It-Tnejn, 29 ta' Awissu, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 X’gara fl-Awstralja

 

 Fl-Awstralja spiss ikollna l-opportunita li niltaqghu ma’ persuni mix-xena politika ta’ Malta. Xi wuhud jigu fostna b’hafna skuzi u ohrajn anke ghal btala izda minn dawn iz-zjarat dejjem hareg xi gid. Ma hemmx dubju li dawn iz-zjarat izommu kuntatt shih u organiku bejn il-politici u l-komunitajiet li nbnew b’tant entuzjazzmu barra minn Malta. Huwa ghalhekk tajjeb li l-politici Maltin jaggornaw ruhom b’mod regulari u jzommu kuntatt dirett mal-bidliet kbar li jsiru minn zmien ghal zmien.
 
Ktibtuli u staqsejtuni ghaliex f’din il-pagna ma dehrux rapport dwar iz-zjara ta’ Dr Sant u Dr Falzon fl-Awstralja. Din il-pagna tidher kull gimgha u r-rapporti aktar spissi dehru f’nahat ohra ta’ dan il-gurnal. L-ahbarijiet dwar dawn iz-zjarat ghandhom habta jkunu ikkontrollati minn elementi politici.
 
Kull politiku jipprova jikseb kull vantagg li jista’ minn dawn iz-zjarat mhux necessarjament fl-Awstralja izda wkoll fost il-kostitwenti tieghu f’Malta.
 
Dwar iz-zjara ta’ Dr Alfred Sant fl-Awstralja u NZ nista’ nghid biss li rnexxili nakkwista intervista (qabel ma dan wasal l-Awstralja). Minn dan il-konfront li kelli hargu materji ta’ importanza ghall-Maltin li jghixu fl-Awstralja. Dr Alfred Sant fil-fatt ghamel dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ importanza.
 
1. li dawk ta’ dixxendenza Maltija jkollhom l-istess drittijiet f’Malta. “Se naghtu sodisfazzjon ragonevoli lil din l-aspirazzjoni li tidherli mill-aktar legittima”
 
2. li Gvern Laburista jkompli jippromovi l-prezenza diplomatika, konsulari u kuturiali tal-Gvern Malti bhala ghan essenzjali tal-hdima ta’ l-iStat Malti.
 
3. Li jkun hemm ufficcju jew dipartiment li jiehu hsieb materji li jikkoncernaw lill-komunitajiet Maltin ta’ Barra.
 
4. Li l-ahbarijiet mahruga mill-PBS (Malta) johorgu ahjar u jaslu l-Awstralja minnufih u mhux tlett gimghat wara.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050829_R0010602.jpg

Dr Michael Falzon u George Bartolo minn Wollongong NSW

Due to web space restrictions this image has been removed
050829_R0010598.jpg

Sam Vella, u Lawrence Dimech flimkien ma' Dr Sant u Dr Falzon.

 

5. Nibqghu fil-futur solidarejeta ma’ kull sforz biex il-kultura Maltija tissahhah flimkien ma’ l-ilsien Malti.

Iva, dawk huma weghdiet li jaghmlu sens u li jistghu facilment jigu implimentati.   Issa   nistennew   lill-Partit

 

Laburista li jdahhalhom b’mod konkret fil-programm elettorali stampat tieghu halli jkunu jistghu jigu implimentati meta jkun hemm Gvern Laburista iehor. Certament minn din il-pagna nibqghu nfakkru f’dawn id-dikjarazzjonijiet li saru.

 
 
 Il-wirt kulturali taghna
 

 Kif dejjem nikteb minn din il-pagna, il-Maltin li jghixu fl-Awstralja huma kburin b’wirt arthom mhux biss bi kliem fil-vojt izda bil-provi. Dan l-ahhar ergajna rajna xhieda ta’ dan meta fil-kumpless ta’ Parramatta Melita Eagles FC li ghandhom fl-inhawi ta’ Granville NSW kixfru mural tassew artistiku li jestendi tlett metri wiesgha u metru gholi li gie mwahhal fis-sala ta’ l-ikel, hekk imsejjha Eagles’ Nest.
 
F’din is-sala ta’ l-ikel kien hemm pittura ohra mpingija mal-hajt xoghol ta’ Sam Mifsud li kienet turi xena tal-Port il-Kbir. Tpingija li kienet saret ikona u kulhadd kien irid jiehu ritratt maghha. Kienet fi ftit kliem karatteristika u ferm prominenti f’dan il-lokal frekwentat mid-dilettanti sportivi ta’ nisel Malti.
 
