It-Tnejn, 1 ta' Awissu, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Iz-zewg bandieri

 

  Fin-nahat tal-Gold Coast fi Queensland ghandna Malti li ma jixba’ qatt ixerred l-isem ta’ art twelidu kull meta jkollu cans. Paul Lapira, imwieled il-Belt Valletta illum ghandu 78 sena izda ghadu ferm attiv tant li kull sena jiehu parti fil-Gold Coast Airport Marathon. Dis-sena hekk ghamel izda ltaqa’ ma’ saram. Ghal hafna snin Paul dejjem igorr mieghu l-bandieri taz-zewg pajjizi li tant jghozz u tant ihobb jigiferi Malta u l-Awstralja. Dis-sena l-organizzaturi qalulu bla tlaqliq "..Paul no flags.." izda Pawlu taghna mhux se jahalliha tghaddi taghhom, diga beda battalja biex sena ohra jhalluh jigri bil-bandieri.

Paul Lapira li dis-sena ha sehem fis-sezzjoni ta’ l-etajiet bejn 75 sas-79 sena, irregistra hin ta’ 1:09:41 u gie t-tieni f’din is-sezzjoni tul ta’ 10 km. Paul Lapira nsista mieghi li mhux se jhallielhom lixxa u diga talab l-ghajnuna

 

Fir-ritratt jidher Paul Lapira bil-bandieri qabel it-tigrija

 

tal-Gold Coast Bulletin li gabitlu appell dwar il-bandieri ghal sena ohra. Tassew Malti  kburi li f'kull okazzjoni juri

 

fejn twieled u fejn qieghed jghix bl-istess kburija u mhabba u fuq kollox minghajr misthija.

 
 
 Tarbija tmut bil-marda meningococcal
 

 Meta s-sistema tas-sahha tfalli taghmel hekk b’konsegwenzi koroh. Dan indunaw bih il-geneturi tac-ckejken Dylan meta haduh l-isptar ta’ Blacktown NSW. Ian u martu Lina Zammit mis-subborg ta’ Dean Park NSW hadu lit-tifel taghhom Dyland ta’ tlett xhur lejn l-isptar meta ndunaw li mill-bikja tieghu deher li kien hemm xi haga hazina. Waslu l-isptar fis-1 am u wara li gie ezaminat mit-tabib gie mibghut lura lejn id-dar.

Il-geneturi, Ian ta’28 sena u martu Lina ta’ 27 sena, innutaw b’tebgha hamra fuq ghonq it-tarbija u regghu cemplu lill-isptar. Biex jevitaw li jdumu jistennew sieghat shah, il-geneturi hadu lil Dylan ghand GP fi Plumpton. Hekk kif it-tabib rah mill-ewwel baghtu lejn l-isptar ta’ Mt Druitt. Minn hemm Dylan gie mehud b’urgenza lejn Westmead Children Hospital fejn miet fid-8pm.

Kif qalilna Ian Zammit, it-tifel tieghu, minn tarbija vivaci b’dahqa li tisraqlek qalbek fi 12-il siegha intilef u miet. Huwa ma setax jifhem kif l-Isptar ta’ Blacktown baghtuh lura d-dar u ma ndunawx li ghandu l-marda ta’ meningococcal. In-nanniet ta’ Dylan, Joe u Carmen Zammit, prominenti hafna fil-komunita Maltija, bi swied ta'  qalb qalulna ukoll li

 

Dylan Zammit

 

din kienet tragedja kbira ghall-familja kollha.

Kelliemi ghal Sydney Area Health Services qal li l-marda meningococcal hija difficli biex tigi maghrufa specjalment meta tkun fil-bidu taghha. Meta wasal l-isptar Dylan gie ezaminat skond gwidi stabbiliti meta t-tfal ikollhom id-deni. Huma ghalhekk qalu lill-geneturi li jekk it-tarbija tizviluppa rash ghandhom igibuh lura lejn l-isptar.

