|
Strateġija
innovattiva għall-iskola tal-Malti |
|
| |
|
L-iskola
tal-Malti ta’ NSW dejjem kellha nuqqas ta’ għalliema
kkwalifikati u għalhekk ħasbu biex jifformolaw kampanja
bi strateġija ġdida biex jattiraw għalliema tal-Malti
speċjalment minn fost dawn li għadhom kemm waslu
fl-Awstralja. Dan l-aħħar qegħdin jaslu għadd mhux ħażin
ta’ Maltin li ħafna minnhom huma mħarrġa f’livell
terzjarju u ta kwalifika. Għalkemm mhux neċessarjament
fit-tagħlim tal-Malti iżda ma hemmx dubju li dawn
l-emigranti ġodda jistgħu jagħtu skoss ‘l quddiem
lill-iskola tal-Malti għax huma ta’ professjoni.

Din l-istrateġija kienet immexxija minn Rhonda Balzan,
is-segretarja ta’ l-iskola u ħabrieka ħafna għat-tagħlim
tal-Malti għalkemm hi stess imwielda l-Awstralja.
Skond ma qaluli kien hemm 11-il applikazzjoni
għad-diversi avviżi li saru. Saret laqgħa speċjali għal
dawn l- aspiranti ġodda fejn kellhom l-opport- unitą li
jiltaqgħu mad-diriġenti ta’ l-iskola u anke ma’
għalliema kurrenti.

Il-ħtieġa li jinfetħu klassijiet oħra fl-inħawi ta’
Nepean, Wollongong, Richmond u fil- qalba tal-belt ta’
Sydney ġew diskussi. Il-prinċipal ta’ l-iskola Jane Borg
(li bħal issa tinsab Għawdex fi btala) spjegat
l- istruttura tal-klassijiet skond id-direzzjoni ta’ NSW
Board of Studies.
Din il-laqgħa speċjali wriet li hemm enerġija ġdida għat-tagħlim
tal-Malti li qed jinxtered fuq ħafna ġenerazzjonijiet u
joħloq interess qawwi. L-aħħar żjara speċjali li għamel
il-Ministru Tonio Borg fejn ġab miegħu għadd ta’ kotba
għat- tagħlim tal-Malti li għadhom ħarġu f’Malta ta’
spinta wkoll għax jidher li l- Gvern ta’ Malta wkoll
fl-aħħar qed jinduna bl-isforzi li qegħdin isiru
fl- Awstralja.

