It-Tnejn, 10 ta' Ottubru, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Vuci Maltija tferrah lid-dinja

 

 Mhux l-ewwel darba li ktibt fuq din il-pagna mill-Awstralja dwar is-soprano ta’ nisel Malti, Amelia Farrugia. Ftit gimghat ilu rgajna kellna l-opportunita’ li nisimghu l-vuci stupenda taghha fl-okazzjoni tal-festa ta’ Maria Bambina li l-komunita’ Maltija ta’ NSW torganizza f’Sydney kull sena fil-Katidral ta’ St Mary’s, ghall-jum storiku tat-8 ta’ Settembru. Kull sena, Amelia Farrugia tkanta l-Ave Maria f’dan il-Katidral u kull sena issahhar bil-vuci taghha li dawk prezenti izda Amelia Farrugia hija soprano ta’ fama internazzjonali li l-karriera taghha haditha tkanta f’hafna bliet kapital fl-Awstralja sa anke Fil-Metropolitan Opera f’New York.
 
Amelia hija bint l-avukat Malti/ Awstraljan Philip u martu Patricia.

Due to web space restrictions this image has been removed
051010_AmeliaFarrugia2.jpg

Amelia Farrugia

 

Tmien snin ilu zzewwget lil Paul Chester li huwa promoter u l-manager taghha. Qaltli li wirtet il-vuci sabieha taghha minn ghand ommha u wirtet ukoll il-kunfidenza fiha nnifisha minn missierha. Hija attendiet zewg skejjel esklussivi kattolici li huma, Santa Sabina u Loreto u spiccat b’bacellerat fil-muzika mill-Konservatorju ta’ Sydney.
 
Jien u habibi, Fred Fenech hdimna hafna biex Amelia Farrugia taqta’ wahda mill-ikbar xewqat taghha, dik jigifieri li tkanta fit-teatru storiku Manoel fil-belt Valletta. Amelia, fil-fatt kantat f’kuncert specjali ghad-unurha fil-Manoel Theatre f’Dicembru 1999. Ghal dan il-kuncertt storiku, kien unur tieghi wkoll li nkun prezenti, flimkien ma’ hafna Maltin-Awstraljani ohra fit-teatru Manoel.
Amelia Farrugia, wahda mill-aqwa coloratura sopranos fl-Awstralja qed tintroduci l-ewwel CD taghha Joie de vivre! li rrekurdjat f’dawn l-ahhar jiem mal-BBC Symphony Orchestra taht id-direzzjoni ta’ l-Awstraljan Alexander Briger, li fl-eta ta’ 36 sena hu l-izghar kundittur Awstraljan li qatt mexxa r-Royal Opera House f’Covent Garden, Londra.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
051010_AmeliaFarrugia.jpg

Ic-CD ta' Amelia Farrugia

L-ghazla f’din ic-CD tehodna dawra ma’ l-aqwa u l-iktar arias espressivi mimlija b’passjoni u eccitament mill-La Bohem, Romeo & Juliette, Faust. Di Fledermaous u waltzes famuzi ta’ Strauss bhal Tales from the Vienna Woods u Voice of Spring. Ninsab cert li hafna Maltin li jghixu madwar id-dinja jkunu jridu jisimghu l-lehen eccezzjonali ta’ mara Maltija li serqet qalb in-nazzjon Awstraljan. Iktar taghrif dwar dan ic-CD li se jigi mferrex mad-dinja minn Decca u Universal Music jinkiseb minn www.ameliafarrugia.com jew email: mmroom@bigpond.net.au

 
 Helsitha mill-mewt
 

 L-Awstralja twahhxet bil-massakru li sar f’Port Arthur, Tasmania f’April 1996 meta Martin Brayant dahal fil-Blue Arrow Café u bla ebda hniena fetah in-nar fuq min kien hemm u qatel 35 pesuna. Izda min jaf li ftit minuti biss qabel din it-tragedja, is-soprano Amelia Farrugia flimkien mal-hbieb taghha kienu qed jieklu f’dan il-Café’. Kienet tragedja li kellha effett profound fuq din il-kantanta.
 
Ftit wara dan il-massakru ta’ Port Philip, f’intervista mal-Catholic Weekly, Amelia Farrugia qalet li irrejalizzat kemm il-hajja hija prezzjuza izda delikata. Indunat wkoll kemm kienet privileggjata u kemm il-bniedem jinsab f’din id-dinja ghal ftit zmien biss u ghalhekk irridu naghmlu dak li nistghu mill-hajja taghna. “Sirt iktar determinata li naqsam mir-rigali li tani Alla”
 
Ma hemmx dubju li wiehed mir-rigali li rceviet din il-kantanta ta’ nisel Malti hija l-vuci versitili taghha.

 
 
 Il-Vitorja f’Melbourne
 

 Ir-Reskeon Maltese Association jiccelebra l-festa tal-Vitorja, l-ewwel b’quddiesa fic-Centru Malti ta’ Parkville. Wara l-quddiesa kien hemm kuncert mill-banda St Albans Melita Band. L-istess Ghaqda, din id-darba ghan-nom tal-MSSP organizzat ukoll il-festa fil-knisja ta’ St Mary Star of the Sea f’West Melbourne. Dis-sena minhabba x-xita l-purcissjoni saret gewwa l-knisja. Attendew iz-zewg baned Maltin u wara taw kuncert fic-centru ta’ Parkville. Reskeon wkoll kellhom ballu tal-festa fil-Greenville Reception. Ix-Xaghra Association fakkru l-festa ta’ Maria Bambina fic-Centru Kulturali Malti ta’ Albion.

