It-Tnejn, 19 ta' Settembru, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Plakka jew monument

 

 Ftit ilu faqqet l-ahbar li l-Gvern ta’ Malta mhux biss se jaghti gharfien misthoqq lill-iskema tac-Child Migration izda talli xi hadd svija l-ahbar kunfidenzjali li l-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi jinsab f’diskussjonijiet mal-kumitat C-MOM ta’ Western Awstralja, immexxi mill-Professur David Plowman biex tintemm din il-polemika li ilha sejrha s-snin.
 
Wahda mill-proposti tal-Prim Ministru Malti kienet li flok s-semplici talba li titwahhal plakka li indirettament titlob apologija ghal dak li gara lit-301 tfal Maltin li kienu parti minn din l-iskema, jinbena fl-inhawi tax-Xatt, il-Belt Valletta monument b’memorja.
 
Meta kellimt lil Prof Plowman dan qalli li kien ilu f’diskussjonijiet privati mal-Gvern ta’ Malta ghal xi gimghat u talab assigurazzjoni li dak li twieghed isehh ghaliex kienu diga ghaddew sentejn minn mindu l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ dak iz-zmien, Dr Joe Borg kien wieghed li se ssir plakka u ma sar xejn.
 
Il-Kumitat C-MOM irid ukoll li biex ikun hemm tmiem xieraq, il-Knisja ta’ Malta trid b’xi mod tkun involuta f’dan il-process u jridu jsiru iktar negozjati dwar l-iskrizzjoni li ghandha titnaqqax fuq dan il-monument.
 
Il-Prof Plowman, li hu stess kien wiehed minn dawk it-tfal li gew mibghuta lejn l-Awstralja taht l-iskem maghrufa bhala Child Migration qal li din l-ahhar azzjoni tal-Gvern Malti turi rieda tajba xi ftit iktar milli kienu qed jistennew C-MOM. Huwa insista li l-momument ghandu jservi biex niftakru fl-istorja tac-Child Migration minflok li nwarbuha minhabba s-sensivita’ taghha. Niftakru wkoll li hafna minn dawk li hadu sehem f’din l-iskema sabu hajja ferm ahjar milli kieku baqghu Malta. C-MOM dejjem  xtaqet  li

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050919_C-Mom.jpg

C-MOM Committee: mix-xellug; Joe Azzopardi, il-Prof David Plowman,
Dr Paul Psaila-Savona Nazie Grima u Paul Calleja.

 

jkun hemm rizultat bilancjat ghax jekk niffukaw fuq il-hazin biss ma jkunx hemm gustizzja.

Dan l-ahhar fic-centru tal-Maltese Association of WA, il-Konslu Onorarju ghal Malta f’dak l-iStat Dr A. Sciberras fil-prezenza ta’ Richard Palk, il-Kummissarju Gholi ghall-Awstralja f’Malta li nzerta kien f’Perth, Western Australia, kixfu plakka li l-iskrizzjoni taghha tista’ tigi wkoll imnaqqxa fuq il-monument imwieghed li jrid jibni fil-Belt Valletta, il-Prim Ministru ta’ Malta. L-iskrizzjoni hija din:

"
This plaque commemorates the 311 Maltese child migrants who came to Australia between 1950 and 1965. We respect their achievements. We rejoice in their successes. We regret any unintended consequences of child migration".

Il-komunita’ Maltija fl-Awstralja tilqa’ dawn l-ahhar zvilluppi bi pjacir izda ma nistghux nifhmu ghaliex fejn jidhlu l-Maltin ta’ Barra dejjem iridu jghaddu snin kbar biex issir xi haga posittiva. Fis-sena 2000 waqt il-Konvenzjoni li saret  f'Malta  ghall-Maltin  ta' Barra kien

 

gie mhabbar li l-Kabinett kien ha decizzjoni li jinbena monument biex ifakkar l-emigrazzjoni minn Malta li tant kellha effett fuq l-istorja ta’ Malta. Kienu inhatru nies ta’ stoffa f’kumitat apposta u kien hemm anke periti u esperti. Kienet saret hafna propaganda izda illum ghaddew hames snin u dan il-monument hadd ma sema’ bih iktar.

Niftakar li meta nsistejna biex ikun hemm garanzija ta’ zmien li fiha dan il-monument ghall-emigranti kollha kellu jsir realta’ dawk ta’ rieda tajba qalulna li rridu nxewxu u nfixklu.

Nittama li din id-darba dan il-monument bhala tifkira tac-Child Migration ma jkunx xi weghda ohra fl-ishab u fil-fatt jinbena. Forsi wkoll dawk li ghamlu r-ricerka biex isibu min kellu tort ta’ l-iskema jsibu wkoll il-minuti tal-kabinett fejn gie imwieghed monument biex jistabilixxi r-rwol important ta’ l-emigrazzjoni fl-istorja ta’ Malta u jghidulna ghaliex qatt ma sar xejn.

B’sincerita’ kollha nixtieq li din id-darba l-monument ghac-Child Migration ikollu tmiem hafna ahjar mill-ahhar monument li gie imwieghed b’tant daqq ta’ trombi.

