It-Tnejn, 26 ta' Settembru, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 F’Jum il-ghaqda

 

 Bhala ma jsir kull sena, il-Maltin ta’ NSW honqu ghal darba ohra l-katidral majestuz ta’ Santa Maria fil-qalb tal-belt ta’ Sydney biex jiccellebraw u jfakkru l-jum tat-8 ta’ Settembru, wiehed mill-hames festi nazzjonali ta’ Malta. F’dan il-jum niccelebraw ukoll il-festa tat-twelid tal-Vergni Mqaddsa Marija.
 
Dan l-avveniment hu bla dubju dimostrazzjoni qawwija tal-fidi nisranija li karkru maghhom fl-Awstralja dawk li hallew Malta biex ifittxu futur ahjar, fi zmenijiet meta l-haddiem f’pajjizna ftit kellu opportunitajiet ta’xoghol dicenti u l-emigrazzjoni kienet l-uniku alternattiva.
 
Dan l-avveniment fil-Katidral ta’ Sydney, organizzat mis-Socjeta Missjunarja Maltija ta’ San Pawl huwa fuq kollox jum ta’ solidarjeta ghax naraw participazzjoni minn kwazi kull organizazzjoni tal-Maltin u l-madwar elf ruh taht il-hnejja tal-Katidral li joffru sens ta’ ghaqda fi sfond religjuz.
 
Din id-dimostrazzjoni ta’ fidi tibda b’purcissjoni minn naha ghall-ohra ta’ dan il-Katidral fejn il-komunita’ Maltija timxi ma’ l-istatwa tal-Bambina. Is-socjetajiet prezenti kollha jgibu maghhom l-istandardi kuluriti taghhom li bla dubju jzejnu u jpingu atmosfera sinifikanti ta’ ghaqda. Naraw ukoll il-membri ta’ l-ghaqdiet Maltin jimxu wara l-istandardi taghhom bhala rikonoxximent tax-xoghol voluntarju li jwettqu fost il-komunita’ Maltija.

Wara r-ruzarju tul il-purcissjoni bl-istatwa ssir quddiesa kocelebrata minn ghadd ta’ sacerdoti Maltin. Dis-sena c-celebrant principali u l-predikatur kien Fr Emmanuel Gatt ofm conv.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050926_StMaryBambina.jpg

L-istatwa tal-madonna Bambin fuq l-ispallejn fil-Katidral.

 

Izda donnu kienet is-soprana internazzjonali  ta'   nisel   Malti,   Amelia Farrugia li ghat-tieni sena nfila serqet qlub dawk prezenti bir-rendizzjoni eccellenti taghha ta’ l-Ave Maria li kantat wara li spiccat il-quddiesa.

Il-kor ta’ La Valette kien taht id-direzzjoni ta’ Victor Floridia. Dr George Boffa l-kummentatur, bhal kull sena, mexxa l-funzjoni b’solenita’.

Il-figura ta’ Malta Rebbieha dis-sena kienet it-tfajla simpatika Stephanie Falzon, studenta fl-Universita ta’ Malta li nzertat f’Sydney bi btala minn Malta izda li trabbiet fis-subborg ta’ Bexley NSW.

Dis-sena      ghall-ewwel     darba     kien

 

hemm    prezenti    wkoll   il-Kummissarju Gholi ghal Malta fl-Awstralja, Dr I. Fsadni. Kien hemm ukoll il-Konslu Generali f’NSW, Joanna Pisani.
 
Tifhir u ringrazzjament lill-MSSP li ta’ kull sena tiehu nkarigu biex fit-tieni Hadd ta’ Settembru tigbor ilkoll taht saqaf wiehed ghal din il-celebrazzjoni u tifkira ta’ poplu mifrux ma’ l-erba’ rjiehat tad-dinja.

Wara c-cerimonja kelli l-opportunita li nkellem lis-soprano Amelia Farrugia u din qaltli li kienet fi triqtha lejn Londra biex tirrekordja l-ewwel CD taghha Joie de Vivre taht id-direzzjoni tal-kunduttur, Alexander Briger u l-BBC Syphony Orchestra.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050926_BambinaFalzon.jpg

Stephanie Falzon, student mill-Universita' ta' Malta li kienet bi btala f'Sydney libsa ta' Malta Rebbieha quddiem l-istatwa ta' Maria Bambina f'Sydney

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050926_Standards.jpg

Jidhru xi standards ta' l-ghaqdiet maltin fil-Katidral ta' Saint Mary's

 
 

 Studenti tal-lingwa Maltija
 ppremjati

 

 The Minister’s Awards for Excellence in Student Achievement tigi organizzata kull sena mill-Community Language Board ta’ NSW u ghaliha sintendi tattendi l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni l-Onor Carmen Tebbut MLC. F’din il-lejla gew moghtija gharfien 261 student li jattendi l-Community Language School li fihom jitghallmu l-lingwi tal-komunita’ barra l-Ingliz. Kif jafu sewwa il-qarreja ta’ din il-pagna ahna l-Maltin ta’ Sydney ninsabu kburin li ghandna l-iskola taghna (Maltese Language School) fejn ghadd ta’ zghazagh jitghallmu l-lingwa kull nhar ta’ Sibt filghodu. L-istudenti mill-iskola Maltija dejjem ikunu prominenti fil-Lejla ta’ l-Awards u dis-sena xejn ma kienet differenti.

