|
|
| |
 |
|
Il-Maltese
Association of Western Australia jiċċelebraw
Irish Night f’jum St Patrick |
| |
|
Nieħu
gost nirċievi The Maltese Bulletin li
joħorġu The Maltese Association of
Western Australia Inc. Tassew ta’
interess li jżomm mhux biss il-membri
infurmati b’dak li jkun qiegħed isir
iżda lil dawk f’naħat oħra fl-Awstralja
biex dejjem tinżamm dik l-għaqda fostna.
Għadna ħafna għaqdiet fl- Awstralja li
ftit nafu x’qed jagħmlu għax minħabba
raġuni jew oħra ma jinvestux f’mod
effettivi biex iżommu lil membri tagħhom
infurmati.
F’din l-aħħar edizzjoni
(Frar/Marzu) kien hemm appell biex ikun
hemm iktar interess fl-elezzjoni
għall-kumitat li għandha ssir
fl-20 ta’ Mejju. Jidher li
l- |
|
għaqdiet kollha Maltin fl-Awstralja
qegħdin isofru minn nuqqas ta’ membri
minħabba li l-ġenerazzjoni li twieldet
hawn mhux qegħdin jifhmu kemm hi
importanti li dawk li bnew missierithom
speċjalment ċentri bħal ma għandhom
f’Western Australia jkomplu jiffunzjonaw
għall-ħafna snin oħra.
Il-kumitat taħt il-Presidenza ta’ Alf
Wettinger ħabbru wkoll li kellhom laqgħa
mal-Maltese Professional & Business
Association f’dak l-iStat biex ikunu
jistgħu jaħdmu iktar viċin ta’ xulxin.
Qablu li flimkien se jorganizzaw Maltese
Culture Day. Fl-istadju prewkarju li
tinsab fih
il-komunitą Maltija
hemm |
|
|
|
Patrick’s (ara
ritratt). Żewġ membri prominenti ta’
din l-għaqda dan l-aħħar marru Melbourne u żaru ċ-Ċentru
Malti ta’ Parkville. F’dan ir-ritratt jidhru Tony Zammit
(xellug) u John Enriquez quddiem il-monument li hemm
fid-daħla taċ-Ċentru.
Kien ta’ pjaċir ukoll meta ġie mħabbar li Lotterywest
qegħdin mill-ġdid jassistu finanzjarjament lil Maltese
Australian Association of Western Australia b’għotja ta’
$5,000 biex tiġi rranġata l- kamra tal-kumitat fejn se
jinbnew built-in cupboards u tiġi wkoll mixtrija mejda
tonda u siġġijiet. Fis-snin 2002 u 2005 il- kumitat kien
irċieva għotjiet oħra mill- Lotterywest biex ikompli
jtejjeb il- faċilitajiet taċ-Ċentru Malti. Il-kumitat
irringrazzja lil Judy R. Pavia (ara ritratt) tax-xogħol
li għamlet biex ġew akkwistati dawn l-għotjiet.
Il-Gvernijiet kemm Statali u kemm Federali għandhom
diversi għotjiet biex ikunu jistgħu jgħinu lill-għaqdiet
Maltin u dnub li mhux qed napprofittaw ruħna minn dawn
l-għotjiet b’iktar mod aggressive għall-ġid tal-komunitą
tagħna. |
|
|
|
 |
|
Judy R. Pavia |
|
|
|
bżonn
li għaqdiet bħal MP&BA jinvestu
l-enerġiji tagħhom wkoll fil- komunitą
speċjalment fejn jaraw li hemm
nuqqasijiet biex nies ta’ negozju Maltin
u oħrajn ikunu jistgħu jagħtu ferm iktar
appoġġ pożittiv lill- proġetti li jistgħu
jkomplu jippromovu dak kollu li għandu
egħruq Maltin.
