|
Laqgha
konsulari f’Sydney |
|
|
|
Il-Kummissarju
Gholi ghal Malta fl-Awstralja, Dr Ivan Fsadni, ghazel li t-tielet
laqgha annwali tal-korp konsulari fl-Awstralja, din id-darba ssir
fl-inhawi tal-punent ta’ Sydney. Din il-laqgha li kienet imqassma
fuq tlett ijiem kienet tinkludi sinstendi sessjoni ta’
diskussjonijiet bejn il-Konslijiet, laqgha ghan-neguzjanti fejn kien
hemm video conference bejn Malta u Sydney, ikla fic-Centru Malti La
Valette u fl-ahhar saret ukoll konferenza stampa.Minn total ta’ 12
il-membru konsulari, tmienja attendew u erba’ ohra ma kienux
prezenti. Il-korp jikkonsisti mill-Kummissarju Gholi u l-Assistant
Kummissarju Gholi f’Canberra. Konslijiet Generali f’Melbourne u
Sydney. Konslijiet Onorarji; tnejn f’Melbourne li ma attendewx ghal
din il-laqgha, tnejn f’South Australia, attenda wiehed biss u tnejn
f’NZ u wiehed f’WA. Hawn xniegha li l-Konslu Onorarju ta’ Brisbane
rrizenja izda hadd ghadu ma qal xejn ufficjali. Thabbar ukoll li se
jigu moghtija 8 traineeship ghal Malta mill-Awstralja u NZ. |
|
|
|
|
|
|
|
Sigurta fl-ajruport |
|
|
 |
|
Raymond Camilleri |
|
|
|
Is-sigurta
fl-ajruporti ta’ l-Awstralja kienet taht il-lenti f’dawn l-ahhar
xhur meta tfajla minn Brisbane, Schapelle Corby giet
issentenzjata ghal 20 sena habs f’Bali l-Indonezja ghalkemm
hija baqghet tinsisti li d-droga li sabulha fis-surfboard ma
kinetx taghha u ghalhekk setghet giet mpoggiha hemm fl-ajruport
ta’ Sydney. Sa dan it-tant il-Gvern Federali qieghed
jimplimenta mizuri iktar stretti specjalment ma’ dawk
il-haddiema li jgorru l-bagalji fl-ajruport minhabba akkuzi
li hemm fosthom min qieghed ibabas jew huma midhla sewwa ta’
baruni tad-droga u mdahhla fit-traffikar illegali fl-Awstralja.
Haddiem fil-qasam tal-bagalji, impjegat mal-kumpanija ta’ l-ajru
Qantas bl-isem ta’ Raymond Camilleri ta’ 40 sena gie
arrestat mill-pulizija hekk kif kien diehel ix-xoghol fl-ajruport
ta’ Sydney. Huwa hareg bi plegg u ghandu jidher f’Waverley
Court kmieni ix-xahar id-diehel.
Camilleri gie akkuzat bhala “accessory after the fact” ta’
provizzjoni ta’ kwalita’ kummercjali ta’ droga. Fil-Qorti
ntqal li Camilleri wissa lil Kyran F. Terry, li kien ilu
mahrub ghal erba’ xhur li l-bagalja tieghu ta’ kulur iswed
mitlufa bejn Sydney u Melbourne li kien fiha b’kemm jiswew
$60,000 droga, giet mahtufa mill-pulizija. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ilhom 20 sena |
|
|
|
L-Ghaqda
ta’ l-Anzjani ta’ South Australia iccellebraw it-22 sena
mit-twaqqif taghha f’attivita’ li kellhom fil-klabb taghhom
stess fis-subborg ta’ Kilburn. Ghal din l-attivita’ attendew
il-Konslu Onorarju, Frank Scicluna u John Farrugia, il-Vici
Konslu flimkien man-nisa taghhom. Attendew ukoll Jennifer
Rankine MP u l-Kunsillier ghal Port Adelaide/Enfield, Peter
McKay u ohrajn.

Il-Konslu Onorarju f’diskors interessanti semma li din l-ghaqda
ghandha madwar 200 membru u rringrazzjhom tal-kontribut li
jaghtu. Irringrazzja wkoll lil dawk li tul l-ahhar 22 sena wrew
tant dedikazzjoni. Tkellmet ukoll Jennifer Rankine MP fejn
semmiet l-ghajnuna li jaghti l-Gvern Statali fi grants
lill-anzjani u wriet ix-xewqa ukoll li xi darba tmur izzur
Malta. Hija rringrazzjat lill-President, Thomas Borg u
pprezentat ghan-nom tal-Premier ta’ South Australia Mike Rann,
bhala rigal tlett kotba dwar Malta.