Skond Rhonda Balzan qed isiru preparamenti biex isir
Konferenza Nazzjonali fit-30 ta’ Settembru fil-belt ta’
Canberra għal dawk interessati fit- |
|
 |
|
Uħud minn dawk
li attendew laqgħa speċjali ta' l-Iskola tal-Malti. |
 |
|
Uħud minn dawk
li attendew biex jitħajru jgħallmu l-Malti f'NSW. |
 |
|
Għalliema u
oħrajn li jridu jgħinu l-iskola tal-Malti f'NSW. |
 |
|
tagħlim tal-Malti. Fl-istess ġranet
f’Canberra se jkun hemm konferenza ta’
l-Australian Federation of Community
Languages. Dan l-aħħar ukoll il-Kunsill
Malti ta’ NSW irregala ċertifikati ta’
ringrazzjament għall-istudenti li ġabu
l- HSC fil-Malti fl-aħħar tas-sena 2006. |
|
Dawn kienu Rosemary Hadarin, Sarah
Barbara u Mary Goding. Iċ-ċertifikati
ġew mgħotija mill-Ministru Borg meta żar
l-iskola tal-Malti f’Seven Hills NSW.
Ingħata ċertifikat ukoll lil John Borg
li għamel ħafna snin ċermen ta’ l-iskola
tal-Malti. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
| |
|
Il-festa
ta’ Don Bosco ġiet iċċelebrata f’Sydney ukoll
b’quddiesa u purċissjoni organizzata mill-Għaqda
tat-Tfal ta’ Dari ta’ dan il-qaddis li huma
attivi sewwa fil-qasam ta’ ġbir ta’ flus
għal-karitą fl-Awstralja.
Iċ-ċelebrazzjoni saret fil-knisja tant għal qalb
il-Maltin li hemm fis-subborg ta’ Horsley Park
għad-unur tal-Vitorja. Fr Carmelo Sciberras, Fr
J. Briffa u Fr Claude Borg ħadu sehem.
Wara l-quddiesa kien hemm purċissjoni bl-istatwa
ta’ San Bosco, tkantaw innijiet u ġie rreċitat
lużarju. Wara kulħadd mar fis-sala antika tal-knisja
fejn kien hemm riċeviment. Il- President ta’
l-Għaqda Don Bosco, Joseph Fabri rringrazzja lil
dawk kollha li attendew għal din il-festa
annwali tal-padrun. |
|
|
 |
|
L-istatwa ta'
Don Bosco fil-festa tiegħu f'Horsley Park NSW. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Unur
ieħor għal Alfred Fenech |
|
|
|
 |
|
Alfred Fenech |
|
|
Alfred
Fenech, wieħed mill-veteran tal-komunitą Maltija f’NSW
kompla jiġi mogħti għarfien għax-xogħol tiegħu fost
il-komunitą ġenerali meta waqt il-laqgħa ġenerali
annwali tal-Beethoven Society of Australia li saret
f’Sydney hu ġie onorat bħala membru għal għomru b’vot
unanimu.
Il-Beethoven Society għandha kor magħruf sewwa li jkanta
f’ħafna attivitajiet kbar f’NSW bħall-Opera House u Town
Hall. Il-kor ħa fama internazzjonali u kanta f’ħafna
bliet kapitali ta’ l-Ewropa kif ukoll fiċ-Ċina u
l-Ġappun. Alfred Fenech serva bħala President, Viċi
President u membru tal-Kumitat għal ħafna snin u
organizza żjarat għal dan il-kor f’Malta fejn kantaw
fil-Teatru Manoel, fiċ-Ċina u l-Ġappun. Kien Alfred
Fenech li ressaq lejn is-Soċjetą lil Hon John Aquilina
MP li wara ħatruh Patrun u kien responsabbli wkoll li
jagħmlu użu għat-taħriġ tagħhom fis-sala tad-Dipartiment
ta’ l-Edukazzjoni.
Alfred Fenech huwa wkoll ‘life member’ tal-Kunsill Malti
ta’ NSW, ‘foundation’ u ‘life member’ tal-Australian-Maltese
Chamber of Commerce, tal-Maltese Past Pupils of Don
Bosco u ‘life member’ ta’ l-Addison Road Community
Centre’. Huwa wkoll ġie onorat bil-OAM (Order of
Australia Medal), l-ewwel wieħed mill-Kommunitą Maltija f’NSW li rċieva unur taħt l-Australian Awards. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Jimmy
Magro, il-President tal-Fergħa Maltija ta’ l-RSL, ġie
mogħti ċertifikat ta’ kommendazzjoni mill-Gvern Statali
ta’ NSW għall-ħidma tiegħu fil-komunitą Maltija ta’ NSW
speċjalment fost l-ex-servicemen Maltin.
Jimmy huwa membru fundatur tal-fergħa, Maltese RSL Sub
Branch, li ġiet iffurmata f’Awissu tal-1960. Minn dak iż-żmien
‘l hawn dejjem ħadem għall-ġid tal-membri u Maltin oħra
li kellhom il-bżonn l-għajnuna tiegħu u tal-fergħa.
Anki issa f’etą avvanzata meta saħħtu ma tantx għada
tajba, għadu jieħu ħsieb din il-fergħa u ma sħabu
jirsisti biex il-Maltin jieħdu sehem fit-tifkira ta’
l-ANZAC Day.
Jimmy Magro ġie nnominat għal dan l-għarfien
mill-Maltese Welfare (NSW) Inc fuq talba mill-Kunsill
Malti ta’ NSW.
Iċ-ċertifikat ħareġ mill-Community Relations Commission
(CRC ) b’kitba ‘Certificate of High Commendation in
Recognition of Outstanding Contribution to the Community
of New South Wales’. Iċ-ċertifikat huwa ffirmat
mill-Premier Morris Iemma u ċ-ċerman tas-CRC, Stepan
Kerkyasharian.
Jimmy Magro kien mistieden biex jirċievi ċ-ċertifikat
fill- Parlament House iżda ma kienx f’saħħtu biżżejjed
biex jattendi.
Nifirħu sinċerament lil Jimmy Magro wieħed mill-veterani
tal-komunitą Maltija għal dan l-unur. Fis-sena-2004 kien
ġiet mogħti wkoll Il-Quiet Achiever Award mill- Maltese
Welfare (NSW). |
|
 |
|
Jimmy Magro |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-purċissjoni
tal-Ġimgħa l-Kbira li ssir kull sena fil-knisja ta’ Horsley Park
f’NSW ġiet imħassra fl-aħħar mumenti meta bdiet nieżla x-xita.
Mijiet ta’ Maltin li kull sena jmorru għal din il-purċissjoni
anke minn Stati oħra ħarġu diżappuntati iżda wisq iktar kienu
l-organizzaturi li tant jaħdmu biex jippreżentaw din
id-dimostrazzjoni tal-Fidi li tant saret popolari mhux biss
mal-Maltin iżda mal-komunitą ġenerali. Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’
ġewwa l-knisja saru xorta u kien hemm għalihom knisja ppakkjata.
Dawk li marru setgħu japprezzaw it-tmien vari li juru l-ħajja u
l-mewt ta’ Ġesł li kienu esibiti fil-knisja lesti biex jagħmlu
d-dawra annwali tas-soltu.
Fis-subborg ta’ St Albans f’Melbourne fejn il-Maltin ukoll huma
nkarigati mill-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira qaluli li kellhom
temp sabiħ u il-purċissjoni ħarġet u reġgħet kien suċċess b’eluf
ta’ nies jaraw din il-pageant annwali li tant għandha eruq fil-
kultura reliġjuża ta’ Malta. |
|
|
|
|
|
|
|
|