|
Laqgha tal-korp
Konsulari |
|
|
|
Il-gimgha
l-ohra semmejt il-laqgha li saret f’Sydney tal-Korp Konsulari
Malti li ghandna fl-Awstralja. Din hija inizjattiva
tal-Kummissarju Gholi li kemm ilu f’din il-kariga sejjah tlett
laqghat. Kif semmejna din il-laqgha kienet imferxa fuq tlett
ijiem. Jidher dawk il-laqghat li saru fil-maghluq servew
il-htiega li ghalihom gew imsejjha. Stennejt madwar 11-il jum
ghal xi stqarrija ufficjali dwar dawn il-laqghat izda sa kemm
qed nipprepara dan ir-rapport kont ghadni ma rajt xejn.

Skond rapport li deher f’The Maltese Herald (21/6.05),
il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja, certu partijiet
li gew organizzati mill-Kummissjoni Gholja kienu ta’
dizappuntament kbir.

Jidher li l-pranzu li sar fic-Centru Malti La Vallette kien ta’
success u dan ic-Centru hareg bl-unuri kollha. Wara li spicca l-pranzu
bi hlas, il-Kummissarju Gholi kien ilu javza li kellha ssir
konferenza stampa biex il-Korp Konsulari jkollu l-opportunita’
li jiltaqa’ mal-membri ta’ l-istampa izda din il-konferenza
stampa spiccat iktar bhala laqgha bejn il-hbieb ghax
il-konslijiet ta’ l-iStati l-ohra ma kienux prezenti, kif ma
kienux prezenti hafna mill-gurnalisti Maltin.