 
 
 Evarist Bartolo MP f’Sydney
 

 Ftit ilu kelli l-opportunita’ li niltaqa’ mal-Parlamentari Malti. Evarist Bartolo eks Ministru ta’ l-Edukazzjoni u fil-prezent kelliemi ghall-Opozizzjoni fuq l-Affarijiet Turistici u Arti. Kien fi triqtu lejn Fiji ghall-konferenza izda sab hin biex jieqaf ftit sieghat Sydney fejn jien u siehbi Victor Buttigieg tajnih merhba u stajna nitkellmu mieghu fuq suggetti li jolqtu lill-Maltin ta’ Barra b’mod serju, ras imb ras. Ta’ min ifahhar lil dan il-politiku Malti li gharaf jaghmel uzu utli mill-ftit sieghat li kellhu ghad-dispozizzjoni tieghu.
 
Tkellimna fit-tul dwar il-kuncett ta’ "The Greater Malta" u sibna f’dan il-politiku appogg shih ghal dan il-kuncett li ghandu jservi hafna iktar minn kull plakka jew monument li nistghu nibnu biex fuqu jkunu jistghu ibidu l-hamiem.
Tkellimna wkoll dwar il-bzonn li f’Malta jkun hemm muzew li jfakkar l-istorja ta’ l-emigrazzjoni u l-rwol li din kellha fuq il-hajja socjali u ekonomika ta’ Malta kif ukoll ghaliex din l-istorja ghandha tigi mghallma fl-iskejjel u l-Universita’ ta’ Malta.

Tkellimna ukoll kif f’dawn iz-zmenijiet hafna mill-Maltin li jzuru Malta mill-Awstralja ma ghandomx joqoghdu  privatament   mal-familji   taghhom  izda

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050919_EvaristBartolo.jpg

Evarist Bartolo u Lawrence Dimech f'Sydney

 

qed ifittxu akkomodazzjonijiet f’hotels. Niftakru li dawn il-Maltin mill-Awstralja jdumu Malta hafna drabi, iktar minn xaghrejn. Tkun ghalhekk ideja tajba jekk il-hotels ta’ Malta jibdew joffru rati fissi u ragonevoli lil dawn il-vizitaturi fit-tul, kif joffru lill-hafna turisti minn bnadi ohra li jdumu Malta ferm inqas.

 

Ghalkemm mhux maghruf kemm Maltin mill-Awstralja jmorru Malta ghal btala kull sena izda dawn jghoddu ghal hafna eluf.
 
Nirringrazzjaw lil Evarist Bartolo ta’ l-appogg tieghu fejn jidhlu l-interessi tal-Maltin fl-Awstralja.

 
 
 Il-Cross City Tunnel
 

 Fit-28 ta’ Awwissu 2005 il-belt ta’ Sydney kompliet thaffef il-problemi enormi li l-bliet principlai tad-dinja qed isibu quddiemhom ghax il-bniedem qed dejjem jiffissa iktar fuq il-karozzi u inqas fuq it-trasport pubbliku. Thaffer ghalhekk mina taht l-art li taqsam minn naha ghall-ohra tal-belt u ghal dawk li jafu il-belt ta’ Sydney dan ifisser li minn naha ta’ Darling Harbour issa tista’ ssib ruhek taht Kings Cross minghajr ma tghaddi mit-toroq ewlenija tal-belt.
 
Din il-mina bdiet tithaffer f’Jannar 2003 u fiha 2.1 km tul. Swiet is-somma ta’ $A680 miljun u spiccawha xhur qabel ma kien mistenni. Kien smat li kellhom ihaffru madwar 8.5km biex setghu jispiccaw il-Cross City Tunnel, stima ta’ 3.3 miljun siegha ta’ xoghol u hadmu fiha 5200 haddiem. Biex tghaddi mill-CCT trid thallas t-toll ($3.53) izda dan hu l-ewwel tunnel li se jaghmel uzu kompletament minn tags jigifieri ma tistghax thallas flus cash izda irid ikollok dik l-imsejjha, Electronic Tag.
Biex taqsam il-Harbour Bridge ukoll trid thallas u dan ilu jsir mill-1932 ghalkemm illum tista’ tghaddi minn mina li hemm taht il-pont jigifieri taht il-bahar. It-toroq ikomplu jirrangaw biex iktar karrozzi jaghmlu uzu minnhom.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050919_CrossCity.jpg

Dehra tal-Cross City Tunnel f'Sydney

 
 
 San Gejtanu f’South Australia
 

 Ktibna dwar il-festa ta’ San Gejtanu li ssir f’Melbourne u Sydney. F’South Australia l-Ghaqda Anzjani Maltin jiccelebraw din il-festa fis-sala taghhom fis-subborg ta’ Kilburn.

Hadet parti prominenti l-Maltese Queen of Victories Band ta’ Adelaide li dis-sena kienet taht id-direzzjoni taz-zaghzugha Maltija, Samantha Chivers kif ukoll s-surmast Joe Camilleri.

Irnexxili nakkwista, kortesija ta’ the Maltese Herald, ritratt tal-kumitat li organizza din il-festa Hamruniza f’South Australia.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050919_SaSanGejt.jpg

Mix-xellug: Eddie u Lucy Camilleri, Thomas Borg, John Mangion, Jane u Frank Grima u Carmen DeGabiriele. Qed nuru wkoll l-istatwa u l-bandalora ta’ San Gejtanu.

 
 
 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2005 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.