Izda gara li din il-pittura impingija fuq il-hajt bdiet titlef il-kuluri taghha u anke l-hajt kellu xi problemi ta’ umdita’. F’daqqa wahda din it-tpingija ghosfrot kompletament minn mal-hajt u dlonk bdew hafna protesti mill-partitarji ta’ dan il-klabb tal-futball tant li l-kumitat kellu jimla’ dan l-ispazju malajr.
 
Il-President ta’ Parramatta Melita Eagles FC, Tony Azzopardi weghdna li kien se jimla’ l-vojt u ghalkemm qala’ hafna kritika izda dak li nrexxilu jaghmel kiseb l-ammirazzjoni ta’ kulhadd. Flimkien ma’ huh, Joe Azzopardi (l-media officer tal-Ministru, Dr Tonio Borg) u l-RJB TV Production f’Malta irnexxilhom jiddisinjaw muntagg li jonqox l-istorja ta’ Malta fi kwadru wiehed. Kif tistghu taraw fir-ritratt, dan il-muntagg hu xoghol artistiku kkomputerizzat ta’ hila u li jolqot il-ghajn, barra li fih sfond storiku. Il-kwadru gie moghti l-isem tant addattat ta’ “Our Heritage”

Ma hemm ebda dubju li dan il-kwadru se   jkun   addizzjoni   xierqa   ghal   dan,

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050829_EMural.jpg

Il-mural ghand il-Melita Eagles FC

Due to web space restrictions this image has been removed
050829_R0010586.jpg

Meta gie mikxuf il-mural. Jidhru mix-xellug Crl David Bolger, Mayor ta' Parramatta City,
Anthony Azzopardi President PME Club, Dr Sant u Dr Falzon.

 

wiehed mill-ikbar klabbs Maltin fl-Awstralja.   Klabb    li   minnhu   tohrog  il-

 

Manchester Utd Football Academy fl-Awstralja kollha.

 
 
 
 
 Jisirqu karozza b’tarbija fiha
 

 Mary Sciberras ghaddiet minn esperjenza qarsa tassew. Hekk kif waslet l-isptar St Joseph fis-subborg ta’ Auburn NSW accettat ghajnuna biex tkun tista’ tohrog mill-karozza lill-zewgha Victor (li ghandu bzonn siggu tar-roti). Ir-ragel li offrilha l-ghajnuna spicca biex serqilha l-karozza Ford Falcon sedan. Mhux hekk biss, izda fuq wara kien hemm rieqed fiha n-neputi taghha Zane ta’ sentejn.

B’qata’ kbira fuqha Mary Sciberras telqet tigri wara l-karozza ghal madwar 70 metri izda il-halliel hareg mill-parkegg u saq lejn Cumberland Road. Immedjatament   Mary   marret  icempel

 

lill-pulizija u dlok bdiet tfittixija massiva, sa anke dahal il-Pol Air.

Finalment il-karozza nstabet mitluqa f’Perry Way Auburn, madwar tlett blokok ‘il-boghod. Skond is-surgent Deanne Stanley, ic-ckejken Zane nstabghadu rieqed fuq is-seat ta’ wara tal-karozza. Il-pulizija haduh lura lejn in-nanniet tieghu u l-geneturi, Connie u Andrew Smolinsky.

Andrew, missier Zane qal li meta cemplulu fuq ix-xoghol biex jinfurmawh b’dan il-htif ta’ ibnu dam madwar 10 minuti biex jirrejalizza x’gara izda mill-lum il’ quddiem se jzomm harsien iktar strett fuq ibnu.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050829_MaryZane.jpg

Mary Sciberras u c-ckejken Zane
wara li nstab qawwi u shih.

 
 
 
 
 Klandestini fl-Awstralja
 

 Il-klandestini donnhom abbandunaw l-Awstralja wara li l-Gvern ta’ John Howard ghamilha difficli biex dawn jaslu fuq l-art Awstraljana. Hafna gzejjer mal-kosta gew ddikjarati mhux zona Awstraljana ghal dawn il-finijiet. Ilhom sentejn shah ma jersqu klandestini lejn ix-xtut Awstraljani izda skond il-kap gdid tad-Dipartiment ta’ l-Immigrazzjoni, Andrew Medcalf ix-xtut Awstraljani xorta ghandhom potenzjal lukrattiv u destinazzjoni addattata ghal gruppi kriminali fl-Indonesja li mhux se jaqtghu qalbhom biex jergghu jippruvaw. L-Awstralja trid tibqa’ tinsisti b’kull mod biex tilqa’ kontra dawk li jridu jidhlu f’dan il-pajjiz biex jaghmlu hsara.
 
Dis-sena l-Awstralja se taccetta madwar 8,000 refugjat u bejn 130,000 u 140,000 immigranti legali.

 
 
 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2005 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.