 

Iktar tard intqal li se jkun hemm rivista klinikali ghaliex l-ispecjalista (paediatrician) ma gie mitlub biex jezamina lil Dylan meta kien l-isptar ta’ Blacktown specjalment meta skond l-istess Ministru tas-Sahha Morris Iemma fl-isptar kien hemm erba’ tobba u paeditriacian. Dr Dennis Raymond id-direttur tal-paediatrics ta’ l-isptarijiet Blacktown u Mt Druitt ikkonferma li mhux facli li tinduna fil-marda meningocccal fil-bidu taghha.

 
 
 Fic-censiment
 

 Fl-ahhar xhur ta’ dis-sena f’Malta se jsir ic-censiment immexxi mill-Ufficcju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, ezercizzjzu ta’ kull 10 snin. Minn censiment bhal dan johorgu hafna dettalji importanti biex in-nazzjoni Malti jkun jista’ jippjana ghal quddiem. Nixtieq ghalhekk lil minn dawn il-kolonni naghmel appell herqan biex meta jsir dan ic-censiment f’Malta jigu inkluzi mistoqsijiet bhal

1.Ghandek xi cittadinanzi ohra barra dik Maltija u jekk iva ta’ liema pajjiz.

2.Jekk qattx kont emigrajt ghal zmien ta’ iktar minn sena kontinwament f’xi pajjiz iehor u jekk iva fejn?
 
Minn dawn it-twegibiet nkunu nafu hafna affarijiet marbuta mal-kuncett ta’ “Greater Malta”. Inkunu nafu ukoll kemm gew lura Maltin li kienu emigraw u forsi wkoll minn fejn gew il-flus u l-gid li gabu lura maghhom minn barra hafna Maltin.
 
Hija hasra li waqt li nafu l-ghadd ta’dawk li marru bhala emigranti lejn hafna nahat tad-dinja, izda ma narfux kemm minnhom gew lura lejn Malta.
 
Hija mportanti wkoll li nkunu nafu kemm huwa n-numru ta’ persuni li jghixu f’Malta li ghandhom izjed mic-cittadinanza Maltija.

 
 
 Samaritani f’Melbourne
 

 Il-gazzetta Sun Herald li tohrog f’Melbourne qed tniedi l-“Pride of Australia Medal 2005” Il-gazzetta qed tappella ghan-nominazzjonijiet minn persuni li wettqu affarijiet straordinarji izda li ma gewx moghtija gharfien. Din il-gazzetta diga habbret ghadd ta’ nominazzjonijiet u fost dawn nilmhu zewg persuni b’ismijiet Maltin.

Brian Tanti huwa coach-builder izda dan l-ahhar irnexxilu jirrestawra b’hila kbira mudell ta’ Rolls-Royce Silver Ghost 1911 (miniature). Hadem fuqu madwar 300 siegha. Dan kellu jkun rigal ghall-erbat itfal bniet tieghu izda kif spicca dan ix-xoghol delikat talab lit-tfal biex dan il-mudell jinbiegh u l-flus imorru ghal karita’. Hekk gara u f’bejgh bl-irkant li Strarlight Children Foundation dahhlu $8500. Brian Tanti gie deskritt bhal persuna li taghmel hafna karita’. Huwa ha fama ghax kien jiehu hsieb il-kollezzjoni ta’ karozzi klassici ta’ Lindsay Fox (trucking tycoon).

Malti  iehor  huwa  Charlie  Galea  ta'  54

 
 

Brian Tanti

 

Charles Galea

     

sena li ghal dawn l-ahhar 15-il sena, sitt ijiem fil-gimgha ilesti l-ikel ghal madwar 400 persuna zvantaggjati f’St Kilda’s Sacred Heart Mission. Dan is-Samartitan gie nnominat ghal midalja bhala benefattur ta’ qalbu tajba. Charlie

 

huwa missier ta' erba' u nannu ta' erb'’ ohra. Hu jibda jlesti fil-5 am. Il-hsieb tieghu hu li jmur jara lill-ommu Malta li ghandha 97 sena. Nawgurawlhom it-tnejn u zgur li huma ta' ezempju ghal hafna ohra fil-qasam tal-voluntarjat.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2005 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.