It-Tnejn, 12 ta' Settembru, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Il-Papa Benedittu ghal Sydney

 

 Il-ghaxar Catholic World Youth Day se ssir fil-belt ta' Sydney, tlett snin ohra. Kienet ahbar tajba meta l-Papa Benedittu XV1, fi tmiem tal-WYD li ghadu kemm spicca fil-belt Germaniza ta’ Cologne habbar li l-gublew li jmiss bejn il-15 u l-20 ta' Lulju 2008 ghandu jsir f’Sydney. Il-Papa jkun lahaq l-eta' ta' 81 sena sakemm jasal dan il-gublew.

Fil-belt tal-Germanja kien hemm folla ta’ madwar 800,000 li marru hemm minn 200 pajjiz differenti. Il-laqgha f’Sydney mistennija li tattira iktar minn 100,000 pellegrin, jigifieri se tkun okazzjoni ikbar mill-Loghob Olimpiku li l-belt ta’ Sydney ospitat b’tant success fis-sena 2000.

Il-kontingent Awstraljan ta’ madwar 2,500 persuna li kien prezenti waqt li l-Papa habbar il-lokal tal-WYD li jmiss, deher ferm eccettat u ferhan kif sintendi huma   l-Kattolici   ta'   l-Awstralja   kollha

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050912_DrPell.jpg

Kardinal George Pell

 

b’din l-ahbar li f’Sydney se jsir gublew hekk importanti ghaz-zghazagh tad-dinja. Fl-Awstralja hawn hames miljun persuna tal-fidi kattolika.
 
Il-politici huma wkoll ferhana.  Il-Premier

 

Morris Iemma li huwa Kattoliku kellu f’Cologne lill-Ministru Sandra Nori biex jizgura li Sydney tirbah dan l-avveniment hekk prestigjuz li barra l-aspett religjuz tieghu mistenni li jiggenera madwar $110 miljun f’negozju ghal din il-belt.

Il-Kardinal George Pell ilu madwar sentejn jithabat biex dan l-avveniment isir f’Sydney, il-belt li ghandha fama tajba wara li organizzat b’successi kbar ir-Rugby Union World Cup u l-Loghob Olimpiku 2000.

Il-belt ta’ Sydney diehla wkoll ghal ugiegh ta’ ras ghax avveniment internazzjonali fejn se jkun prezenti l-Papa jitlob sigurta tremenda. Diga qed jghidu li l-ispiza biex tigi implimentata sigurta adekwata se tqum madwar $20 miljun.

 
 
 
 
 Gawhra tal-Mediterran
 

 L-ikbar gazzetta li ghandha cirkulazzjoni fl-iStat ta’ NSW taghat palata mhux hazin lill-industrija turistika ta’ Malta meta fil-harga tal-Hadd 28 ta’ Awissu, is-Sunday Telegraph fis-suppliment turistiku taghha "Escape www.escape.com.au" ippermettit zewg nofs pagni b’ritratti bil-kulur dwar Malta. L-artikolista Conon Elphicke dar dawra sewwa ma’ l-istorja ta’ Malta fl-artiklu dettaljat tieghu ‘Mediterranean gem”u almenu ma sab xejn x’jikkritika fil-qasam turistiku jigifieri din kienet pubblicita’ enormi ghall-pajjizna f’dan il-pajjiz. Niftakru li eluf kbar ta’ Awstraljani u hafna zghazagh ta’ nisel Malti jivvjaggaw lejn l-Ewropa kull sena u jkun sewwa kieku nigbdu lil xi ftit mijjiet minn dawn biex jghaddu sa Malta.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050912_Escape.jpg

 
 
 
 
 Bdil fil-ligi tac-cittadinaza
 

 It-talba biex il-Maltin imwielda l-Awstralja li tilfu c-cittadinanza Awstraljana minhabba regoli komplikati taz-zewg pajjizi u biex din tigi rrangata, kompliet bi sforz iehor mill-Grupp Southern Cross billi din id-darba ressqu mistoqsija fil-Parlament Federali f’Canberra fejn staqsew lill-Ministru Peter McGauran diversi mistoqsijiet ohra permezz ta’ Brendon O’Connor MP.

It-twegibiet ma taw l-ebda xaqq ta’ dawl gdid. Niftakru li l-Gvern Federali kien habbar f’Lulju 2004 li kien fi hsiebu jemenda l-Australian Citizenship Act 1948 biex fost affarijiet ohra jnehhi l-istipulazzjoni li dawk ‘l fuq mill-eta’ ta’ 25 sena ma jistghux jiehdu lura c-cittadinanza Awstraljana jekk ikunu tilfuha.
 
Il-Ministru rega’ ddikjara li din il-legislazzjoni ghandha tidher quddiem il-Palrament din is-sena izda ma setghax jaghti data ezatta. Il-Ministru qal ukoll li ma ghandux informazzjoni ta’ kemm kienu dawk il-Maltin li rrinunzjaw ic-cittadinanza Awstraljana biex jiehdu dik ta’ Malta qabel s-sena 2000 meta l-ligijiet tac-cittadinanza Maltija nbidlu.
 
