|
Il-Gvern u
l-Knisja ma jridux iwiegbu |
|
|
|
Il-grupp
li jgib l-isem ta’ CMOM minn Western Australja jidher li
mhux se jhallu lill-Gvern Malti u lill-Knisja Maltija
jinsew it-talba gusta taghhom biex il-grajja tal-310
tfal Maltin li gew mibghuta l-Awstralja jibqghux
imfakkra fl-istorja ta’ l-emigrazzjoni. Dan il-grupp li
diga hedded lill-Gvern Maltin li jpoggi l-kaz tieghu
quddiem il-Qrati Internazzjonali ghamilha cara li jinsab
frustrat sa l-ahhar bil-mod kif il-Gvern u l-knisja
Maltija qeghdin iharsu lejn l-istorja ta’ dawn it-tfal.
Fl-ahhar stqarrija li hargu, ic-CMOM qalu li sabu appogg
shih mis-Senatur Andrew Murray minn WA, li fil-fatt kien hu
stess wiehed mit-tfal li gew l-Awstralja taht l-iskema
tac-Child Migration. Kien ukoll c-chairman tal-2001 Child
Migration Inquiry Report taht l-isem ta’
Lost Innocents: Righting the
Record. Dan
ir-rapport hareg ghadd ta’ rakkomandazzjonijiet. |
| |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050808_ChildMigrant.jpg |
|
|
Il-Monument tac-Child Migration f'Western Australia biz-zewg
plakki quddiemu. |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050808_SenatorPlowman.jpg |
|
|
Prof David
Plowman, il-Ministru Shiela McHale u s-Senatur
Andrew Murray
meta nfetah il-monument f'W.A.. |
|
|
|
Is-Senatur kiteb
lill Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, l-Onor
Alexander Downer fejn qallu li l-Gvern ta’ Malta
naqas li jwiegeb ghal dawn ir-rakkomandazzjonijiet.
Is-Senatur Murray qal li se jqajjem dan in-nuqqas
tal-Gvern Malti fis-Senat Awstraljan.
Skond stqarrija miktuba minn Paul Calleja membru
promoninti, c-CMOM kellhom ghadd ta’ laqghat
favorevoli mar-rapprezentanti tal-Gvern u l-Knisja
Maltija f’dawn l-ahhar snin izda l-weghdiet ta’
appogg li ghamlu ma gewx imfarrfa f’fatti.
Is-sena l-ohra f’Western Australia gie inawgurat
monument biex ifakkar l-iskema tac-Child Migration.
Il-Maltin irnexxilhom jikkonvincu lill-awtoritajiet
Awstraljani biex saret plakka separata |
|
fejn giet
imsemmija l-iskema minn Malta. Ta’ min ifakkar li
ghac-cerimonja tal-ftuh ta’ dan il-monument
ir-rapprezentanti tal-Gvern Malti fl-Awstralja naqsu
li jkunu prezenti.
Fl-2000, Il-Gvern ta’ Western Australia ried
jirregala lill-Kummissjoni Gholja tapes irrekurdjati
xhieda hajja ta’ dak li gara bl-iskema tac-Child
Migration izda r-rapprezentant tal-Gvern Malta ta’
dak iz-zmien ma accetthom ghax qal li huma ta’
“natura politika sensittiva”
L-istorja tac-Child Migration mill-pajjiz
tal-Commonwealth ghall-istituti kattolici
fl-Awstralja splodiet ricentament f’ghadd ta’ akkuzi
li gew ippruvati. Instab ukoll
li kien hemm
tfal li gew abbuzati sesswalment,
psikologikament u fizikament. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Rugby jew Futball? |
|
|
|
Meta
fl-Awstralja ssemmi l-loghba tar-Rugby League u l-futball
(jew kif nafuh hawn bhala soccer) qisek qed isemmi l-anglu u
x-xitan. Tul dawn l-ahhar 60 sena, l-amministraturi
tar-Rugby League f’NSW u l-media dejjem ippruvaw ifixlu biex
is-soccer ma jikbirx ghax jafu li din il-loghba hija
popolari u l-veru futball tad-dinja kollha. Nghidu ukoll li
bejn ir-Rugby League u r-Rugby Union hawn rivalita’ kbira u
hawn huma mghaduda bhala zewg codes totalment differenti.
Ghalhekk kien ta’ pjacir, meta madwar sena ilu xi zghazgh
Maltin dilettanti tar-Rugby League li hadu l-isem
ta' Malta |
|
|
Knights b’entuzjazmu kollu avvicinaw lill-klabb ta’
Parramatta Melita EaglesS.C biex jaghmlu uzu
mill-facilitajiet taghhom. Fil-fatt il-Melita Eagles
tant riedu jakkomodaw lil dawn iz-zghazagh li biddlu
l-isem minn Soccer Club ghal Sports Club u hallew zewg
partiti Rugby League jintlaghbu fil-Melita Stadium.

Izda sfortunatament dan l-arrangament spicca fix-xejn
ftit tal-gimghat ilu meta l-Malta Knights marru
ghar-rashom. Mhux se nidhol f’dettal ghaliex sar hekk
izda nhoss li dan kien pass lura u ttiehed minghajr
hafna hsieb ghal futur.

