|
|
| |
|
Il-Jum
tal-25 ta’ April jista’ jissejjaħ bħala Jum
ieħor Nazzjonali ta’ l-Awstralja. Dak in-nhar
in-nazzjon Awstraljan jiċċelebra Jum l-Anzac.
Tifkira ta’ waħda mill-agħar traġedji fi gwerra.
Kienu żminijiet oħra. L-Awstralja kienet parti
integrali mill-Imperu Ingliż u z-żgħażagħ
Awstraljan ġew imsejjħa biex jiddefendu l-Imperu
u bl-eluf tagħhom salpaw lejn n-naħa l-oħra ta’
l-Awstralja biex ikunu parti mill-armata ta’ l-Allejati
f’dik li sejħulha l-Gwerra l-Kbira.
92 sena ilu l-armati ta’ l-Allejati (madwar
500,000) komposti minn suldati mill-Britannja,
Franza, l-Indja, l-Kanada, Malta, l- Iżrael,
Greċja, l-Eġittu u sintendi l-Awstralja u New
Zealand iddeċidew jinvadu il-fortizza Gallipoli
fit-Turkija, illum tista’ biss tiġi deskritta
bħala ġennata militari. F’medda ta’ disa’ xhur
ħalliet mejta madwar 2.5 miljun u 5.5 miljun
oħra feruti miż- żewġ naħat. Kemm huma koroh
il-gwerer hux!!.
It-truppi Alleati kellhom finalment jirtiraw
iżda l-leġġenda ta’ Gallipoli baqgħet bħala
waħda ta’ kburija, qlubija u turija ta’
determinazzjoni miż-żgħażagħ suldati voluntieri
mill-Awstralja (60,000) u minn New Zealand
(18,000) li ħadu sehem.
Kienet ta’ sinifikat għall-Awstralja għax kienet
l-ewwel darba li t-truppi ħadu sehem fi Gwerra
minn meta l-Awstralja saret nazzjon 14-il sena
qabel. Kienet il-battalja ta’ Gallipoli li
għaqdet flimkien lill-Awstraljani u bniet
pedament ta’ nazzjon kburi bil-qlubija taż-żgħażagħ
tiegħu.
Ili ngħix f’dan il-pajjiż għal 52 sena. Dejjem
kont konxju mill- fatt li Anzac Day, il-jum eżatt
tal-25 ta’ April meta l-forzi Awstraljani llandjaw fix-xatt ta’ Gallipoli seta’ b’xi mod
jikkommemora il-ħruxijiet tal-gwerra.

Meta servejt bħala rappreżentant tal-Gvern Malti
f’NSW għalkemm dejjem għamilt dmiri u
rrappreżentajt lil Malta fiċ- ċerimonja uffiċjali
li jorganizzaw il-fergħa Maltija ta’ RSL lejlet
Jum Anzac u fiċ-ċerimonja uffiċjali tat-tqegħid
tal-fjuri f’riġlejn il-monument f’Martin Place
mir-rappreżentanti tal-Gvernijiet, qatt ma ħadt
parti fil-marċ ta’ l-Anzac Day għax qatt ma
servejt fil-forzi armata. Kont għadni żgħir wisq
fl-aħħar gwerra u qatt ma ħassejt li għandi
nimmarċja għan-nom ta’ ħaddieħor.

Illum daħlet id-drawwa li mhux biss dawk li
servew parti attiva fil-gwerra jistgħu
jimmarċjaw, iżda tista’ tmur timmarċja
tirrappreżenta lill-ġenituri jew qraba tiegħek.
Maż-żmien ukoll tgħallimt li waqt li ma għandna
qatt nigglorifikaw il-gwerer iżda fl-istess ħin
ma għandna qatt ninsew lil dawk li taħt
direzzjoni obbligatorja mill-Gvernijiet tagħhom
(ħafna drabi taħt il-liġi tal- lieva) marru
jiddefendu lill-pajjiżhom b’direzzjoni tal-Gvernijiet
tagħhom. Liema direzzjoni setgħet kienet
għaqlija jew assurda (bħal gwerer f’Vjetnam u
Iraq).

Lil dawn il-veterani tal-gwerer irridu nagħtuhom
l-aqwa tifkira u ringrazzjament għax dawn
is-suldati huma l-eroja u ħaqqhom min
jiftakarhom.