Dawn l-emendi li kienu originalment proposti   mill-Ministru  Gary  Hardgrave

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050912_McGauranPeter.jpg

Peter McGauran MP

 

fl-Lulju 2004 sabu ma’ wicchom hafna komplikazzjonijiet barra sintendi elezzjoni Federali li saret fid-9 ta’ Ottubru 2004 li fiha baqa’ l-istess Gvern Liberali/Nationals. Izda f’dawn l-ahhar 11-il xahar il-Gvern Federali Awstraljan kellu tlett Ministri ghac-Cittadinanza u Affarijiet Multikulturali. Dawn kienu:
Gary Hardgraves MP mis-26/11/2001 sas- 26/10/2004.
Peter McGauran MP mis-26/10/2004 sas- 6/7/2005.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050912_HardgraveGarry.jpg

Gary Hardgraves MP

 

John Gobb MP 6/7/2005 sal-prezent.

Ghalkemm dan it-tibdil kollu ma ghandux ikun ta’ hafna xkiel biex l-ideja originali tal-Ministru Hardgraves tkompli ssarraf fi bdil fil-ligi izda Ministru gdid dejjem jista’ jkollu l-prijoritajiet tieghu.
 
Niftakru wkoll li dawn id-decizjonijiet fejn jidhlu emendi fil-ligi jkunu decizjoni tal-Kabinett u mhux tal-Ministru wahdu.

 
 
 Successi ohra fil-cricket
 

 Fil-pagna mill-Awstralja tal-25 ta’ Lulju 05 kont ktibt dwar dwar is-success li ghamel John Callus minn Newport, Melbourne fil-qasam sportiv tal-Cricket. Ma nixba qatt niskopri iktar sportivi ta’ nisel Malti li qeghdin jaghmlu success fl-isfera taghhom. Michael Micallef twieled fil-belt ta’ Brisbane minn geneturi Maltin, Vicky u Charlie mir-Rabat li emigraw ghall-Awstralja fil-1960. Charlie mar Malta fl-1990 bhala parti minn vjagg madwar id-dinja. Kellu hsieb jibqa’ Malta ghal ftit gimghat izda dam 10 snin. Sab impjieg ma’ Farsons u wkoll iltaqa’ma’ Sandra Bartolo, tfajla mir-Rabat u zzewwgu.
 
Kemm dam Malta thajjar jilghab ir-Rugby mal-hbieb tieghu fil-Marsa u wara waqqfu r-Rugby Union team illum taht l-isem ta’ Kavallieri.
 
Fl-1995 gie mistieden biex jilghab il-cricket mal-hbieb tieghu fil-Marsa Sports Club u malajr sar parti integrali minn dan it-tim.
 
Huwa qalli li laghab cricket ma’ Jeff u Martin Crowe, plajers internazzjonali minn New Zealand li kienu Malta meta zaru lill-kugin taghhom Russell Crowe meta dan kien qed jahdem il-film “Gladiator” f’Malta fl-1999.
 
Ghalkemm Michael jinsab jghix lura fi Brisbane xorta baqa’ membru attiv tat-tim nazzjonali Malti tal-cricket tant li ha sehem fl-ECC tournament f’Corfu fl-1999, fi Vjenna f’Awissu 2003 fejn Malta spiccat fit-tieni post u f’Awissu ta’ din is-sena kien parti wkoll mit-tim nazzjonali li mar Antwerp, il-Belgjum ghall-ECC Tournament fejn Malta spiccat fis-sitt post minn disa’ pajjiz ohra li hadu sehem f’dan it-tournament internazzjonali tal-cricket.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050912_CallusMicallef.jpg

John Callus u Michael Micallef

 
 
 Kummenti razzista
 

 John G. Brogden ta’ 37 sena imwieled Balmain NSW li kien il-mexxej tal-Partit Liberali u Kap ta’ l-Oppozizzjoni f’NSW kellu jirrizenja wara li gie akkuzat li waqt funzjoni organizzata mill-Australian Hotels Association lissen rimarka derogatorja u razzjali mmirata lejn Helena Carr, il-mara ta’ nisel Asjatiku ta’ l-eks Premier Bob Carr. Huwa rreferha ghaliha bhal “a mail order bride”. Brogden gie akkuzat ukoll li ttanta sesswalment lil xi gurnalisti waqt sessjonijiet tax-xorb.

Ghalkemm ghall-ewwel dan il-Membru ghal Pittwater innega dawn l-akkuzi izda l-evidenza kontrih tant kienet cara li kellu jirrizenja minn Kap ghalkemm baqa’ Membru tal-Parlament ta’ NSW. Brogden sar mexxej tal-Liberali ta’ NSW f’Marzu 2002. Il-mexxej il-gdid huwa Peter Debham ta’ 52 sena mwieled Brisbane Qld, gradwat tar-Royal Australian Naval Collage u kien fin-Navy sal-1980.

 

 
 

Due to web space restrictions this image has been removed
050912_BrogdenJohn.jpg

John G. Brogden

 
 
 Ghal konferenza f’Fiji
 

 Waslu fl-ajruport ta’ Sydney tlett Membri tal-Parliament Malti fi triqthom lejn il-gzejjer tal-Fiji fejn attendew laqgha specjali li saret f’Fiji tal-Commonwealth Parliamentary Association. Dawn il-Membri kienu Evarist Barlolo, tal-Malta Laboure Party u Mario Galea u Frederick Azzopardi tal-Partit Nazzjonalista. F’din il-laqgha internazzjonali se jigu diskussi il-UN Millenium Development Goals.

 
 
 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2005 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.