L-amministraturi tal-Malta Knights isejhu |
|
lilhom nfushom ukoll bhal Malta Rugby League Association
(MRLA) u ghandhom fl-iskop taghhom li jintroducu
l-loghba tar-Rugby League f’Malta. (Fil-prezent f’Malta
hadet spinta sewwa l-loghba tar-Rugby Union li kif
ghidna hija differenti mir-Rugby League). F’Ottubru 2005
il-Malta Knights se jnizzlu tim mill-Awstralja u se
jilaghbu loghba kontra tim minn Franza.
Il-MRLA (li joperaw minn Sydney NSW) jghidu wkoll li
huma “the official governing body” tal-Maltese Rugby
League u ghandhom hsieb li jdahhlu tim Malti fir-Rugby
League World Cup li se ssir fl-Awstralja fl-2008. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-ewwel CD ghal Adam Scicluna |
|
|
|
Adam
Scicluna sar wiehed mill-iktar kantanti mhux biss popolari
izda mfittxa mill-komunita Maltija ta’ NSW. Dan il-kantant
hu maghruf mhux biss mal-Maltin izda ghandu fama kbira bhala
tenur u entertainer ma’ dan l-Istat kollu. Huwa rebah ghadd
ta’ unuri fix-xena tad-divertiment u jidher regulalarment
fl-aqwa klabbs ta’ l-Awstralja.
Ghalhekk kif kien mistenni meta ddecieda li jilloncja
l-ewwel CD tieghu “Curtain Call” li fiha 16-il kanzunetta,
ghazel ic-Centru Malti, La Vallette li kien mimli bhal
balla, liema centru li sar ideali ghal serati ta’ din
il-kwalita’. Kif kien mistenni gie moghti merhba u applaws
kontinwu.
It-tieni parti ta’ din is-serata kienet kollha f’idejn dan
il-kantant b’vuci tremenda stil versitili u xi daqqiet
komiku, li jaf sewwa kif ghandu jilhaq lill-udjenza tieghu
b’kanzunetti popolari, klassici u anki dawk moderni. Adam
kanta wkoll diversi interpretazzjonijiet minn musicals
popolari fosthom Fiddler on the Roof. Ma jistghax jonqos li
din ic-CD se tkun popolari mhux biss mal-Maltin ta’
l-Awstralja izda anke f’Malta ghax sirna nafu li dan
il-kantant ghandu jkun Malta fi ftit xhur ohra. Ghal iktar
taghrif dwar Adam Scicluna ara l-website
www.adamscicluna.com
Il-programm fetah b’prezentazzjoni vizwali mill-President
tac-Centru Malti, Gejtu Pacei. Kien hemm kant u divertiment
ukoll minn Sam Mifsud u kantanta gdida, Carmen Cauchi. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050808_AScicluna.jpg |
|
|
Adam Scicluna |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Kburin ghax hi ta’ nisel Malti |
|
|
|
Sharon
Anne Borg hija ferhana u kburija giet moghtija
c-Cittadinanza Maltija u ghandha c-certfikat li juri dan
minn Malta. Sharon twieldet l-Awstralja u giet moghtija
c-Cittadinanza Maltija ghax mizzewga ragel ta’ nisel Malti u
ilha mizzewga aktar minn hames snin. Hi qalet li kienet
sorpriza meta sabet li setghet tikkwalifika ghal din
ic-Cittadinanza permezz taz-zwieg u applikat ghaliha minnu
fih.
Sharon Borg hija l-mara ta’ Syd JP Borg li huwa l-President
tal-Kamra tal-Kummerc Awstraljana-Maltija (AMCC). Flimkien
ma’wliedhom joqoghdu f’Saint Clair, subborg fil-punent ta’
Sydney.
Syd Borg ukoll huwa mwieled l-Awstralja minn missier Malti u
kburi hafna li martu akkwistat din ic-Cittadinanza.
Id-dizappunt li ghandu, izda, hu li wliedu ma jistghux
ikollhom ic-Cittadinanza Doppja ghax m’humiex tfal ta’
emigranti Maltin imma tfal tat-tfal ta’ emigrant. B’mod
partikolari jixtieq li bintu, li hija atleta li tipprometti
tkun tista tirrapprezenta lil Malta f’kompetizzjonijiet
internazzjonali bhal Commonwealth Games u l-Loghob
tal-Pajjizi z-Zaghar ta’ l-Ewropa. Minghajr ic-cittadinanza
doppja ma tistghax taghmel dan. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050808_SBorge.jpg |
|
|
Sharon Anne Borg |
| |
|
Minn
dawn il-kolonni ktibt kemm il-darba dwar dan is-suggett.
Alfred Fenech eks Konslu Onorarju qalli wkoll li huwa jaqbel
anzi jemmen li c-cittadinaza ghandha tinghata lil dawk ta' dixxendenza Maltija..
"Fic-ciklu tal- |
|
hajja
ta’ emigrant, ir-realta’ hija li l-familja tieghu
tikkonsisti mhux biss fit-tfal tieghu, izda fit-tfal
tat-tfal tieghu ukoll. Insibu wkoll li l-influwenza fuq
it-tfal dwar il-kultura u d-drawwiet Maltin, jigu aktar
min-nanniet milli mill-genituri" |
|
|
|
|
|
|
|