It-Tnejn, 18 ta' Lulju, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Il-wasla ta’ George Cross f’Malta

 

  Ir-rabta storika bejn Malta u l-Awstralja kompliet tohrog iktar fil-berah meta l-istorja ta’ kif il-midalja tal-George Cross moghtija lil Malta mir-Re Gorg XI ghal qlubija giet irrakuntata minn James Savege ta’ 83 sena meta kien il-mistieden specjali fil-laghqa ta’ kull xahrejn tal-Past Pupil of Don Bosco li saret Wentworthville Leagues Club.
 
James u martu Kate li vvjaggaw mic-Central Coast NSW fejn joqghodu gew nghataw merhba mill-President, Joe Fabri u mill-hafna membri ta’ din l-Ghaqda Maltija.
 
Bhala Technical Air Gunner fl-eta ta’ 21 sena, James Savage imwieled Redfern NSW kien stazzjonat mat-10 Sqdn RAAF fil-UK u l-Mediterran bejn is-snin 1940-44.

Wahda mill-missjonijiet li l-iskwada tieghu giet mitluba taghmel kienet tassew storika. Fil- 5 ta’ April 1942 lemah lil Field Marshal Viscount Gort VC li kien fi triqtu lejn Malta biex ikun is-successur ta’ Sir William Dobbie, riesaq lejn is-Sunderland flyboat li fuq kien iservi. Ma’ Sir William kien hemm l-ADC, il-Maggur G. Duffy. Izommu f’idejhom kellhom kaxxa misterjuza ta’ pregju kbir.
 
F’diskursata waqt il-vjagg, Lord Gort qal li kaptan tas-flyboat, Tom Stokes u  lil James Savage li fil-kaxxa kellu l-midalja “George Cross”. Hekk kif Lord Gort wasal fuq l-art kien hemm jistennih il-Prim Imhallef Sir George Borg biex jahtru bhala Gvernatur ta’ Malta waqt li Malta kienet fid-dlam, assedjata u bil-bombi nizlin kontinwament.

Sa kemm l-ajruplan gie servut u moghti l-htigiet biex ikun jista’ jsalpa lura lejn l-Ingilterra, imdawwar b’hafna perikli u air raids kontinwi, James Savage kellu jilqa’ abbord passigieri godda. Dawn kienu Sir William Dobbie, martu, it-tifla Sybil u hames persuni ohra fi triqthom lura lejn Gibilta.

Dobbie dam Gvernatur ta’ Malta ghal sentejn   bejn   1940/42.   Viscount   Gort

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050718_Savage1.jpg

James Savage, martu Kate u Joe Fabri, (lemin) il-President ta’ l-Ghaqda Don Bosco ta’ NSW.

Due to web space restrictions this image has been removed
050718_Savage2.jpg

Due to web space restrictions this image has been removed
050718_Savage3.jpg

James meta kien fl-RAAF stazzjonat fil-UK u illum.

 

serva bhala Gvernatur ta’ Malta wara Dobbie mill-1942 sal-1944. Ta’ min isemmi li l-flyboad li fuqha ngarr il-George Cross kienet propjeta tal-Gvern Awstraljan waqt li l-ekwipagg kienu kollha Awstraljani.

Fis-27  ta'  Novembru  1966,  il-bandiera

 

Awstraljana li l-ajruplan tal-bahar kien itghalla kull meta jkun fil-port, liema tifkira James Savage salva wara li l-ajruplan gie skrappjat tqeghdet fil-Garrison Church ta’ Sydney. Hdejha hemm plakka li tfakkar lil dawk kollha li bit-titjiriet taghhom fuq is-Sunderlands iddefendew lil Malta.

 
 
 30 sena ta’programmi tar-radju
 

 Fl-Awstralja ghandna stazzjoni tar-radju uniku li jxandar b’68 lingwa differenti. Fl-ebda pajjiz tad-dinja ma hawn stazzjon bhalu. L-Special Broadcasting Service (SBS) inizjattiva tal-Gvern Federali Awstraljan ghandhom kemm radju u anke TV. Ir-radju jxandar madwar 650 siegha ta’ programmi kull gimgha fosthom sintendi l-lingwa Maltija. F’Sydney hemm 4 siegha fil-gimgha, Melbourne 8 sieghat u fuq in-Nazzjonal hemm saghtejn fil-gimgha. Il-programmi ta’ Victoria (Melbourne) immexxija minn Joe Axiak qed jiccellebra l-30 anniversarju minn mindu bdew taht it-tmexxija tal-mikbi Dr Joe Abela. Sar programm specjali li ghalih kienu mistiedna ghadd sabieh ta’ persuni minn kull sezzjoni tal-komunita Maltija f’Melbourne. Irnexxili nakkwista ritratt ta’ din l-okkazjoni storika fejn jidhru x-xandara ewlenin, Joe Axiak, Marlene Grech u Tony Spiteri ma’ dawk li kienu fl-istudjo.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050718_SBS30Years.jpg

Fir-ritratt jidher it-TV li fuqu raw il-video conference dawk li kienu f'Sydney l-Awstralja.