 
 
 Prosit Green Gully
 

 It-tim tal-futball tal-Maltin ta’ Victoria, il-Green Gully Cavaliers rebhu kemm il-Victorian Premier League Grand Final u anke spiccaw l-ewwel fil-klassifika. Dan ghamluh meta dan l-istagun kienu qeghdin jiccelebraw l-50 sena mit-twaqqif taghhom bhala tim tal-futball. F’dawn l-ahhar seba’ staguni rebhu erba’ unur, record impressjonanti ferm.
 
Fil-Grand Final, Green Gully ghelbu lil Heidelberg Utd 2-1 f’Olympic Park. Brandon Vassallo, it-tifel tal-legendarju Willie Vassallo skorja l-ewwel goal u rebah il-midalja bhala l-ahjar player tal-loghba. Roger Vargas wiehed mill-players tal-Green Gully rebah il-Bill Fleming Medal, unur li jpoggih bhala l-ahjar player ta’ l-istat ta’ Victoria.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
051010_GreenGully.jpg

It-tim ta' Green Gully ta' Melbourne fir-rebh tal-Grand Final.

 
 
 
 
 
 Malta Indipendenti
 

 Fil-belt ta’ Melbourne giet iccellebrata Malta Independence Day taht il-patrocinju tal-Premier ta’ Victoria Steve Bracks MP. Sar riceviment f’Sir Edmond Barry Rooms f’Collins Street Melbourne fejn skond rapport li akkwistajt minn din il-belt kien hemm prezenti numru kbir ta’ persuni jirrapprezentaw l-ghaqdiet Maltin u sintendi s-solitu ohrajn li dejjem jidhru f’dawk l-okazzjonijiet. Malta akkwistat l-Indipendenza 41 sena ilu.
 
Dan il-festin kien ippresidut minn George Lakakis tal-Multicultural Commission ta’ Victoria. Kien hemm prezenti l-Kummissarju Gholi, Dr I. Fsadni, il-Konslu Generali, Dr C. Zammit u z-zewg Konsli Onorarji f’dan l-iStat, Mario Sammut u l-avukat Victor Borg. Attendew ukoll ghadd ta’ kunsillieri minn Morwell City Council u George Seitz MP, Membru Statali.
 
Fid-diskors ta’ l-okazzjoni, Premier Steve Bracks fakkar il-kontribuzzjoni enormi li hallew warajhom il-Maltin minn kemm ilhom li bdew gejjin lejn Melbourne mill-1947. Huwa semma wkoll l-ghotja tal-George Cross u grajjiet ohra mill-istorja ta’ Malta.
 
Tkellem  ukoll   Dr Fsadni  izda  fl-ahhar

 

Due to web space restrictions this image has been removed
051010_IndDay.jpg

Il-Premier Steve Bracks ma' Lewis Stafrace f'Jum l-Indipendenza f'Melbourne

 

tkellem il-Konslu Generali, Dr C. Zammit fejn ta’ hafna dettalji dwar l-istorja ta’ Malta.
 
Skond Lewis Stafrace, wiehed mill-mexxejja popolari tal-komunita f’Victoria din kienet l-ewwel darba li Jum  l-Indepenenza  gie  ccellebrat  taht

 

il-patrocinju tal-Premier ta’ Victoria. Dwar dan ir-riceviment dehru xi ittri lill-editur fil-Maltese Herald jistaqsu jekk il-Premier ta’ Victoria qalulux wkoll li Malta ghandha erba’ festi ohra nazzjonali u jekk hemmx xi hsieb li l-hames festi jigu mghotija l-istess importanza.

 
 
 Gharusija
 

 Fi stqarrija ufficjali li harget mill-ufficcju ta’ l-iSpeaker ta’ l-Assemblea Legislattiva ta’ NSW intqal li l-Onor John Aquilina habbar l-gharusija tieghu ma’ Ann Elizabeth Moran minn Kellyville NSW li tahdem bhala fotografista. Hemm pjanijiet li l-koppja se jizzewwegu f’nofs is-sena 2006. L-gharusija giet mbierka mill-kappillan tal-knisja ta’ St Patrick’s fi Blacktown waqt ikla familjari li saret fil-25 ta’ Settembru 2005.

John Aquilina, ilu membru tal-Parlament ta’ NSW ghal 24 sena shah u serva bhala Ministru ta’ l-Edukazzjoni u Tahrig ghal iktar minn sitt snin kif ukoll serva f’ghadd ta’ Ministeri ohra.

F’Settembru 2005 iccellebra wkoll 28 sena minn meta gie elett ghall-ewwel darba bhala Mayor tal-belt ta’ Blacktown NSW.

John Aquilina huwa armel. Il-mara tieghu, Anne nee Sutcliffe mietet fid-29 ta'    Gunju   2003    ta'   46   sena.   Huma

 

Due to web space restrictions this image has been removed
051010_John&Ann.jpg

John Aquilina u Ann Moran.

 

zzewwgu f’Dicembru 1977 u ghandhom tlett   itfal   Bede,     Jeremy  u  Bridget   li

 

skond l-istqarrija huma kuntenti hafna bil-ghazla li ghamel missierhom..

 
 
 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2005 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.