|
Isejħulhom
Iron Man u ma tridx tkun xipli biex tikkompeti
fit-tiġrijiet hekk imsejħa triathlon. Mingħajr waqfien
ta’ xejn bejn sessjoni u oħra hija kompetizzjoni ferm
iebsa li taqsam tlett dixxiplini sportivi jiġifieri
għawma ta’ 3.8 km, rikba fuq rota tul ta’ 144 km u ġirja
tul ta’ 42.2km. Kompetizzjoni ta’ strapazz li għaliha
jikkompetu atleti minn27 pajjiż (1337 irġiel u 278
nisa).
George Mifsud ta’ 40 sena, iben Charles u Jessie mis-subborg
ta’ Burraneer NSW u ċittadin Malti jieħu sehem
f’tiġrijiet simili fuq bażi regulari.
Fil-Ironman Australian Triathlon li saret f’Port
Macquarie NSW ftit ilu George Mifsud irnexxilu jispiċċa
f’ħin ta’ inqas minn 12-il siegħa. Mhux hekk biss iżda
rnexxielu wkoll jiġbor $11,000 għall- karitą għal K.I.D.S.
Foundation liema somma għamlitu l-iktar kompetitur li
irnexxilu jiġbor flus għal karitą u għalhekk issa jirbaħ
post fit-Triathlon li għandha ssir fil-Korea.
L-intenzjoni ta’ George Mifsud, li huwa membru ta’
Engadine Triathlon Club kienet li jipprova jirreġistra
ħin aħjar minn |
|
12-il siegħa u 19
minuta li ġera s-sena l-oħra. Fil-fatt
f’ġirja impressjonanti f’Port Macquarie irnexxilu
jnaqqas 30 minuta biex irreġistra 11-il siegħa u 49
minuta George Mifsud li huwa fil-preżent il- Human
Resource Director mal-Compass Group u għamel żmien
jaħdem f’Malta mal-Corinthian Group of Companies qalilna
li jittrejnja bi sħiħ tant li jiġri fuq bażi regulari
madwar 70 km, fuq ir-rota 450 km u jgħum madwar 12 km
fil- ġimgħa. Dan l-atleta għandu wkoll l- appoġġ
finanzjarju tal-Burraneer Wellness Clinic fl-attentati
tiegħu biex jiġbor flus għal karitą.

Charles, missier George qalilna li kien preżenti
flimkien ma’ martu f’Port Macquarie u setgħu jaraw kemm
hija diffiċli din il-kompetizzjoni li fiha jispuntaw
id-dixxiplina, stamina u saħħa ta’ kull kompetitur.
Il-kompetizzjoni bdiet fis-6.30 am bil-għawma, imbagħad
dritt għal fuq ir-rota u fl-aħħar ġirja sħiħa.
Kien hemm madwar 2,000 voluntier biex jassistu għal din
il-kompetizzjoni u l-belt ta’ Port Macquaire
(popolazzjoni ta’ 35,000) jiġbed lejha madwar 10,000
viżitatur għal dan l-avveniment. |
|
 |
|
George Mifsud |
| |
|
Meta George
Mifsud kien jaħdem f’Malta fl-2003/04 kien ħa
sehem ukoll f’tiġrijiet simili. Fil-lista ta’
kompetituri f’Port Macquarie kien hemm ukoll Joe
ta’ 54 sena u Luke Dimech ta’ 34 sena minn
Greystanes NSW. |
|