|
Il-ligi
tac-cittadinanza waslet biex tinbidel |
|
|
|
Fl-okazzjoni
tal-hames Australian National Citizenship Day, il-Ministru
l-gdid ghac-Cittadinanza u l-Multikulturalizmu ta’
l-Awstralja, l-Onor John Cobb MP li ghadu kemm gie mahtur
f’din il-posizzjoni Federali f’Lulju ta’ din is-sena kellu
l-opportunita’ li jkellem lin-National Press Club fil-belt
kapitali ta’ Canberra. Huwa beda biex qal li ghal madwar 95%
ta’ l-Awstraljani l-istorja ta’ dan il-kontinent tmur lura
biss ghal 207 sena jew seba’ generazzjonijiet.
Huwa qal ukoll ukoll li 43% tar-residenti fl-Awstralja
twieldu f’pajjiz iehor jew ghandhom mill-inqas wiehed jew
wahda mill-geneturi mwielda mhux fl-Awstralja. Huwa mbaghad
kompla jghid li c-cittadinanza tipprovdi sens ta’ sigurta u
hija wkoll rabta formali ma’ dan in-nazzjon.
Il-Ministru Cobb fakkarna li ahna qed nghixu f’komunita’
globali fejn zdidet hafna l-mobilita’ madwar id-dinja. Barra
mill-Awstralja hemm jahdmu u jghixu madwar 900,000
Awstraljan. Qal li l-Awstralja dis-sena se taccetta madwar
120,000 immigrant primarjament nies tas-sengha u
fil-kategorija ta’ rijunjoni tal-familja kif ukoll madwar
13,000 refugjat. |
|
|
Il-Ministru
habbar ukoll li fi zmien qasir se jipprezenta
fil-Parlament, Australian Citizenship Act, att gdid
li jwiegeb ghall-isfidi li jgib mieghu ambjent
globali. Dan it-tibdil jinkludi
 |
|
1. |
Ghotja
lura lil dawk li kienu Awstraljani basta
ghandhom kondotta tajba.
 |
|
2. |
Access
lit-tfal imwielda wara li l-geneturi taghhom
tilfu c-cittadinanza meta saru cittadini ta’
pajjiz iehor,
 |
|
3. |
Titnehha
l-limitu ta’ l-eta’ ghar-registrazzjoni
tac-cittadinanza b’dixxendenza.
 |
|
4. |
Zjieda
minn sentejn ghall-tlett snin bhala
residenza mehtiega biex tikkwalifika
ghac-cittadinanza.
 |
|
5. |
Residenza temporanja, f’certu cirkostanzi
tghodd bhala residenza.
 |
|
6. |
Ragel/mara ta’ cittadin Awstraljan irid
ikollu/jkollha l-istess kwalifikazzjonijiet
ta’ residenza bhal dawk ta’ kull adult. |
|
|

Dan it-tibdil se jolqot direttament lil madwar
elfejn Malti li kienu tilfu c-cittadinanza
Awstraljana biex akkwistaw dik Maltija meta dawn gew
lura lejn Malta qabel ma nbidlet il-ligi
tac-cittadinanza Maltija.

Hawn ta’ min ifahhar lis-Southern Cross Group li ghal dawn l-ahhar snin |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
051003_CobbJohnMP.jpg |
|
|
John Cobb MP |
 |
|
ikkordinaw
kampanja professjonali biex isehh dan it-tibdil.
Ghandna ghax tassew inkunu grati ghan-Norman
Bonello, ir-rapprezentant taghhom f’Malta u lil John
MacGregor, il-Ko-ordinatur fl-Awstralja u bintu Anne
fil-belt ta’ Brussell.

Jien ili niehu parti f’kampanji bhal dawn izda qatt
ma kont parti attiva ma’ grupp iktar determinat u
professjonali daqs is-Southern Cross Group.
Nirringrazzjhom sincerament ghan-nom tal-Maltin
kollha anke jekk m’humiex grupp Malti. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Meta se taddi l-ligi? |
|
|
|
F’Lulju
2004, il-Ministru Federali Hardgraves kien originalment
habbar li se jipprezenta dan il-bdil fic-Citizenship Act
izda minhabba haga jew ohra sal-lum u t-tibdil ma twettaqx.
Meta kien hawn fl-Awstralja il-Kummissarju Ghal Awstralja
f’Malta, Richard Palk qal pubblikament li x’aktarx li dan
it-tibdil isehh u jigi mhabbar ufficjalment sas-26 ta’
Jannar 2006, jigifieri f’Jum l-Awstralja izda issa qieghed
jinghad li dan jista’ jsehh iktar kmieni meta l-Prim
Ministru ta’ l-Awstralja, John W Howard ikun Malta
f’Novembru ghac-CHOGM, il-laqgha tal-Kapijiet Membri
tal-Commonwealth.
Smajt minn sorsi f’Canberra li waqt li se jkun Malta John
Howard il-PM Awstraljan se jistieden ufficjalment lil Dr
Lawrence Gonzi biex izur l-Awstralja ufficjalment kmieni
fis-sena 2006 u din iz-zjara tista’ tkun parti miz-zjara li
kien qieghed jipprepara ghal Frar 2006 Dr Michael Frendo,
il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ Malta. |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
051003_Palk&Lawrence.jpg |
|
|
Richard Palk u
Lawrence Dimech |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
F’taqtiegha ma’ ggant |
|
|
|
Familja
ta’ nisel Malti, ta’ tlett generazzjonijiet dahlu f’battalja
gganteska ma’ wahda mill-ikbar kumpaniji globali fid-dinja.
Victor u Jane Azzopardi u binhom Michael ta’ 14-il sena li
joqghodu fic-Central Coast dehru quddiem il-Land &
Environment Court biex jopponu espanzjoni ta’ impjant
mill-kumpanija Coca Cola Amatil.
Il-familja Azzopardi huma mhassba li din il-kumpanija
gganteska ghandha hsieb li ttitripilika l-produzzjoni tal-water
bottling
biswit il-propjeta taghhom f’Peats Ridge u b’hekk
tohonqilhom il-hajja ideali rurali taghhom. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
051003_AzzopardiFamily.jpg |
|
|
Il-familja
Azzopardi |
 |
|
Il-kumpanija qed tipproponi li tkabbar
sostanzjalment il-produzzjoni ta’ l-ibbottiljar ta’
ilma naturali minn Peaks Ridge f’operazzjoni li
tespandi ghal 24 siegha minbarra l-Hadd.