Malta wkoll għandha konnessjoni qawwija ma’ l-ANZACs
(l- isem ifisser Australian New
Zealand Corps) għax
pajjiżna |
|
|
 |
 |
 |
|
Żewġ ritratti
minn anglu differenti ta’ Australia Hall li
tinsab
f’Anzac Street Pembroke (St Andrews)
Malta u l-plakka li hemm
fuq il-bieb prinċipali
li tfakkar fil-konnessjoni mat-truppi
Awstraljani li kienu f’Malta. |
|
|
|
serva ta’
sptar għal dawk il-mijiet ta’ feruti minn
Gallipoli li nġiebu f’Malta għal kura tant hu hekk li fiċ-ċimiterju
militari tal- Pieta hemm midfuna 229 Awstraljani
u 79 minn New Zealand.
F’Pembroke (Malta) hemm ukoll l-Australia Hall
li ġiet mibnija mill-Australian Red Cross biex
iservi ta’ post ta’ rikreazzjoni għat-truppi
Alleati li nġabu f’Malta dak iż-żmien. Illum
Australia Hall tinsab mitluq u fi stat ta’
abbandun. Waqt li fil-belt Valletta għandna
l-Opera House relikwa tat-tieni gwerra,
f’Pembroke għandna abbandunata l-Australia Hall,
tifkira ta’ l-ewwel gwerra. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Minn
żmien għal żmien fil-midja stampata fl-Awstralja nsibu xi
artikli dwar Malta, ġeneralment x’għandha toffri lit-turisti.
Fis- Sunday Telegraph (22/4) li toħroġ f’NSW fis-sezzjoni ta
“Escape’ kien hemm mhux biss artiklu iżda faċċata sħiħa bil-kulur
f’xena ta’ Marsamxett u fuq ġewwa artiklu fuq żewġ paġni
b’ritratti bil-kulur taħt t-titlu ta’ Knights’ island full of
history minn Brian Johnston. Għalkemm beda l-artiklu tiegħu
biex qal li Malta huwa l-iktar post fid-dinja ffrekwentat mil-Libjani
(ma nafx kif wasal għal din il-konklużjoni) il-bqija ta’
l-artiklu huwa dawra li għamel ma’ Malta u Għawdex u ma kellu
xejn ħlief tifħir għall- gżejjer Maltin.
Is-Sibt ukoll ta’ l-istess ġimgħa fis-Sydney Morning Herald,
fil-weekend edition kien hemm artiklu Light my Fire
dwar l-istorja militari ta’ Malta bir-ritratti tal-kanuni li
hemm taħt il-Barrakka ta’ Fuq. L-artiklu stupend miktub minn
David Whitley jagħti ħarsa wkoll lejn postijiet oħra ta’ valur
militari bħal Fort Rinella, l-Armerija, Lascaris War Rooms u
oħrajn.
Dawn l-artikli, ma hemmx dubju li jagħtu pubbliċità mitqlu deheb
lill-industrija tat-turiżmu ta’ Malta li ftit jew xejn tiffoka
fuq l-eluf ta’ Awstraljani li jivvjaġġaw lejn l-Ewropa fosthom
mijiet ta’ Awstraljani/Maltin li b’passaport Malti issa qed
jagħmlu il- pellegrinaġġ lejn l-Ewropa bil-waqfa obbligatorja
fil-pajjiż tal-ġeneturi tagħhom. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Dan
l-aħħar kellna l-laqgħa ġenerali annwali tal-Kamra tal-Kummerċ
Awstraljana/Maltija li dejjem tipprova tqanqal iktar
kummerċ bejn iż-żewġ gżejjer. F’dawn l-aħħar snin dawn
ukoll organizzaw delegazzjonijiet lejn Malta biex
jistudjaw aħjar ir-relazjonijiet u l- prospetti
kummerċjali. Ħabbru wkoll li hemm ħsieb ta’ delegazzjoni
oħra għal Marzu 2008.

Intqal ukoll li l-kumpanija ta’ Syd Borg (PCP Australia)
qed jippruvaw jirranġaw biex l-aħbarijiet tal-PBS
(Malta) li jintwerew l-Awstralja darba fil-ġimgħa fuq l-SBS
TV flok ikunu ilhom ġimgħatejn biex jaslu jibdew
jintwerew minnufih. Sinċerament nittamaw li jsibu
soluzzjoni għax aħbarijiet wara ġimgħatejn jekk mhux
tlett ġimgħat huma diżunur f’din l- era ta’ teknoloġija sfernata.

Il-kumitat il-ġdid issa huwa hekk: President: Syd Borg,
(PCS), Viċi President: Joe Borg (UBEECO Packaging
Solutions), Segretarja: Joselle Attieh (Midas Touch
Constructions), Teżorier: Steve Anthony Vassallo
(Senator Group).
|
|
 |
|
Fir-ritratt jidhru l-kumitat kif ġie maħtur għas-sena
2007/2008. |
| |
|
Membri
tal-Kumitat: Glen Fisher (Telstra), Paul
Sant (Cluff & Sant Solicitors), Charles
Hili ( Gato Pastizzi), Joe Attard (Sydney Envelopes), Victor |
|
Gauci
(KBA Europe). George Doublesin (Control
Supplies). L-Executive Officer hija
Graziella Hilliker. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|