It-Tnejn, 11 ta' Lulju, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Jirrzenja Konslu Onorarju ta’ Queensland

 

  Wara tlettax il-sena li kien ilu Konslu Onorarju fl-iStat ta’ Queensland, Albert Hili irrizenja. Kien ilu jinghad ghal hafna xhur li dan il-Konslu Onorarju ma setghax ikompli bix-xoghol tieghu. Fis-7 ta’ Lulju jidher li baghat r-rizenju tieghu ufficjalment. Ir-rizenju tieghu kienet ikkagunata minhabba li accetta posizzjoni mal-kumpanija li jahdem maghha li se tiehdu ghal numru ta’ snin f’Londra, l-Ingilterra.

Il-Kummissarju Gholi fahhar il-kwalitajiet umani u d-dedikazzjoni professjonali ta' Albert Hili u qal li mhux se jkun facli biex jimla din il-posizzjoni. Fl-iStat ta' Queensland hemm madwar 2800 persuni li twieldu Malta, hafna minnhom issettiljaw f'dan l-iStat minhabba klima iktar Mediterranja u fittxew li joqghodu hdejn il-bahar. Il-Maltin f'dawn l-iStat huma mferxin mhux hazin izda l-maggoranza tal-Maltin ghadhom joqghodu   fin-nahat   ta'   Brisbane  u   l-

 

Gold Coast waqt li hemm komunitajiet antiki fit-tramuntana ta’ dan l-iStat. L-isem ta’ Rowina Bell-Bradbury qed tissemma bhala l-Konslu Onorarju l-gdid fi Queensland.

Il-Maltin li jghixu fi Queensland jittamaw li ma jridux idumu jistennew wisq biex jinhatar jew tinhatar Konslu Onorarju kif gralhom il-Maltin ta’ South Australia meta wara 14-il sena ta’ servizz kien irrizenja Gejtu Grech u l-Gvern Malti dam sentejn shah biex hatar xi hadd iehor minfloku f’South Australia.

Fl-iStat ta’ NSW kellna ukoll ir-rizenja ta’ Konslu Onorarju iehor f’Settembru 2003 izda il-Gvern ghadu ma hatar lil hadd minn floku anke jekk dan kellu l-kariga ta’ konslu kummercjali. Meta l-Gvern Malti idum daqstant biex jahtar persuna ohra f’dawn il-posizzjonijiet jidhol id-dubju kemm hemm apprezzament u kemm huma essenzjali dawn il-posizzjonijiet.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050711_Hili.jpg

Albert Hili

 
 
 Il-Ministru Michael Frendo se jzur l-Awstralja
 

 L-Avukat Michael Frendo habbar li se jaghmel zjara fl-Awstralja kmieni s-sena d-diehla. Hu qal li jispera li zjara bhal din mhux biss tkompli ssahhah ir-rabta bejn il-Maltin li jghixu Malta u l-Maltin li jghixu fl-Awstralja, imma li sservi ukoll biex tinghata spinta lejn il-process ta’ tishih li l-Gvern Malti jixtieq jara fir-relazzjonijiet kummercjali bejn Malta u l-Awstralja.
 
Fl-okkazjoni tat-tielet laqgha tal-Korp Konsolari Malti fl-Awstralja u New Zealand, il-Kummissjoni Gholja ta’ Malta, flimkien ma’ l-
Australian Maltese Chamber of Commerce u l-Maltese-Australian Business and Professional Association ta’ NSW, organizzat Business Seminar fil-Head Office ta’ PCS Australia f’Granville, NSW.
 
Il-qofol tal-Business Seminar intlahaq f’
video conference ta’ saghtejn ma’ Malta li fiha ppartecipa Dr Michael Frendo, Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u ohrajn. Fil-konkluzjoni tal-video conference l-Ministru Frendo ghamel diskors l-aktar importanti dwar ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Awstralja u New Zealand minn mindu saret iz-zjara tal-Prim Ministru Malti fl-Awstralja u New Zealand f’Awissu 2002.
 
Il-Ministru Frendo sahaq li parti importanti tal-politika tal-Gvern Malti fil-hidma ta’ Malta fil-qasam internazzjonali hu proprju li naghmlu l-ahjar uzu tar-rizorsi  taghna biex nattiraw

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050711_Video.jpg

Fir-ritratt jidher it-TV li fuqu raw il-video conference dawk li kienu f'Sydney l-Awstralja.

 

aktar investiment u negozju lejn Malta. Il-Ministru spjega kif dan japplika b’mod partikolari fil-kaz tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Awstralja u New Zealand fejn it-tishih tar-relazzjonijiet kummercajli jistghu jkunu ta’ beneficcju qawwi ghaz-zewg nahat.

L-investitur jew negozjant mill-Awstralja jew New Zealand irid iqis li llum, wara d-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, Malta m’ghadiex suq zghir izda saret tifforma parti minn suq wiehed ta’ aktar minn 450 miljun ruh. Il-pozizzjoni strategika     ta'    Malta     fic-centru    tal-

 

Mediterran, li flimkien mar-relazzjonijiet politici u kummercjali mill-aqwa li ghandha mhux biss mal-pajjizi Ewropej imma ukoll mal-pajjizi fin-naha ta’ fuq ta’ l-Afrika, jaghmlu lil Malta post idejali biex wiehed jilhaq dawn is-swieq.
 
