|
Il-kumitati
tal-festi Maltin fl-Awstralja |
|
|
|
Ftit
ilu ghamilt zjara fil-belt ta’ Melbourne. Kont ili hafna
snin ma mmur nara lill-hbieb tieghi f’din il-belt li tigi
madwar 900 km boghod minn fejn noqghod jien, jigifieri
fil-belt ta’ Sydney. Bejn il-Maltin li jghixu f’dawn l-ikbar
zewgt ibliet fl-Awstralja tezisti certu rivalita’. Ta’
Melbourne jghidulek li taghhom hija l-ahjar belt u ahna ta’
Sydney niftahru bil-belt Olimpika taghna.
Kemm domt Melbourne kelli l-pjacir li nsahhah il-hbiberija
mal-habibi Gejtu Deguara, is-segretarju ta’ l-Ghaqda San
Gejtanu ta’ Melbourne u l-Vici President tal-Maltese
Community Council ta’ Victoria u martu Mary. Izda wisq iktar
minn hekk, irnexxili niltaqa’ u nghaddi ftit jiem mal-membri
tal-kumitat ta’ din il-festa ta’ San Gejtanu. Rajthom
mill-vicin jippreparaw kull aspett tal-festa. Kumitat
dedikat ferm, kulhadd jaf x’ghandu jaghmel, kull persuna
dedikata sa l-ahhar biex jaraw il-festa tirnexxi. In-nisa
taghhom impenjati daqshom. Kont maghhom qabel, tul il-jiem
tal-festa u anke wara. Stajt nammira l-entuzzjazmu u
l-energija anke jekk kwazi kollha qabzu l-eta’ taz-zoghzija.
Nibbubita, jekk dawk li bil-mijiet taghhom jattednu dawn
il-festi, jintebhux bix-xoghol li jsir minn dawk
l-organizzaturi biex huma fil-kumdita’ kollha jkun jistghu
jiffestiggjaw u jiehdu pjacir minghajr l-inqas hsieb,
minghajr l-inqas skomdu. Jien zgur li kieku jirrejalizzaw
bis-sagrificcji, z-zelu u l-imhabba li biha jlestu kollox
l-organizzaturi jkun hemm ferm inqas kritika distruttiva.
Barra l-kumitat ta’ l-Ghaqda tal-Hamrun ta’ Melbourne li
llum qed nikteb dwarhom bhala ezempju hemm ghexiren
ta’ kumitati ohra li jwasslulna l-festi tradizzjonali
Maltin, kollha jahdmu daqs baghal. Hija x-xewqa tieghi li
lil dawn il-kumitati (mhux biss il-kumitat tal-festa
izda l-kumitat kollha ta’ l-ghaqdiet Maltin
fl-Awstralja) nurihom |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050905_SGejtanuCommittee.jpg |
|
|
Fuq mix-xellug:
Mario Hili, Frank Portelli, Joe cassar, John
Chetcuti, u William Micallef
Taht: Gejtano Deguara (Segretarju) Joe Fenech
(president) Joe Meli, Joe Deguara (Kaxxier) |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050905_QuddiemKnisja.jpg |
|
|
L-istatwa ta'
San Gejtanu hekk kif harget mill-knisja f'Melbourne. |
|
|
|
ma’
l-Awstralja kollha u specjalment f’Malta
ghax haqqhom kull tifhir. Nitlobhom biex
jikkuntatjaw mieghi dirett
lawdimech@optusnet.com.au jew anke ma’ The
Maltese Herald u jibghatulna ritratt
tal-kumitat u fejn nikkuntatjawhom.
Illum qed inwasslilkom ritratt
tal-kumitat |
|
ta'
l-Ghaqda San Gejtanu ta' Melbourne.
Fuq jidhru mix-xellug: Mario Hili, Frank
Portelli, Joe Cassar, John Chetcuti, William
Micallef. Bil-qeghda: Gejtu Deguara
(Segretarju) Joe Fenech (President), Joe
Meli u Joe Deguara (Kaxxier). |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ghajnuna finanzjarja |
|
|
|
Il-kumitat
ta’ Maltese Welfare (NSW) li dejjem jahdem fil-kwiet biex
iwassal messagg ahjar lill-Maltin ta’ NSW dwar il-htigiet
taghhom u specjalment biex dawn ikunu infurmati bl-ahhar
informazzjoni, irnexxilhom jakkwistaw sponsor gdid. Bodinnars
Personal & Financial Planners kienu impressjonati ferm
bil-mod professjonali li din l-ghaqda Maltija tmexxi
l-laqghat taghha ta’ informazzjoni li jipprezentaw minn
zmien ghal zmien. Id-dirigenti ta’ Bodinnars li huma parti
mill-kumpanija, Fiducian Group dahlu biex jghinu lil din
l-ghaqda Maltija biex tkompli tilhaq ahjar lil dawk li jridu
nformazzjoni ezatta u minghajr hafna tfixkil. Fl-ufficcju
taghhom f’Sydney saret il-prezentazzjoni ta’ cekk bhal
sponsorship minn Alan Hinde, il-General Manager ta’
Bodinnars Financial Plannars lil Lawrence Dimech,
il-President ta’ Maltese Welfare (NSW) Inc. Ghal din
l-okazzjoni kien hemm prezenti ukoll Harold Bodinnar u Marie
Louise Muscat minn Bodinnars, il-Marketing Manager
tal-Fiducian Group, Christine
Howard u l-assistenta taghha, Donna
Irwin u l-kaxxiera ta'
Maltese Welfare (NSW), |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050905_MWFiducian.jpg |
|
|
Alan Hinde,
il-General Manager ta' Bodinnars Financial Planners
jidher qieghed jaddi c-cekk ta' l-isponsorship lil
Lawrence Dimech, il-President ta' The Maltese
Welfare (NSW). |
| |
|
Nathalie
Gatt. Din l-ghaqda Maltija zammet ukoll
l-assocjazzjoni li ghandha ma'
maltagenealogy.com
li bis-sahha taghhom qed izommu l-website’
www.maltesewelfare.com
fejn |
|
ghandkom
issibu l-progrett kurrenti, l-Maltese Community Directory.
