|
Il-festa ta’ San
Gejtanu f'Melbourne |
|
|
|
Mort
Melbourne madwar 900 km boghod minn fejn noqghod jien ghal
festa ta’ San Gejtanu. Il-Hamrunizi ta’ Melbourne
jiccellebraw din il-festa bil-kbir. Ikolli opportunitajiet
ohra biex nehodkom mieghi sa din il-belt ta’ l-iStat ta’
Victoria fejn jghixu l-iktar numru ta’ emigranti Maltin.
Illum se nitkellem biss dwar il-banda Maltija ta’ South
Australia (Maltese Queen of Victories) jew ahjar dwar
id-direttur muzikali ta’ din l-band li bla dubju hija
ispirazzjoni ghal hafna u twegiba f’waqtha li dawk li
jikkritikaw lill-komunitajiet Maltin fl-Awstralja li mhux
qed jattiraw lejhom il-generazzjoni taz-zghazagh li
fil-maggoranza twieldu fl-Awstralja minn geneturi Maltin.
Kien ta’ pjacir tieghi ghalhekk li waqt li din il-banda
kienet qed tferrah lill-Maltin ta’ Melbourne kien hemm
jiddiregiha Samantha Chivers, li qabel iz-zwieg taghha
kienet Carabott. Din it-tfajla simpantika u ferrieha
twieldet fil-fatt fl-iStat ta’ Victoria 35 sena ilu izda
llum tghix f’South Australia. Qaltli li ilha iddoqq
mal-banda 25 sena izda ilha tidderigi biss ghal dawn l-ahhar
sitt xhur.
Il-folla prezenti fis-sala ta’ l-iskola ta’ Santa Teresa
f’Essendon mhux biss setghet titaxxaq bid-direzzjoni preciza
ta’ Samantha Chivers mal-banda taghha izda fost applaws
tremend |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050822_BandaSA.jpg |
|
|
Il-Maltese Queen
of Victories Band |
 |
|
mexxiet
ukoll, waqt id-daqqa ta'
l-innu Marcia
“San Gejtanu” liz-zewg baned flimkien
jigifieri St Albans Melita Band Inc u
Maltese Queen of Victories Band ta’ SA.

Innutajt ukoll li l-Banda Maltija ta’ South
Australia jiehdu sehem fiha ghadd mhux hazin
ta’ zghazagh ta’ nisel Malti.
Ta’ min jinnota wkoll li Brian Zammit,
is-surmast ta’ l-uniku Banda li hawn f’NSW u
l-ewwel banda Maltija fl-Awstralja. Our Lady
Queen of Peace ghad ghandu biss 30 sena. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050822_ChiversSam.jpg |
|
|
Samantha Chivers |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Multikulturali tassew |
|
|
|
Ghandna
Premier gdid, le mhux xi hanut tal-café’ izda l-kap politiku
ta’ l-iStat ta’ NSW. Fl-Awstralja, il-kapijiet
tal-Gvernijiet Statali jsejjhulhom Premiers. Ghal dawn
l-ahhar ghaxar snin f’dan l-iStat kellna lil Bob Carr bhala
Premier izda f’daqqa wahda bhal sajjetta fil-bnazzi habbar
li se jirrizenja, meta l-Gvern Laburista tieghu ghad
baqalghu kwazi sentejn ohra biex isejjah elezzjoni. Bob Carr
kien l-iktar Premier li dam f’din il-posizzjoni fl-istorja
ta’ NSW wara li rebah zewg elezzjonijiet infila. Ta’ min
isemmi li martu hi ta’ nisel Asjatiku.

Nahseb ftit Maltin ma jafux li fil-Parlament ta’ NSW
l-iSpeaker huwa l-Malti, imwieled l-Imsida, l-Onor John
Aquilina. Il-Gvernatur ta’ NSW hi mara ta’ nisel Lebaniz
wkoll.

L-elezzjoni ta’ Premier gdid kompliet turi kemm l-Awstralja
qed tinbidel u kemm tassew hi pajjiz fejn il-kulturi
tal-pajjizi minn fejn gew l-emigranti tassew qed joholqu
l-karrattru politiku ta’ l-Awstralja.

L-avukat Morris Iemma, il-Premier il-gdid huwa iben
emigranti Taljani minn |
|
Calabria. Ta’ min isemmi wkoll li Morris Iemma
jirrapprezenta lill-elettorat ta’ Lakemba fejn 43% twieldu
barra mill-Awstralja u 70% ghandhom mill-inqas wiehed
mill-geneturi taghhom imwieled mhux l-Awstralja. Fis-subborg
ta’ Lakemba issib 56% tat-tfal ta’ l-iskola li jitkellmu
fid-dar lingwa ohra u mhux l-Ingliz.

