It-Tnejn, 20 ta' Gunju, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Is-7 ta’ Gunju, Jum ta’ tifkira

 

 Kulhadd jaf li kull sena pajjizna Malta ticcelebra hames festi nazzjonali. Issibha difficli biex tiftakarhom kollha. Ghad jasal zmien li jkollna Gvern ta’ gritta bizzejjed biex jaghzel jum wiehed. Forsi wkoll la ma nistghux niddeciedu naslu biex fl-istess jum ta’ l-elezzjoni generali naghmlu referendum “liema trid taghzel bhala l- Jum Nazzjonali ta’ pajjizna.”

Sa dan it-tant inkomplu niccelebraw, haga li ma fiha xejn hazing, ghax kull jum mill-hamsa fiha sinifikat specjali. Kull sena f’NSW, l-Kunsill tal-Komunita’ Maltija jiccelebra b’ceremonja impressjonanti ferm il-grajjiet storici tas-Sette Giugno meta l-haddiema Maltin irvellaw kontra l-hakkiema Ingliz. Dis-sena kienet l-86 anniversarju meta erba’ Maltin gew maqtula mis-suldati Ingliz f’dik li hija nfakkra bhala rivoluzzjoni tal-poplu Malti.

F’Civic Park, fis-subborg ta’ Pendle Hill NSW, benniena tal-komunita’ Maltija f’dan   l-Istat    ingabret   folla   mdaqqsa ghax din ic-ceremonja annwali, fejn fiha jiehdu sehem l-organizazzjonijiet Maltin, li jgibu maghhom ukoll il-bandalori li jaghtu dehra kulurita’ lil din ic-ceremonja.

Wara li ndaqqu l-innijiet taz-zewg pajjizi sar il-ftuh mill-President tal-MCC, Charles Mifsud. Id-diskors kommemorattiv ta’ din is-sena sar miz-zaghzugh Antoine Mangion, student universitarju u membru attiv tal-Banda Maltija u l-Maltese Welfare fejn bi kliem elokwent ta harsa lejn dan l-episodju storiku u sejjahlu l-gamra li xeghlet it-triq lejn l-indipendenza u l-helsien ta’ pajjizna.

Wara nqraw is-soltu messaggi li jibaghtu l-kbarat ta’ Malta, il-President, il-Prim   Ministru   u    l-Kap  ta'  l-Oppozizzjoni. Ta’ min jirrimarka hawn, li dawn il-kapijiet ghandhom jindunaw li dawn il-messaggi mhux opportunita’ ohra     biex    jiftahu    b’dak   li   qeghdin

Due to web space restrictions this image has been removed
050620_Mangion.jpg

Antoine Mangion jaqra d-diskors kommemorattiv.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050620_Aquilina.jpg

L-Onor John Aquilina MP waqt ic-cerimonja

Due to web space restrictions this image has been removed
050620_Veterans.jpg

Il-venerani Maltin li attendew

 

iwettqu fin-nahat taghhom izda ghandhom ikunu messaggi li jolqtu l-ispirtu ta’ l-okazzjoni.
 
F’din ic-ceremonja kien hemm ukoll kontingent ta’ l-ex-servicemen Maltin li kull sena jaghmlulna unur bil-prezenza taghhom u bil-mod dinjituz li biha jipparticipaw biex ifakkruna bil-qlubija taghhom fid-difiza ta’ Malta fl-ahhar gwerra dinjija. Eric Rizzo daqq ukoll il-“Last Post.”
 
Il-kor ta’ l-Ghaqda Kulturali Maltija taht id-direzzjoni ta’ Patrick Bartolo u meghjun mill-kantant Malti, Adam Scicluna kantaw innijiet addattati fosthom “Il-Bandiera tal-Maltin” li damdmet ma’ kull rokna tal-Park f’ghodwa sabieha xitwija.

 

Kien hemm prezenti wkoll is-Sindku ta’ Holroyd, Cr John Brodie, l-iSpeaker ta’ l-Assemblea Legislattiva ta’ NSW, l-Onor John Aquilina MP u l-Konslu Generali, Joanna Pisani li t-tlieta ghamlu diskorsi qosra izda mqanqla ghall-okazzjoni. Attendew ukoll ghadd ta’kunsillieri mill-belt ta’ Holroyd wkoll. Mexxa ic-ceremonja, Alfred Fenech OAM.

Din ic-cerimonja tispicca billi rapprezentanti ta’ l-ghaqdiet u dinjitarji jimxu lejn il-Monument li jfakkar il-migja u l-kontribut tal-Maltin fl-Awstralja billi jpoggu fjura simbolika kull wiehed f’riglejn il-monument.

Okazzjoni tassew simbolika li fiha tidher l-ghaqda ta’ komunita’ li tghozz l-istorja ta’ pajjizna.

Due to web space restrictions this image has been removed
050620_View7Giungio.jpg

Dehra ta’ parti minn nies li attendew

 
 
 Nuqqas irrangat malajr
 

 Il-gimgha l-ohra ktibt kritika ghal dak li sar mill-Kummissjoni Gholja ta’ Malta fl-Awstralja fil-mod kif imxew mal-komunita’ Maltija meta impjegaw segretarju lokali ta’ nisel Kanadiz biex jiehu hsieb l-affarijiet kulturali. Jidher li din il-kritika gie accettata bhala kostruttiva ghax kien hemm azzjoni immedjata tant li l-Kummssjoni Gholja hargu avvizi fil-programmi bil-Malti tar-radju u fil-gazzetta Nazzjonali ma’ l-Awstralja kollha. Hekk kellu jsir mill-ewwel. Nittama li s-suggetti l-ohra li qajjimt jigu wkoll rrangati fi zmien qasir. Kulhadd jiehu gost meta l-affarijiet jigu rrangati ghax hadd ma jrid li l-komunita’ Maltija tigi wzata meta jkollhom bzonnha biss.