Il-Maltese Association of Western Australia
jorgani- zzaw diversi
attivitajiet dan l-aħħar kellhom anke
Irish Night f’Jum
St |
|
| |
 |
|
Tony
Zammit (xellug) u John Enriquez
quddiem il-monument
li hemm fid-daħla taċ-Ċentru. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
F’Melbourne
l-Maltese Historical Association huma attivi ferm u trid
tammirhom għax fost diversi attivitajiet, kull xahar isibu
persuna ta’ nteress biex tippreżenta diskors, ġeneralment fuq
suġġetti li għandhom x’jaqsmu ma’ Malta. Barra dan bdew jagħtu
għotja lil student li jkun kiseb suċċess fil-Victoria
Certificate of Education (VCE) fil-lingwa Maltija. Din il-borża
ta’ studju ġiet imsemmija għal Prof Maurice Cauchi u għalhekk
kien xieraq li Agnes mart il-Professur tippreżenta l-Maurice
Cauchi Award lil Edward Mercieca li l-istudji tiegħu tul is-sena
2006 laħqu livell għoli speċjalment dwar il-Granmastru La
Valette, is-suġġett li għazel fl-eżami orali.
Waqt din iċ-ċerimonja li saret fil-Ċentru Kulturali Malti
f’Sunshine kien hemm preżenti l-Ministru Tonio Borg fejn fakkar
kemm għandna nkunu kburin bil-lingwa tagħna għax Malta hija fost
żewġ pajjiżi biss fil-Mediterran li għandha identitą distinta
tagħha. Frances Bonnici spjegat ir-raġunijiet għax l-Għaqda
Storija Maltija ta’ Melbourne ddeċidiet li tintroduċi din
il-borża ta’ studju kull sena lil student li jispiċċa l-istudju
tiegħu dwar Malta. |
|
|
|
|
|
|
|
|
| |
|
Fis-sala
ta’ St Dominic’s Hostel fil-kumpless tax-xjuħ
f’Blacktown NSW saret il-festa tal-ġublew
tad-deheb tas- soru Pauline Balbi OP. Għal din
l- okażjoni speċjali kien hemm preżenti
s- Superjura Ġeneral tal-Kongregazzjoni Dumnikana,
Sr Carmelita Borg u waħda mill-konsulenti
tagħha, Sr Maryann Cardona. Il-quddiesa speċjali
ġie ċċelebrata mill-Isqof ta’ Parramatta Kevin
Manning u għadd ta’ saċerdoti oħra. Kien hemm
preżenti ukoll l-Onor John Aquilina,
l-Kummissarju Għoli għal Malta fl-Awstralja,
Francis Tabone, membri tal-Board ta’ St
Dominic’s Hostel u oħrajn. Minn Melbourne kien
hemm preżenti Sr Doris Falzon u Sr Bernardette
Raymond minn Rosery House. |
|
|
 |
|
Sr Pauline
Balbi taqsam il-kejk. Mix-xellug jidhru: Sr
Olivia, Sr Giorgina, Sr Pauline,
is-Superjura Carmelita Borg u Sr Doris. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-festa
ta’ l-Għid ġabet magħha il-miġja f’Sydney ta’ Peter
Bartolo mir-Rabat ta’ Malta, l-eks-assistant editur ta’
l- orizzont, ġurnal ta’ kuljum f’Malta u martu Mary.
Peter u martu issa ilhom l-Awstralja mas-sitt xhur u
żaru ħafna postijiet fosthom il-bliet ta’ Brisbane, fejn
għandhom t-tifla tagħhom residenti hemm u tgħallem
fl-Universitą ta’ dik il-belt, Melbourne fejn għandhom
ukoll membri tal-familja u Sydney jew aħjar fl-inħawi
ta’ Wollongong fejn hawn joqgħod George hu Peter.
Ftit ilu, George ġie mogħti unur mill-iStat ta’ NSW
bħala rikonoxximent għax-xogħol siewi li għamel fost
il-Maltin tan-naħat ta’ Illawarra. Persuna li ddedikat
ħajtu biex jgħin lill-ħutu Maltin. Dan l-unur li ġie
mogħti lil George Bartolo f’ċerimonja uffiċjali fit-Town
Hall tal-belt ta’ Sydney kien bla dubju l-qofol ta’
karriera tiegħu.
Kemm ilu fl-Awstralja, Peter Bartolo, bħala ġurnalist
ħabrieki żamm ukoll il-qarrejja ta’ l-orizzont f’Malta
aġġornati bil-kitba deskrittiva tiegħu mill-bliet ta’
Sydney, Melbourne u Brisbane. |
|
 |
|
Lawrence
Dimech ma' Peter u Mary Bartolo |
|
|
|
Din kienet
it-tieni żjara tiegħu fl-Awstralja u issa li
huwa rtirat żgur li mhux se tkun l-aħħar waħda. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|