|
|
|
|
|
Festa tal-Bambina |
| |
|
Il-festa
tal-Bambina li tigi ccelebrata fis-subborg ta’
Greystanes, forsi xi ftit tard mis-soltu, ilha ssir
ghal 40 sena shah. Din il-sena il-kumitat tal-festa
habrek hafna biex ifakkar dan l-anniversarju. Izda
jekk kollox kien ippreparat it-temp webbes rasu u
f’jum il-festa ghamlet hafna xita tant li l-festi
ta’ barra gew imhassra.
Is-Sibt ssir quddiesa generali tas-soltu li ssir
fil-knisa ta’ Our Lady Queen of Peace izda minhabba
l-festa kien hemm xi kant bil-Malti minn Frank
Zammit u Mary Calleja. Il-quddiesa kienet
iccelebrata mill-Isqof Kevin Manning flimkien
mal-kappillan Fr Gerry Iverson u Fr Dennis Andrew.
Wara harget b’purcissjoni l-istatwa tal-Bambina
fil-bitha kbira ta’ bejn il-knisja u l-iskola.
Sintendi l-quddiesa tal-Hadd iccelebrata minn Fr
Carmelo Sciberras u l-panegeriku dwar Maria Bambina
saru wkoll.
Il-President tal-festa, Joe Spiteri
habbar li l-festi ta’ barra
li kellhom isiru l-Hadd gew imhassra
minhabba x-xita kontinwa li nizlet matul il-jum.
Kien dizappuntament kbir ghax din
il-festa ilha ghal dawn l-ahhar 40 sena
tattira eluf ta’ Maltin lejn is-subborg ta’ Pendle
Hill (Greystanes) u hija bla dubju l-ikbar festa
tal-Maltin f’NSW. |
|
|
 |
 |
|
L-istatwa tal-Bambina |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Mewt b’incidnet tat-traffiku |
|
|
|
|
|
 |
|
Il-familja Vella
fil-post tragiku |
 |
|
Vella li
jahdem ta’ mekkanik meta l-karrozza tieghu
Ford Laser dahlet f’pilastru wara li giet
milquta minn ohra li naqset li tieqaf fi
stop sign.
Rita Vella, omm il-mejjet qalet, wara li
kienet qed tpoggi l-fjuri fil-post tragiku
“kemm iridu jaraw iktar imwiet qabel jaghmlu
xi haga.” Rita u Charles, il-geneturi ta’
Paul huma mill-Imgarr ta’ Malta
u ilhom
l-Awstralja
mill- |
|
hamsinijiet. Iz-zwieg taghhom sar f’ Sydney.
Paul Vella ta’ 25 sena li kien joqghod
fis-subborg ta’ Cranebrook kien fi triqtu
biex jigbor it-trakk tax-xoghol tieghu. Huwa
kien ghadu kemm izzewweg lil Veronica
(il-geneturi taghha mill-Mellieha) sitt xhur
ilu. Il-funeral sar fil-knisja tal-Holy
Family Luddenham NSW. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Minn Melbourne ghal Sydney |
|
|
|
Group
ta' madwar 40 persuna membri tas-socjeta ta’ Don Bosco
ivvjaggaw minn Melbourne ghal Sydney bil-coach u damu f’din
il-belt ghal hafna jiem waqt li f’Melbourne kien hemm
il-festa tradizzjonali tal-Melbourne Cup. Hekk kif waslu
f’Sydney gew moghtija merhba mill-President Joseph Fabri ta’
l-Ghaqda tal-Past Pupils ta’ Sydney. Huma kellhom quddiesa
specjali f’Dar Mons Depiro f'East Sydney fejn iltaqghu ma’
Fr Tarcisio Micallef MSSP. Wara kellhom reunion u ikla
mal-membri ta’ Sydney fil-Marconi Club. Wara kulhadd mar
fic-Centru ta' Don Bosco li hemm fis-subborg ta' St Mary's
fejn gew murija l-facilitajiet kollha li hemm f’dan ic-
centru ferm impressjonanti. Gew murija wkoll film fuq
il-hajja tal-qaddis patrun. |
|
 |
|
F’dan ir-ritratt
jidher il-grupp minn Melbourne ma’ Fr Micallef
f’Depiro House. Quddiem bl-ingravata jidher Joseph
Fabri, il-President tal-PPDB ta’ Sydney. |
| |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Gerrej ta’ nisel Malti |
| |
|
La
semmejna l-Melbourne Cup ta’ min ifakkar li l-gerrej
maghruf minn Melbourne Darren Gauci li hu ta’ nisel
Malti gie it-tieni fil-Melbourne Cup 2005 fuq
iz-ziemel On A Jeune (15). Sintendi iz-ziemel
rebbieh kien Makybe Diva li kiseb record fenominali
billi rebah din it-tigrija famuza tlett darbiet.
Izda Darren Gauci li ghandu 40 sena, twieled
Melbourne minn geneturi Maltin fl-1965 jista’ jghidu
wkoll li gie t-tieni fil-Melbourne Cup tlett darbiet
ukoll. Fl-1984 fuq Chagemer, 1989 fuq Super Impose u
2005 fuq On A Jeune. Darren li beda l-karriera
tieghu fl-1982 rebah il-Melbourne Jockey
Metropolitan Championship erba darbiet. Huwa saq
zwiemel ukoll f’Hong Kong, Singapore, Gappun u NZ.
Tiskanta kif il-media f’Malta ftit jaghtu importanza
lil dawn l-eroj sportivi Maltin ghal semplici raguni
li forsi mhumiex Ingliz, Taljani jew Germanizi izda
ta’ dixxendenza Maltija. Ftit nista’ nifhimhom!! |
| |
|
|
|
 |
 |
|
Darren Gauci |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Isibu post ghalihom |
|
|
|
Wara
ghaxar snin, l-Assocjazzjoni Maltija ta’ Hobsons Bay sabet
post fejn tista’ ssejjahlu taghha. Il-facilita’ li sabu
kienet post abbandunat mimli asbestos li kien is-sala ta’
l-iScouts li l-Kunsill Lokali kien xtara minn ghand
l-Assocjazzjoni ta’ l-iScouts. Chev Joseph Attard qal li
l-ghaqda tieghu kienet ilha ghal dawn l-ahhar ghaxar snin
tfittex post addattat. L-Altona East Scouts Hall li jinsab
f’RJ Cooper Reserve se jkollu plakka li tghid Maltese
Association Hobsons Bay Neighbourhood Centre.
Skond il-Kunsillier Bill Baarini ntefqet is-somma ta’
$100,000 biex giet irrenovata din is-sala li ma kinitx qed
tigi wzata. Il-Maltin se jaghmlu uzu minn din is-sala
mill-inqas darbtejn fil-gimgha u l-bqija se tkun tista’ tigi
wzata mill-bqija tal-komunita’. Chev Attard qal li
dan ifisser li madwar
600 familja |
|
 |
|
Il-Maltese Association Hobsons Bay
Neighbourhood Centre |
|
|
|
Maltija
se jkollhom post komdu u adekwat meta jibdew
jaghmlu uzu mill-facilitajiet
ta’ dan il-post
iktar tard |
|
f’Novembru. Dan il-grupp Malti kien ilu
jiltaqa’ ghal dawn l-ahhar 20 sena
f’Brooklyn Community Hall. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
 |
 |
|
Charles
F. Micallef |
|
|
|
|
|
|