|
Ghal
darba ohra l-Ghaqda Kulturali Maltija ta’ NSW
ipprezentaw kuncert li din id-darba kellu accent kollu
kemm hu fuq it-talent Malti fl-Awstralja. Quddiem sala
mimlija f’Wentworthville Leagues Club, li sar ukoll
lokal fejn il-Maltin isibu zvog socjali, rajna ghadd ta’
zghazagh juruna x’jafu. Kien hemm Jessica Pace ta’ 18-il
sena, Vince ta’ 14 –il sena, ohtu Amanda Bonnici ta’
17-il sena u Evan Darmanin ta’ 15-il sena kollha
vokalisti. L-interpretazzjoni u l-kwalita’ tal-vuci
taghhom kienet tajba hafna. Jidher li ghandhom futur
fil-qasam tant kompetitiv tal-kant. Kien hemm ukoll
Vanessa Borg ta’ 13-il sena, zeffiena li nterpretat zfin
b’ritmu u b’interpretazzjoni fl-livell gholi.
Iz-zghazagh kollha li hadu sehem gew moghtija certifikat
ta’ l-okazzjoni.

It-tieni parti kienet imqassma bejn zewg kantanti
popolari. Iva, kellna Sydney kontra Melbourne f’kuntest
tassew melodjuz b’zewg vucijiet differenti li zammew lil
kulhadd ferhan u parti minn dak li kien qieghed jigri
fuq il-palk.
Irene Attard, giet Sydney apposta minn Melbourne,
kantant f’hafna lokalitajiet u anke f’Malta izda
f’Sydney ftit konna nafu biha. Din il-kantanta b’vucu
tremenda u melodjuza serqet qalb kulhadd.
L-interpretazzjoni taghha kienet perfetta u halliet
impatt fuq l-udjenza.
Kien hemm wkoll il-maghruf kantant minn Sydney, Joe
Galea li kien fl-aqwa tieghu b’hafna kanzunetti godda.
Joe Galea ghadu l-favurit tal-komunita’ Maltija, mhux
ghax hu wiehed minnha izda ghax ghad ghandu vuci ferm
qawwija u sabieha.
Jim Borg mexxa l-lejla tajjeb hafna u haqqu prosit. Din
is-serata ghalkemm kienet xi ftit twila izda wriet ghal
darba ohra li t-talent ta’ nisel Malti li ghandna
fl-Awstralja huwa tajjeb daqs it-talent li jigi
jferrahna minn Malta.
Ghal din is-serata attendew ukoll is-Sindku ta’ Holroyd
Clr J. H Brodi, l-iSpeaker ta’ Assemblea Legislattiva
ta’ NSW, l-Onor John Aquilina, l-Onor Alan Cadman MP u
l-Konslu Generali Joanna Pisani. |