Din l-okazzjoni giet diskritta bhala wahda li ma tintesa qatt
fl-istorja tal-Maltin ta’ Adelaide. Sar ringrazzjament ukoll lil
Thomas Borg, il-President, Lucy Camilleri, Vici President, John
Mangion Segretarju, Frank Grima Tezorier u l-membri tal-kumitat:
Eddie Camilleri, Jane Grima u Carmen Degabriele. Dawk li
jixtiequ jikkomunikaw mal-Maltese Seniors Citizens Association
of South Australia ghandhom jiktbu PO Box 174 Kilburn SA 5084.
Australia.
|
|
 |
|
Kumitat ta' l-anzjani ta' South Australia: mix-xellug:
Charlie u Carmen Degabriele,
Eddie u Lina Camilleri, Jane u Frank Grima, Connie u Thomas
Borg, Bernardette Buhagiar,
John Mangion u Meggie Scicluna. |
 |
 |
|
Jennifer Rankine MP ghan-nom tal-Gvern ta' SA tidher
tipprezenta kotba lil Thomas Borg.
Jidher ukoll fuq ix-xellug John Mangion. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Id-dnubiet tal-missier |
|
|
|
Salvatore
Scevola, l-kap ta’ stazzjoni tat-TV etniku f’Sydney bl-isem ta’
AMTV li fuqu mistennija li se jidhru programmi bil-Malti qieghed
jghid li r-raguni li ma hallasx il-mizati tal-workers
compensation fin-negozju li kellu qabel kien kollu tort ta’ l-imgieba
vjolenti ta’ missieru. Hekk gie rrapportat fi storja prominenti
li dehret fis-Sunday Telegraph ta’ NSW taht ir-ras ta’ Son
blames gangster dad for his sins.
Scevola qal lill-NSW Industrial Commission li missieru jien
jorqod b’pistola kkargata hdejh meta kien jahseb li hbiebu jew
il-qraba tieghu gew maqtula. Tlett snin ilu Scevola gie multat
$5,000 talli ma hallasx il-workers’ compensation premiums fin-negozju
ta’ hasil ta’ karrozzi li kellu f’Five Dock.
Ftit ilu n-NSW Industrial Commission qablet li tisma’ l-appell
tieghu kontra din il-multa ibbazat fuq cirkustanzi mhux
|
|
tas-soltu
Il-Kummissjoni nnutat li Scevola ma kellux idea ta’ kemm kien
influwenti missieru fil-mod kif kien imexxi n-negozju
tal-familja.
Wara li talab parir legali u anke kkonsulta psikologista hareg
l-impatt ta’ kif missieru kien igib ruhu u kemm kien jabbuza
lill-familja.
Il-Kummissjoni sabet li missier Scevora seta’ kellu
konnessjonijiet mhux legittimi u x’aktar kien involut ma’ mewt
ta’ nies fil-komunita”. Scevola, illum qed ihoss sens ta’
dispjacir u disprament bl-impatt ta’ missieru fuq il-familja
tieghu. Bhala rizultat ta’ trobbija brutali anke huh sar
ivvizjat tad-droga. Qal ukoll li anke sahhtu batiet taht rassa
mentali f’negozju tal-familja fejn kien jaf li l-affarijiet ma
kienux qed isiru sewwa u b’etika. WordCover qed jopponu l-appell
ta’ Salvatore Scevola, l-kap ta’ l-AMTV. |
|
 |
|
Salvatore Scevola |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Minn Wollongong ghaz-Zejtun |
|
|
|
Waqt
cerimonja qasira fil-kazin tal-Banda Beland fiz-Zejtun,
il-vici-president, Charles Debono pprezenta trofew lil Emmanuel
Formosa bhala turija ta’ apprezzament tal-hidma siewja tieghu,
li wara waqfa ta’ kwazi ghoxrin sena rnexxielu jerga’ jwaqqaf
skwadra tal-futbol fil-George Cross Falcons Club bl-isem gdid ta’
Falcon United Soccer Team fin-nahat ta’ Wollongong, NSW.

Charles Debono filwaqt li awgura kull success lil dan it-team,
irringrazzja lil Emmanuel Formosa u lill-kumitat kollu
ghax-xoghol siewi taghhom. Huwa heggeg u appella lil hutna
emigranti Maltin biex ikomplu jfittxu l-ghaqda bejniethom u
flimkien ikomplu bil-hidma taghhom b’risq il-komunitą Maltija
fl-Awstralja.

Charles Formosa min-naha tieghu, waqt li rregala donazzjoni
lill-kazin tal-Banda Beland, f’isem il-kumitat tal-Falcons
United Soccer Team irringrazzja lill-kumitat u lill-membri
kollha tal-Banda Beland, specjalment lil Joe Spiteri li kienet
l-inizjattiva tieghu biex dan il-gest hekk sabih seta’ jkun
possibbli. |
|
 |
|
Grupp ta' Membri tal-Beland Band Club Zejtun jircievi tazza
minn Wollongong NSW. |
| |
|
Charles Formosa kompla billi wieghed u assigura li z-zewg
kumitati flimkien se jkattru l-hidma taghhom ghall-gid u
l-beneficcju tal-komunitą Maltija gewwa l- |
|
Awstralja filwaqt li anke tkompli l-ghaqda permezz ta’
komunikazzjoni bejn iz-zewg ghaqdiet bil-ghan ewlieni ta’
hbiberija u rispett. |
|
|
|
|
|
|
|
|