Fil-Junior Section Commended Award giet moghtija gharfien Rachael Camilleri waqt li fis-Senior Section Commended Award kien hemm Sylvia Debono u fil-Junior Section Highly Commended Award kien hemm Rebecca Micallef. Dawn l-istudenti kienu kollha mill-campus ta’ Horsley Park NSW.
 
F’dan ir-ritratt tidher Rachael Camilleri libsa bil-kustum tradizzjonali Malti ftit wara li rceviet ic-certifikat.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050926_Camilleri.jpg

 
 
 Premju Kulturali Malti
 

 Ta’ kull sena wkoll l-Ghaqda Kulturali Maltija ta’ NSW taghti l-ghotja tal-Premju Kulturali. Dis-sena ghall-ewwel darba dan il-premju kien that il-patrocinju tal-President ta’ Malta. Dr Eddie Fenech Adami. Dan il-premju gie mniedi ghall-ewwel darba fl-1991 u sa dis-sena gie moghti lil 16-il persuna. Dis-sena l-Premju Kulturali gie moghti lill-bandista, Eric Rizzo li twieled is-Siggiewi fl-1937 u fil-prezent joqghod fil-belt ta’ Blacktown NSW. Huwa emigra lejn l-Awstralja fl-1956 u kien wiehed mill-fundaturi tal-Banda Our Lady Queen of Peace Maltese Band ta’ Greystanes li hija l-unika banda Maltija f’NSW. Eric huwa mizzewweg lil Loretta Buttigieg mill-Qala Ghawdex u ghandhom tlett itfal u 11-il neputijiet ircieva wkoll it-trofew msejjha ghall-eks segretarju ta’ l-ghaqda, illum mejjet, Joe Polidano.

F’din il-lejla li l-Ghaqda Kulturali Maltija ta’ NSW torganizza fil-jum ezatt tat-8 ta’ Settembru gew moghtija wkoll certifikati ta’ inkuraggiment mill-Onor John Aquilina lil dawk li hadu sehem fil-kuncert  varjat  li  sar mill-istess ghaqda

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050926_Rigu.jpg

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050926_Rizzo.jpg

Rigu Bovingdon

 

Eric Rizzo rebbieh Premju Kulturali NSW

     

ftit ilu specjalment lill-hames zghazagh li wrew hafna talent. Dawn iz-zghazagh kienu Jessica Pace, Venessa Borg, Ivan Darmanin, Amanda u Vince Bonnici.
 
Id-diskors komemmorattiv tat-8 ta’ Settembru dis-sena inqara bl-Ingliz u gie   mhejji    mill-kittieb   u  poeta   Malti,

 

Rigu Bovingdon li kien xi ftit differenti mis-soltu ghax sahaq iktar dwar kif dawn l-assedji sawru l-identita’ taghna bhala poplu indipendenti u hieles.
 
Ha sehem ukoll il-kor ta’ l-Ghaqda Kulturali Maltija ta’ NSW taht it-mexxija ta’ Marisa Previtera u Jim Borg mexxa din is-serata muzikali kulturali.

Due to web space restrictions this image has been removed
050926_Ghaqda.jpg

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050926_RizzoFamily.jpg

 Dawk kollha li hadu certifikat minghand l-Onor John Aquilina.

 

Joe u Susan Camilleri, Eric u Loretta Rizzo, Doris u Paul Rizzo.

 
 
 Monument Anzac
 

 Il-Maltese Australian Association ta’ Malta dan l-ahhar habbru progett li jista’ jkompli jghaqqad il-Maltin mal-pajjiz fejn nsibu Malta ohra. Din l-ghaqda hadet l-inizjattiva biex tippjana l-bini ta’ monument b’memorja ta’ l-ANZAC (Australian New Zealand Army Corps). F’Malta hemm midfuna madwar tlett mitt Awstraljan jew minn NZ kawza ta’ l-ewwel gwerra dinjija.
 
Din l-ghaqda Maltija taht il-Presidenza ta’ Nicholas Bonello, li serva bhala Kummissarju Gholi ghal Malta fl-Awstralja (mhux resident) fis-snin 1986/87 f’pass ghaqli stiednet ukoll persuni ohra barra l-ghaqda biex ikun hemm rapprezentanza ferm iktar wiesgha.
 
Il-progett gie moghti appogg ukoll mill-Kummissarji Gholja ta’ l-Awstralja u anke New Zealand. Nittamaw li jkunu dawn iz-zewg pajjiz li jaghtu l-ikbar kontribut biex f’Malta ikun hemm dan il-monument li jfakkar l-isforzi kbar u numeruzi ta’ dawn il-pajjiz fil-gwerrer fl-Ewropa.
 
F’dawn l-ahhar gimghat smajna hafna dwar monumenti u plakki fejn jidhlu r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Awstralja. Nafu li hemm bahar jaqsam minn idejat u attwalita’ izda taht it-tmexxija ta’ Nicholas Bonello u nies ohra bhal Joseph Xerri hemm assigurazzjoni li din il-holma titwettaq.
 
Il-kumitat qieghed joffri premju ta’ Lm 500 ghall-ahjar disinn ta’ dan il-monument izda din il-kompetizzjoni hija miftuha biss ghar-residenti Maltin. Iktar informazzjoni minghand boni@di-ve.com
 
Hija tassew hasra li l-Awstralja, pajjiz tant sinjur li tant kiseb vantaggi mill-emigrazzjoni minn Malta qatt ma ndenja ruhu jinvesti f’Malta f’xi progrett li biha l-poplu ta’ Malta jkun permanenti jista’ jsellem u jiftakar fir-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjiz.

 
 
 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2005 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.