Il-Ministru Frendo semma’ b’mod partikulari l-kaz tat-Tunezija, il-Libja u l-Egittu li bejnithom flimkien isarrfu f’suq ta’ ’l fuq minn 85 miljun.
 
Thabbar ukoll li Dr Alfred Sant u Dr Michael Falzon tal-MLP se jzuru l-Awstralja kmieni f’Awissu.

 Klabb bi storja kbira

 Parramatta Melita Eagles Sports Club habbar dan l-ahhar li rnexxilhom jinneguzjaw lease ta’ 21 sena ohra fuq il-kumpless li ghandhom fin-nahat ta’ Granville fejn hemm il-Melita Stadium u l-klabb taghhom. Dan habbru Tony Azzopardi, il-President meta qal li wara hafna xhur ta’ negozjar ma’ Parramatta City Council gie ffirmat il-kuntratt.
 
Il-Melita Eagles ilhom fil-fatt bnew dan il-kumpless minn fuq sa isfel f’dawn l-ahhar 20 sena meta l-istess Kunsill kien hallihom jaghmlu uzu minn art li fiha ma kien hemm xejn hlief bicca art lixxa f’forma ta’ ground. Illum fil-Melita Complex hemm stadium, hall kbir li jigi uzat ghall-funzjonijiet socjali, parti ta’ rikreazzjoni u resturant Malti popolari ferm.
 
Tony Azzopardi habbar ukoll li qed tissahah iktar ir-relazzjoni li l-Melita Eagles ghandhom ma’ Granville Districts Association.
 
Hija hasra li xi whud fil-komunita Maltija (li misshom jafu ahjar) meta jitkellmu dwar in-nuqqas ta’ participazzjoni miz-zghazagh Maltin dejjem jinsew li l-klabb tal-Melita Eagles jigbor fih madwar 150 zghazguh hafna minnhom ta’ nisel Malti li kull gimgha jiehdu parti fl-attivitajiet sportivi ta' dan il-klabb kemm fil-qasam

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050711_Eagles.jpg

Mix-xellug: Ken Bray (Granville DSFA), Michael Quarmby (Soccer NSW), il-Lord Mayor ta’ Parramatta City Clr David Borger, Tony Azzopardi (President), George Ellul (Manager), Neville Davies (Parramatta City Council) u Joe Borg (Segretarju).

 

tal-juniors u l-youths. Parramatta Melita Eagles ghandhom bla dubju wiehed mill-ikbar klabb Malti fl-Awstralja u skond ma qalli Tony Azzopardi ghandhom madwar 500 membru attivi fil-hafna sferi tal-klabb. Jinsew ukoll li kien dan il-klabb li offra l-facilitajiet kollha u accetta f’daru lil Malta Knights, it-tim tar-rugby league f’NSW.

 

It-tim ewlieni ta’ dan il-klabb, Parramatta Eagels dis-sena kellhom stagun hazin hafna u spiccaw minn ta’ l-ahhar fil-Premier League izda ghalkemm jistghu jigu relegati, tant ghad hemm konfuzzjoni fit-tmexxija ta’ Soccer NSW li l-futur ghadu incert hafna dwar ir-relegazzjoni u ghad hemm tama li jibqghu fil-Premier League ta’ NSW.

 Success iehor
 

 Laqghat ta spiss li fihom jigi moghti taghrif mehtieg lill-Maltin f’NSW saru attivitajiet specjalizzati li jorganizzaw il-Maltese Welfare (NSW). F’dawn l-ahhar xhur ipprezentaw zewg laqghat ta’ taghrif dwar l-ippjanar finanzjarju specjalment kif ghandek thaddem il-flus tieghek qabel ma tirtira biex tkun tista’ tipparticipa ahjar mis-servizzi u l-ghotjiet tal-Gvern li hafna minnhom huma ‘means tested‘. F’dan ir-ritratt jidhru xi uhud li attendew flimkien ma’ Harold Boddinar u martu Maria (li hi Maltija) li huma assocjati mal-kumpanija Boddinars Financial Services u Fiducian Financial Services. F’dawn iz-zewg laqghat tkellmet Marie-Louise Muscat li tispecjalizza f’dan il-qasam.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050711_Welfare.jpg

Il-hin ghas-sajf

 
Id-Daylight Savings se jigi mtawwal fl-2006 minhabba li f’Melbourne se jkun hemm il-Commonwealth Games. Jidher li l-iStat ta’ Victoria talab lill-iStat ta’ NSW biex ma jibdilx l-arloggi sat-2 ta’ April 2006. Is-soltu daylight savings jispicca fis-2am fl-ahhar Hadd ta’ Marzu f’NSW, Victoria, ACT, South Australia u Tasmania. NSW kienet ibbenefikat hafna meta kellha arrangamenti ma’ l-iStati l-ohra biex matul l-Olimpjadi 2000 li saru f’Sydney, il-hin tas-sajf gie estiz bi ftit gimghat ohra.
 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2005 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.