Fuq nota persunali nixtieq inzid li l-Kummissarju Gholi ta’
Malta fl-Awstralja, Dr Ivan Fsadni ha l-okkazjoni tal-laqgha
pubblika kommemorattiva ghall-Korp Konsulari biex waqt referenza
ghal xi kritika
li jircievi |
|
 |
|
Membri tal-Korp Konsulari li attendew il-laqgha ta’ Sydney:
Fuq mix-xellug: Dr Anthony Sciberras (SA), Dr Carmen Dalli
(Wellington NZ), Angele Azzopardi (Canberra), Patricia Thake
(Auckland NZ), Frank Scicluna (SA). Quddiem: Clemente Zammit
(Melbourne), Dr I. Fsadni (Canberra) u Joanna Pisani
(Sydney). |
 |
|
semma’ lili b’ismi u kunjomi fl-assenza tieghi. Ma semma’
lil hadd iehor individwalment izda lili biss, ghalkemm
hemm ohrajn li bir-ragun u ghax ghandhom kull dritt,
meta jkun xieraq jikkummentaw kemm fuq ix-xoghol tieghu
u anke dwar il-Gvern li jirrapprezenta. |
|
Ippruvajt nitolbu spjegazzjoni personali fil-privat izda
dan il-Kummissarju Gholi wara li semmieni inkonnessjoni
ma’ kritika, meta kien jaf li jien ma kontx prezenti
qalli li ma jistghax jidhol f’polemici. Mhux sewwa
ghar-rapprezentant tal-gvern ta’ Malta fl-Awstralja li
jitfa’ l-gebla u jahbi idu. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Gvern Awstraljan jonora lil
zewg Maltin ohra |
|
|
|
Il-Gvern
Awstraljan f’jum l-gheluq snin ir-Regina habbar li zewg Maltin
gew moghtija l-OAM jigifieri l-Order of Australia Medal, l-ikbar
unur li l-Gvern Awstraljan jista’ jaghti jigifieri dak li
jdahhlek fl-Ordni ta’ l-Awstralja.
Kien misthoqq ghalhekk li din id-darba jkun Dr Barry York minn
Canberra, ir-ricerkatur Awstraljan Malti li jircievi dan l-unur
ghax-xoghol tieghu fost il-komunita permezz tar-ricerka tieghu
fil-qasam ta’ l-immigranti specjalment il-Maltin.
Dr York ghandu ommu Ingliza u missieru Loreto Mejlak kien l-ewwel
Sindku Malti fl-Awstralja. Huwa kiteb diversi kotba dwar l-istorja
ta’l-immigrazzjoni Maltija, ricerka metodika li wriet bid-dettal
kollu dak kollu li ghaddew minnu l-emigranti Maltin li marru l-Awstralja.
Huwa wkoll kien institgatur biex jirrekordja l-istorja ta’ ghadd
kbir ta’ Maltin ghal posterita’liema recording jinstabu
fil-Librerija Nazzjonali f’Canberra.. Barra dan kollu Dr York
spira lil nies ohra biex jaghmlu wkoll ricerka
dwar il-Maltin u |
|
 |
|
Dr
Barry York OAM |
| |
|
offrilhom hafna ghajnuna. Dr Barry York OAM huwa
mizzewweg lil Joan u ghandhom zewgt itfal Joey ta’ 11-il
sena u Hannah ta’ 9 snin.
L-OAM giet moghtija wkoll lil Laurence Mizzi
ta' 80
sena minn
Ingham |
|
|
 |
|
Laurence Mizzi OAM |
| |
|
Queensland liema unur gie moghti ghal hidmietu fl-industrija
taz-zokkor. Dan il-Malti fil-fatt ivvinta l-magna
tal-hsad tal-kannamieli msejjha "harvester". Laurence
Mizzi OAM u martu Yvonne ghandhom tlett itfal Noelene,
Paul u Janet. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Moghti gharfien |
| |
|
F’Mejju,
matul ta’ tlett ijiem gie ccellebrat il-25 anniversarju
tal-Federation of Ethnic Communities’ Councils of
Australia b’konferenza kbira li saret fit-tempju
tasl-Buddisti, Nan Tien fis-subborg ta’ Berkeley fil-belt
ta’ Wollongong li tigi madwar 90 km boghod minn Sydney.
Ghal din il-konferenza attendew
madwar 300 |
|
delegat mill-Awstralja kollha. It-tema tal-konferenza
kienet "The Way Forward". Tkellimt ma’ George Bartolo li
ghal dawn l-ahhar 25 sena ilu membru ta’ dan il-kunsill
fin-nahat ta’ fejn jghix jigifieri f’Wollongong. George
qalli li f’dawn in-nahat biss hemm jghixu madwar 120
nies ta’ nazzjonalista’ differenti u
ghalhekk kien xieraq li
l- |
|
 |
|
George
Bartolo jidher hawn flimkien mal-President Ken Hebak u s-segretarja,
Dr Eli Storey tal-FECCA quddiem it-tempju Nen Tien. |
|
|
 |
 |
|
George Bartolo bl-award |
| |
|
konferenza ssir f’din il-belt regjonali. L-ewwel
darba li din i l-konferenza
masaritx f’belt kapitali.
Waqt prenzu li sar bhala celebrazzjoni f’Bulli Tops saru
tmien ghotjiet lil persuni li ghamlu xoghol eccezzjonali
fil-komunitajiet taghhom tul hafna snin. Wiehed minn dawk li
gew moghtija awards kien George Bartolo maghruf sewwa fin-nahat
ta’ Wollongong u fil-prezent segretarju tal-Maltese
Community Council ta’ NSW. Hadem u stinka ghal hafna snin
biex stabbilixxa ic-centru tal-Maltin li hemm f’Cringilla li
tieghu kien President ghal hafna snin. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Lura mill-Iraq |
|
|
|
Il-familja
ta’ Mary u Mario Debono minn Sunshine West (hdejn Melbourne)
jinsabu anzjuzi jistennew il-migja lura tat-tifel addotat
taghhom Lance Corporal Paul Portelli mill-Iraq.
Paul mar lejn l-Iraq sitt gimghat ilu meta gie assenjat bhala
vehicle commander ma’ l-Army Awstraljana, Al Muthanna Task
Group. Din kienet it-tieni darba li gie maghzul biex iservi
fil-Lvant Nofsani ghax fl-2003, hu ha parti ma’ l-ewwel grupp ta’
suldati Awstraljani li gew mibghuta f’Baghdad.
Mary Debono qalet li madwar 10 snin ilu huma addottaw lil Paul u
ohtu Victoria u saru xorta bhal uhiedhom l-istess f’kollox.
Lance Corporal Paul Portelli kellu biss 12-il sena u ohtu disa’
snin meta ommhom mietet kagun tal-kancru tas-sider, wara biss
hames snin |
|
mill-mewt
ta’ missierhom b’attakk f’qalbu.

Il-familja Debono kienu girien tal-familja Portelli f’West
Sunshine u ghalhekk accettawhom f’darhom ghax ma kellhomx fejn
imorru. “Ahna kburin b’Paul, missieru kien wkoll suldat u ghad
ghandna l-midalji tieghu” qal Mario Debono.

Meta tkellmu ma’ binhom fl-Iraq, Paul qal li jinsab kburi li
huwa leader tat-tim tassew maghqud fl-Iraq. Qal “li f’dawn in-nahat
naraw nies li ma ghandhomx l-istess opportunitajiet taghna u
ghalhekk nippruvaw naghtuhom kull ghajnuna biex jghixu hajja
ahjar”. Huwa kompla qal li l-poplu Iraqini ghandu dubji tieghu
dwar l-indhil tat-truppi Awstraljani u dan mistenni ghax “ahna
gejna fil-bitha taghhom u huma jridu jkompli jghixu l-hajja
taghhom”. |
|
 |
|
Ir-ritratt juri lil Mary u Mario Debono u oht Paul, Victoria |
|
|
|
|
|
|
|