 

 
 Nuqqas ta’ Ilma
 

 Mhux xi suggett stramb ghalikom il-qarrejja f’Malta ghax tafu sewwa xi tfisser meta ma jkollox ilma kemm u meta trid. L-iStat ta’ NSW ilu snin jillottja ma’ nuqqas ta’ ilma. Fil-fatt dan l-iStat ghandu 91% ta’ l-art effetwata bid-drought. Il-klima qed tinbidel. Ix-xita ma ghadhiex tinzel tant spiss bhal qabel u tinzel f’nahat ohra u mhux fejn hemm id-dams. Dan flimkien ma’ l-aghar nixfa f’dan l-ahhar seklu u bil-livelli tad-dam inqas minn 40%, il-komunita’ qed tigi mitluba biex tibza’ hafna iktar ghall-ilma milli kienet qabel. Dahlu ristrizzjonijiet u multi horox ghal min ma’ jobdix dawk li qed jissejhu “ristrizzjonijiet fil-livell tlieta”.
 
Il-Gvern qieghed jikkunsidera ukoll
desalination plants biex ibidlu l-ilma tal-bahar ghal ilma tax-xorb. Il-multi zdiedu wkoll. Minn $550 saru ghal $2200 jekk tinqabad tisraq l-ilma.
 
Ghal dawk li jhobbu l-gnien u l-
lawns sibna li ma nistghux naghmlu uzu mill-garden hose iktar minn jumejn u jekk trid tahsel il-karrozza trid taghmel uzu mill-barmil u mhux bil-hose. Hemm ristrizzjonijiet ohra li zgur mhux se jkunu popolari fi Stat mimli b’gonna u fejn kull dar tiddandan bis-sbuhija tal-gnien u l-ispazju ta’ hdura li ghandha. Il-Gvern Federali habbar ukoll ghotja ta’ $254 miljun biex jghin lill-bdiewa u nies li jahdmu l-art jikkumbattu din in-nixfa straordinarja li hakmet lil dan l-iStat.

 
 
 Multikulturalizmu
 

 Fl-Awstralja nsibu tahlita qawwija ta’ kulturi u lingwi mithadta. Fl-iskola sekondarja ta’ St Albans (Melbourne) nsibu total ta’ studenti li jitkellmu b’49 lingwa differenti waqt li f’Hillside, skola primarja f’Sydenham (Melbourne) hemm total ta’ studenti li jitkellmu bi 48 lingwa differenti fosthom il-lingwa Maltija. Dawn huma biss zewg skejjel f’dan l-istat li fihom tant diversita’ ta’ studenti u anke ghalliema li l-ewwel lingwa taghhom mhix l-Ingliz.

Skond il-principal ta’ l-iskola, id-diversita’ tohloq ambjent tajjeb ghat-taghlim ghax minn ckunithom l-istudenti jitghallmu jithalltu u jaccettaw kulturi ohra bhala parti normali ta’ hajjithom. Iktar minn 60% minn 1200 student twieldu minn geneturi li ma ghandhomx l-Ingliz bhala l-ewwel lingwa taghhom.
 
Haga ohra tajba hija li b’din it-tahlita ma hemmx grupp wiehed li huwa dominati ghalhekk ikun hemm iktar kuntatt kulturali bejnithom. Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni ta’ Victoria, Lynne Kosky qalet li l-iStat ta’ Victoria huwa kburi bl-istorja tal-multikulturalizmu fl-iskejjel tieghu.
 
 

 
 
 
 

Due to web space restrictions this image has been removed
050620_SchoolKids.jpg

Ritratt jidhru t-tfal ta’ l-iskola ta’ St Albans f’Melbourne.

 
 
 Akkuzati bi qtil
 

 Persuna ta’ nisel Malti, bl-isem ta’ Paul Andrew Galea ta’ 35 sena mis-subborg ta’ Flemington flimkien ma’ siehbu Hiey Van Doung ta’ 22 sena jinsabu akkuzati bil-qtil ta’ Michael Treganza ta’ 23 sena. Fil-Qorti tal-Magistrati ta’ Melbourne ntqal li Treganza gie maqtul quddiem hafna karrozzi li kienu ghaddejin mit-Triq Racecource fis-subborg ta’ Flemington f’Settembru tas-sena l-ohra. Xhieda qalu li raw lil Triganza jigi milqut minn stikka li kellha sikkina fir-ras taghha. Jinghad li l-mejjet gie attakkat b’harpoon wara li affronta persuna li tinnegozja fid-drogi u haseb li ghadditlu $100 inqas waqt neguzjar fil-bejgh ta’ eroina.
 
Habiba tal-mejjet, Keiran Henry qalet li xtrat eroina minghand Galea quddiem McDonald waqt li Tregenza kien mohbi hdejn xi frieghi fil-vicin. Meta qalet li Treganza li Galea kien seraqha, bdiet glieda bejnithom. Henry telqet tigri u rat lil Doung jigri wara Treganza u tefaghlu dak li tahseb li kienet stikka lejn in-naha ta’ wara ta’ ghonqu. Hija ma ndunatx dak il-hin li ma’ l-istikka kien hemm sikkina. Il-Pulizija sabu l-arma iktar tard fil-post fejn joghqod u arrestaw kemm lil Doung u anke lil Galea. Kien hemm xhieda ohra li raw dan id-delitt li taw il-verzjonijiet taghhom lill-Qorti.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.