 
 
 
 Harga xitwija
 

 L-Ghaqda Maltija ta’ Sydney “Don Bosco” organizzaw zjara lejn Belgenny Farm f’Camden fejn twieldet l-agrikoltura fl-Awstralja, farm storiku li bdew il-familja ta’ John u Elizabeth Macarthur. Illum f’dan il-farm li fiha hafna bini li huma hertitage listed tista’ facilment tmur lura fl-istorja ghax hemm hafna esibizzjonijiet ta’ snajja antiki, suldati u persuni libsin taz-zmenijiet l-antik. Cimiterju fejn indifnu l-familja Macarthur u affarijiet storici ohra. Il-harga wkoll haditna f’Koi Farm fejn rajna hut ta’ l-ilma helu ta kull daqs u kulur. Fl-ahhar spiccajna fil-Vicary’s Winery f’Luddenham biex doqna kwantita varjata ta’ nbid.

Due to web space restrictions this image has been removed
050718_BelgennyGroup.jpg

F’dan ir-ritratt jidhru dawk li marru ghal din il-harga xitwija.

 

 
 Rugby League fost il-Maltin
 

 L-iskop tal-Malta Knight, l-ewwel tim tar-rugby league tal-Maltin fl-Awstralja huwa li jferrxu din il-loghba mal-komunita’ Maltija. Fl-Awstralja, il-Maltin iktar huma delittanti tal-ballun tond u mhux dak zenguli. Il-Malta Knight li qeghdin jilaghbu u ghandhom assocjazzjoni shiha ma’ Parramatta Melita Eagles Sports Club ftit ilu organizzaw l-Miss Malta Knight Pageant 2005 f’St Dominic’s College Kingswood.
 
L-MC kien il-kummidjant Malti tal-Fat Pizza Show tal-ABCTV, Paul Fenech. Kien hemm prezenti wkoll Candice Falzon (Iron Woman). Il-kuntest kien fih 12-il tfajla u r-rebbieha kienet Rachel Muscat, studenta fl-arti u l-ligi minn Woronora Heights li rebhet vjagg ghal Malta u lura bl-ajru. Runners ups kienu Lauren Borg u Tara Micallef.
 
Il-Malta Knight, ir-Rugby League tim se jnizzlu skwadra ta’ 18-il plejer u tlett ufficjali f’Malta u se jilghabu fil-ground tal-Hibs fit-22 ta’ Ottubru 2005 kontra tim minn Franza bl-isem ta’ Espoirs.

 
 

 

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050718_MuscatRachel.jpg

Rachel Muscat

 
 
 Fil-qosor
 

 Zewg Maltin maghrufa mietu f’dawn l-ahhar gimgha. L-ewwel thabbret il-mewt ta’ Andrew Mangion (li jigu hu s-Superjur Generali tal-Ordni ta’ San Pawl (MSSP). Indri mill-Mosta miet ta’ 69 sena. Kien wiehed mill-atturi principali ta’ l-Ghaqda Teatrali ta’ NSW “ic-Cittadini”.
 
 Thabbret ukoll il-mewt ta’ Charles Mangion maghruf hafna fil-qasam tal-produzzjoni tal-films. Charles imwieled Hal Luqa kellu 49 sena gie lura lejn Melbourne wara li ghamel hafna snin Malta. Huwa kien maghruf ghas-serje televizzivi li pproduca, The Maltese Connections, The Maltese u Destination Malta.
 
 Il-kavallieri ta’ l-Ordni ta’ San Gwann (SMOM) iccelebraw il-festa tal-Padrun taghhom f’Melbourne. Saret ukoll ceremonja ta’ l-investitura ta’ 22 membru gdid. Fost dawn kien hemm Laura Boffa li zewgha Dr George Boffa diga huwa wiehed mill-Kavallieri.
 
 Ghaqda ohra ta’ Kavallieri jidher li hatret lil John D’Amato minn Brighton-le- Sands NSW bhala Grand Prior fl-Awstralja tas-Sovereign Order ta’ San Gwann ta’ Gerusalem. Dawn ukoll kellhom ceremonja ta’ l-investitura fl-okazzjoni tal-festa ta’ San Gwann.
 
 Il-ktieb "A decade of Australian-Qala Association" miktub minn Dr Raymond Xerri li meta kien iservi fil-Kummissjoni Gholja ta’ Malta f’Canberra iffurma din l-ghaqda f’Melbourne waqt li kien qieghed jistudja fil-Victoria University ghad-dottorat tieghu dwar l-immigrazzjoni Ghawxija fl-Awstralja. Dr Xerri bhal issa qieghed fil-Kummissjoni Gholja f’Londra izda gie Melborune biex ikun prezenti ghal dan il-lloncjar. Il-kelliemi principali kien il-Prof Maurice Cauchi, President tal-MCC ta’ Victoria li hu wkoll Ghawdxi. Tkellem ukoll il-Prof Ron Adams tal-Victorian University. Qed jinghad li Dr Xerri, dalwaqt ikun lura fl-Awstralja bhal membru tal-Kummissjoni Gholja fl-Awstralja fejn minn ftit xhur ohra sas-sena 2006 se jkun hawm mill-inqas erba’ postijiet li jistghu jinbidlu.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2005 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.