Dawk li jkollhom bzonn taghrif dwar
l-ippjanar finanzjarju ghandhom icemplu 1300
882 213 (fl-Awstralja). |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Festa ohra kbira
f’Melbourne |
|
|
|
Fil-belt
ta’ Melbourne fejn il-festi tradizzjonali Maltin iktar huma
prominenti kellna l-festa ta’ Sant’Elena li ssir fil-knisja
ta’ St Michael f’North Melbourne. Din il-festa ilha sssir 25
sena shah u hija mmexxija minn St Helena Maltese-Australian
Social Club Inc. Il-President tal-kumitat, Alfred Sammut
kien mimli tifhir ghal dawk kollha li jghinu biex
jorganizzaw din il-festa kbira tal-Karkarizi li tinfirex fuq
tlett ijiem.
Il-Gimgha johrogu l-istatwa u ssir quddiesa fejn
jiehu sehem il-kor Malti ta’
Victoria u wara jkun hemm kuncert
mill-Maltese United Brass Band fil-hall ta’ St
Brendan’s Flemington.
Is-Sibt kien hemm il-ballu fil-Lakeside Banquet & Convention
Center f’TaylorsLake. Il-kantant mistieden kien Joe Galea
minn Sydney u kien hemm |
|
ukoll
il-Jamm Dancers. Il-brijju sar mill-Maltese
United Brass Band.
Il-Hadd saret il-quddiesa koncelebrata u
l-purcissjoni mat-toroq bl-istatwa
tal-patruna u akkumpanjata mill-baned
Maltin, Maltese Own u St Albans Melita.
Il-qofol tal-festa jkun il-Hadd wara
l-purcissjoni meta jsir kuncert varjat
fil-Hall Woodfull Pavilion, Royal Melbourne
Show Ground bit-tlett baned Maltin
idoqqu marci brijuzi. Wara l-baned kien hemm
varjeta musikali pprezentata mill-kantant
Joe Galea u DJ Moods Music ta’ Mario Sammut.
Il-Mostin ta’ Sydney jiccelebraw ukoll
il-festa ta’ Santa Marija b’ballu
fil-Balmoral Hall Blacktown fejn hadet sehem
ukoll il-Banda Maltija Our Lady Queen of
Peace waqt li l-Hamrunizi ta’ NSW iccelebraw
il-festa ta’ San Gejtanu
fic-centru
kbir taghhom |
|
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050905_SammutAlfred.jpg |
|
|
Alfred
Sammut |
|
|
|
f’Marsden Park
kif jaghmlu kull sena. Saret ukoll il-festa
tal-Ghargurin, San Bert fic-Centru Malti La Valette
fi Blacktown NSW. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Imfakkar Fr Gorg Scerri |
|
|
|
F’Melbourne
gie imfakkar il-25 sena mill-qtil ta’ Fr Gorg Scerri MSSP li
dak iz-zmien kien superjur ta’ din s-socjeta missjunarja
Maltija. Hu gie attakkat fid-dar tas-socjeta f’Melbourne
fis-17 ta’ Lulju 1980 minn xi persuna jew persuni li qatt ma
nqabdu u miet fil-4 ta’ Awissu ta’ l-istess sena. Fr Scerri
twieled fl-1910 u kien wiehed mill-membri fundaturi tal-MSSP
li kien jaf lill-fundatur Mons DePiro. Huwa kien jiehu hsieb
l-iskola tas-snajja fl-Istitut ta’ San Guzeppi li hemm
f’Santa Venera.
Fr Scerri wasal l-Awstralja fl-1960 u fetah id-Depiro House
f’East Sydney. Il-quddiesa ghar-ruhu giet ikkoncelebrata
fil-knisja ta’ St Mary’s Star of the Sea West Melbourne u
ghaliha attendew madwar 300 persuna. Fr Scerri tista’ tghid
li huwa martri tal-komunita’ ghax gie attakkat u maqtul meta
kien qed jaqdi dmiru. Huwa gie attakkat u mholli ghal mejjet
propju taht l-istatwa ta’ Maria Bambina. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|