala mudell f’naħat oħra, anke Malta. Hija diġą kkomunikat mal- komunitajiet Maltin tal-Kanada u USA. Dr Borg kienet inizjalat proġett ieħor “Koala Bear” li illonċjat hija stess f’Għawdex fejn qassmet mijiet ta’ ġugarelli Koala biex ittaffi xi ftit it-trawma ta’ dawk li għandhom isofri mill-firda kawża ta’ l-emigrazzjoni.

 
 

 Discovery Tour

 

 Iż-żjarat lejn Malta miż-żgħażagħ Awstraljani imwielda minn ġenituri Maltin, biex ngħidu hekk saru moda. Id- Discovery Tour of Malta 2006 inizjattiva tal-Maltese Community Council Victoria u bil-ħeġġa ta’ Edwina Mallia kien suċċess. Kienet żjara organizzata ta’ tlett ġimgħat u dawk li ħadu sehem kienu studenti ta’ dixxendenza Maltija. Fost dawn kien hemm tlett studenti li rnexxielhom jispiċċaw studji fl-Universitą ta’ Malta bħala “credits” għall-korsijiet li qegħdin jagħmlu f’Victoria.
 
It-Tour għandu wkoll l-appoġġ ta’ Victoria University fejn skond ma rrapportat Edwina Mallia, Helen Borland ta’ l-Universitą tablet biex isir tour simili dis-sena tant li diġą bdew jirriklamaw biex jattiraw studenti li jixtiequ jżuru Malta.
 
Il-grupp ġie mogħti ħafna attenzjoni f’Malta tant li kienu mistieden għal ikla għand fir-residenza tal-High Commissioner Awstraljan, għamlu żjara ta’ kortesija mal-President Edward Fenech Adami u għamlu żjarat oħra organizzati lejn għadd ta’ attrazzjonijiet ta’ natura kulturali u edukattiva f’Malta u Għawdex. Waqt il-laqgħa għand il-President kien hemm preżenti l-E.T Francis Tabone, il-Kummissarju Għoli għal Malta fl-Awstralja.
 
Il-grupp kellhom ukoll tlett lectures dwar suġġetti differenti, Dr Lydia Scriha dwar il-lingwa Maltija, Prof Carmel Cassar dwar l- Inkwiżizzjoni u Prof Henry Frendo dwar il-passat u Malta tal-lum.
 
Edwina Mallia qaltli li l-istudenti jħallsu l-passaġġ tagħhom iżda kienet grata ħafna għal Għaqda Malta Star of the Sea li għenu biex bagħtu waħda mill-istudenti.

 

Edwina Mallia tippreżenta rigal lill-President ta' Malta.

 Il-grupp għand il-President

 
 

 Il-Maltin fl-Anzac Day

 

 Il-Maltin li ħadu sehem fil-gwerer u llum jinsabu fl-Awstralja jiċċelebraw b’qima u kburija kbira Jum l-ANZAC billi joħorġu jimmarċjaw fit-toroq prinċipali ta’ l-Awstralja flimkien ma’ mijiet oħra. Fl-Awstralja għandhom l-għaqdiet distinti tagħhom biex ifakkru l-kontribuzzjoni Maltija. Illum dawk is-suldati li ħadu parti attiva fl-aħħar gwerra daħlu f ‘etą avvanzata iżda f’Sydney skond rapport fl-ewwel faċċata ta’ The Maltese Herald immarċjaw ħafna veterani fosthom Jimmy Magro ta’ 84 sena, Gorg Viarella 87 sena, Frank Balbi 86 sena, Tony Zammit ta’ 81 sena u l-ixjaħ wieħed, Laurie Libreri ta’ 89 sena.

Biex  iżommu din it-tradizzjoni  ħajja d-diriġenti tal-March ta’ l-

 

Anzac qegħdin jippermettu li jimmarċjaw persuni li jirrappreżentaw lill-qraba tagħhom. Dawn tgħarrafhom billi jżommu l-midalji fuq il-lemin flok fuq ix-xellug.

Fit-toroq prinċipali ta’ Sydney il-Maltin ikollhom magħhom ukoll Our Lady Queen of Peace Maltese Band li l-preżenza tagħha b’40 bandist tagħti dehra tassew impressjonanti.

Lejlet Jum l-Anzac Il-Fergħa Maltija ta’ l-RSL tpoġġi wreath f’riġlejn is-Cenotaph ta’ Martin Place fejn jindaqq ukoll l-Last Post u r-Reveille. Dis-sena x-xita ma waqfitx xejn waqt din iċ- ċeremonja.

     
 
 

L-eks suldati Maltin jimmarċjaw fit-toroq ta' Sydney fl-Anzac Day.

 
 
 
 

Ibagħtu l-kummenti tagħkom fuq email għand
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2007 l-orizzont & allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com