It-thassib
tal-komunita' waqa'
fuq |
|
|
spallejn il-familja Azzopardi wara li Gosford City Council
li rrifjutaw il-permessi f’2003 tnehhitilhom il-poter u issa
dan mar ghand id-Dipartiment ta' l-Infrastrattura, Pjanijiet
u Rizorsi Naturali.
Jane ta’ 60 sena u zewgha Victor ta’ 65 sena qalu li qeghdin
jiggieldu ghax il-pjanijiet ta' produzzjoni se jittwalu ghal
24 siegha shah. Waqt li s-sidien immorru lura lejn il-kwiet
ta’ darhom wara l-hin tax-xoghol normali huma jridu
jissoportu ghal 24 siegha shah l-inkonvinjenza tal-hsejjes.
Dan barra li se jkun hemm hsara fl-irrigazzjoni u
fit-thammil ta' l-art li tipproduci hxejjeg u tjur.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Festa ohra f’Melbourne |
|
|
|
Il-habib
tieghi Frank Galea minn Melbourne li huwa l-President ta’ l-Ghaqda
Santa Maria Assunta f’Melbourne qalli kollu kburi li l-Ghaqda tieghu
jiccellebraw il-festa tal-patruna tal-Gzejjer Maltin f’Deer Park
Victoria u bghatilna zewg ritratti ta’ din il-festa. |
 |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
051003_Festa1.jpg |
| |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
051003_Festa2.jpg |
|
|
|
Fir-ritratt
naraw il-Banda Maltija u fl-iehor l-istatwa ta’ Maria Assunta
tingarr trijonfalment fost il-Maltin ta’ Melbourne.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TV bil-Malti |
|
|
|
L-Australian
Multicultural Television (AMTV) permezz ta’
Salvatore Scevola hargu stqqarrija fejn qalu li huma
l-ewwel u l-uniku Television Network fl-Awstralja li
qed jitrassmettu bis-satellita l-Optus B3. l-AM
Group huma ghaqda ta’ gruppi ta’ lingwi differenti
li jitrassmettu programmi b’madwar 20 lingwa
differenti fl-istudios li ghandhom fil-belt ta’
Liverpool.

Ic-CEO Scevola qal li qed jaghmlu uzu
mill-fibre-optic cable infrastructure li thallihom
jittrasmettu live u huma l-ewwel stazzjon tat-TV li
jittrasmetti peremezz ta’ din l-innovazzjoni.

Skond The Maltese Herald ma’ dan il-grupp hemm
Maltese Broadcasting Network (MBN) li issa qed
jittrassmetti bil-lingwa Maltija regularment wara
stennija ta’ xi xhur fejn gew irrangati xi
diffikultajiet teknici li nqalghu. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Midalja ghal Dr Barry York |
|
|
|
Ma
nkunx qed nizbalja jekk nikteb li hadd daqs Dr Barry York ma
rricerka l-istorja ta’ l-immigrazzjoni Maltija fl-Awstralja.

Wara li f’Gunju, f’gheluq zmien ir-Regina gie mhabbar li dan
ir-ricerkatur u kittieb ta’ l-istorja li joqghod fil-belt
kapitali ta’ Canberra kien gie onorat bil-OAM.

Ftit gimghat ilu l-Gvernatur Generali ta’ l-Awstralja
Michael Jeffery ipprezentalu din il-midalja tant prestigjuza
f’investitura li saret fil-palazz tal-Gvernatur Generali
f’Canberra.
F’dan ir-ritratt naraw mix-xellug lil Dr Barry York,
liz-zewgt itfal tieghu Hannah u Jeffery flimkien ma’ Joan
Garvan-York u Loreto York (missier Dr York) flimkien
mal-Gvernatur Generali ta’ l-Awstralja. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
051003_BarryYork.jpg |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bin-negozju ta’ l-ghamara |
|
|
|
Dejjem
niehu gost meta niltaqa’ ma xi neguzjant Malti li qieghed
jaghmel success. Meta kont Melbourne irnexxili niltaqa’ma’
John Deguara li ghandu n-negozju tieghu, Country Alternative
Furniture f’Ballarat Road Sunshine fejn ghandu kwalita’
kbira ta’ ghamara li kif qallu hu b’servizz tal-country izda
bi prezzijiet tac-city.
John ilu miftuh b’dan il-hanut madwar 18-il xahar u jbiegh
kwalita kbira ta’ ghamara impurtata u mahduma lokalalment.
John ghandu esperjenza ta’ iktar minn 25 sena fil-qasam ta’
l-industrija tal-manifattura u minn dan il-hanut qed
jipprovdi ghamara direwtt mill-fabbrika.
John huwa t-tifel ta’ Gejtu u Mary Deguara u joghqod
Tullamarine, mizzewweg lil Pam u ghandhom zewg itfal, Renea
u Leigh. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
051003_DeguaraJohn.jpg |
|
|
John Deguara |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|