Barra l-iSpeaker Malti hemm membri ohra fil-Kabinett
Laburista ta’ Morris Iemma li huma: Michael Costa, Milton
Orkopoulos, John Hatzisteros ta’ nisel Grieg, Frank Sartor
John Della Bosca, Sandra Nori u Joe Tripoldi kollha ta’
nisel Taljan. Qabel Bob Carr kellna wkoll lil Nick Grenier
bhala Premier ta’ NSW li kien ta’ nisel Ungeriz.

Ma’ hemm l-ebda dubju li dan juri kemm hija evidenti
l-influwenza Mediterranja fil-kurituri politici fl-iStat ta’
NSW. Juri wkoll kemm ftit jimporta minn fejn huma l-gheruq
kulturali tieghek. Dan huwa ezempju car kemm qeghdin nghixu
f’pajjiz multikulturali fejn kull Gvern offra
l-opportunitajiet kollha biex inzommu dak li huwa tajjeb
mill-kulturi taghna biex finalment
noholqu kultura |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050822_IemmaM.jpg |
|
|
Morris Iemma |
| |
|
gdida,
il-kultura Awstraljana li bi ftit izjed minn mitt
sena ghadha relattivament fi stat tal-bidu taghha.
Fl-isfera Federali nsibu wkoll li l-ex-Prim
Ministru, Paul Keating kellu mara ta’ nisel Olandiza
u fil-Parlament f’Canberra hemm numru sostanzjali
ta’ membri li huma ta’ nisel mhux anglo sassoni. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Xandara
jirringrazzjaw |
| |
|
Ix-xandara
ta’ l-istazzjon 3ZZZ li f’Melbourne ixandar bil-Malti
organizzaw laqgha fis-sala tal-Green Gully Social Club biex
jirringrazzjaw lis-semmiegha numeruzi tal-programmi taghhom
kif ukoll lil dawk li huma membri u anke lil dawk li jiehdu
sehem fir-radiothon kull sena. Madwar 230 persuna attendew
ghal din il-laqgha socjali fejn hadu sehem fiha ukoll
il-kantanti George Spiteri u Edwin Baldacchino. Kien hemm
ukoll id-DJ Mario Sammut u s-Silhoutte Dancers.
Emmanuel Brincat, il-convenor tal-grupp tax-xandara li huwa
l-Vici President fuq il-Board ta’ l-istess stazzjon 3 ZZZ,
ta merhba lil dawk kollha li attendew u ntroduca lill-shabu
xandara, Mario Sammut, Paul Vella, Lewis Stafrace u ohrajn.
Emmanuel Brincat ha l-opportunita’ wkoll li jipprezenta
plakka kommemorattiva lil Charles Farrugia, il-President
tal-Green Gully Social Club ghall-ghajnuna u fl-okazzjoni
|
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050822_Brincat3ZZZ.jpg |
|
|
Mix-xellug:
jidhru Emmanuel Brincat, Lewis Stafrace, Edwin
Baldacchino, Mary Baldacchino, Gejtu Deguara,
Silhouette Dancers, George Spiteri u Paul Vella. Fuq
wara net jidher
Mario Sammut.
Il-President tal-Green Gully Social Club,
Charles Farrugia (xellug) jircievi l-plakka
minn ghand Emmanuel Brincat. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050822_FarrugiaBrincat.jpg |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-ahjar student tas-sena 2005 |
|
|
|
Patrick
Gatt minn Castle Hill NSW minn dejjem kien mixhut
ghall-isports u minn ckunitu kien attiv u wera l-hila tieghu
fil-cricket u football. Ghalhekk ma kienet xejn sorpriza li
fittex karriera biex jibqa’ attiv f’din l-isfera ta’
l-isports.
Ftit ilu, Patrick Gatt iggrawda bhala Bachelor of Physical
Education f’ceremonja li saret fin-National Institute of
Dramatic Arts f’Kensington.
Patrick Gatt, iben Lawrence u Nathalie Gatt gie ppremjat
ukoll bhala l-Collage Dux waqt l-Academic Awards jigifieri
kien l-aqwa student fil-kors tieghu.
Partick beda l-karriera tieghu fil-futball ma’ Parramatta
Melita Eagles, imbghad laghab ma’ Parramatta Power,
Blacktown Demons u Penrith. Fl-off-season imur jilghab ukoll
f’South Australia. Nifirhulu. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050822_GattPat.jpg |
|
|
Patrick Gatt
mal-familja tieghu |
|
|
|
|
|
|
|