|
Success fin-negozju
ta’ l-accessorji |
|
|
|
Il-Maltin
isibhom kullimkien. Kemm-il darba nisimghu lil min jghid li kien
f’xi pajjiz imbieghed u anke hemm iltaqa’ ma’ xi Maltin. Bla
dubju ahna nazzjon li niesna tferxu ma’ kull rih. Hafna minnhom,
kull fejn marru, ghamlu isem tajjeb ghalihom u saru neguzjani
mill-aqwa.

Ftit tista’ ssib postijiet iktar prestiggjuzi ghan-negozju minn
Manhatten, New York. Hemm ghandek isib il-hwienet ta’ Laila
Rowe, dawn il-hwienet li qed jinbtu qishom xi fjuri jbieghu
accessorji ta’ l-alta moda ghan-nisa bi prezzijiet ragonevoli.

Wahda miz-zewg propjetarji hija Alexia Crawford ta’ nisel Malti.
Fil-fatt in-nannu taghha huwa Joe Dougall OAM, ex-kunsillier tal-belt
ta’ Parramatta, l-Awstralja u
persuna prominenti fil- |
|
|
komunita’ Maltija ta’ NSW. Flimkien ma’martu Carmen
joqghodu fi Granville NSW.

Alexia bdiet tiddisinja u tbiegh l-accessorji tan-nisa
mill-kcina taghha fl-1993. Izda l-hajra bditilha ferm
iktar qabel meta hadet grazzja mal-gemstones ta’ l-Awstralja,
il-pajjiz fejn twieldet. Wara xi snin fl-Universita ta’
Sydney, Alexia telqet lejn Londra fejn setghet tkompli
tespandi l-ideat taghha fl-istili tal-moda.

Bdiet turi d-disinni taghha fi swieq miftuha u flea
markets izda fl-1994 hadet qabza kbira u ddecidiet li
wehida tiehu parti fil-Fashion Accessories Expo.
Minn hemm irnexxilha tidhol f’Barney’s New York u
rnexxilha tirrekordja bejgh |
|
 |
|
Alexia Crawford
(lemin) ma' Judith Schwartz |
| |
|
ta’ miljun
dollaru. Minn Barney il-kreazzjonijiet ta’ Alexia
dahlu fl-istabilimenti kbar ta’ Nordstrom u Macy’s.
Fl-1998 fethet
l-ewwel retail
shop |
|
|
|
|
 |
|
Riklami
ta' l-accessorji ta' Crawford Productions |
|
|
f’Manhattan. Illum ghandha ufficcji f’NewYork u Sydney u hwienet
ma’ hafna postijiet fl-Amerika u l-Awstralja. F’Sydney, ix-xoghlijiet
ta’ Alexia ssibuhom fil-hwienet ta’ David Jones.
Alexia sabet ukoll shab fil-habiba taghha Judith Schwartz
mill-Bronx u fethu flimkien il-hwienet Laila Rowe li jbieghu
accessorji bhal brazzuletti, gizirani, imsielet, basktijiet,
xalpi, kpiepel, ingwanti ta’ kwalita gholja ferm bi prezzijiet
moderati li fi hwienet ohra trid hafna iktar biex tixtrihom. Iva,
storja ohra ta’ persuni ta’ nisel Malti li jaghmlulna unur. |
|
|
|
|
|
|
|
|
Jahbat ma’ barri u jmut |
|
|
|
|
|
|
Il-Kunsill ta’ Wyndham qalu li baghtu xi Rangers wara li
rcevew rapporti izda ma sabu xejn mhux tas-soltu u l-barri
rawh maqful. Izda Emmanuel Caruana li telaq minn North
Altona biex jghix mal-familja tieghu fuq il-propjeta rurali
f’Tarneit qal li ghamel stharrig hu stess u sab kien hemm xi
partijiet tac-cint bi hsara minn fejn seta’ johrog il-barri.
Il-familja Caruana qed jakkuzaw lir-Rangers li ma ghamlux
investigazzjonijiet taghhom sewwa ghax kien hemm rapporti ta’
nghag jiggerrew fit-triq jew nghag mejta gimghat qabel ma
grat it-tragedja.

S’issa ghadhom ma sabux ta’ min hu l-barri izda Emmanuel
jittama li xi hadd isaffi l-kuxjenza tieghu u jghid ta’ min
hu dan il-barri li kkawza l-mewt ta’ ibnu.

Fil-lejl meta miet Steve, il-pulizija qalu lil tal-familja
li t-“tinted helmet visor” li kien libes Steve seta’ zammu
milli jara sewwa fid-dlam izda Emmanuel insista li kieku ma
kienx hemm il-barri ma kienx ikun hemm tragedja.

Hut il-mejjet, Patricia 25, Joanne 13 u Elizabeth 39 sena
jiddiskrivu lil Steve bhal persuna ftit imqareb izda b’qalb
tad-deheb li jhobb jghix. Kien jahdem bhala burdnar izda
bhal missieru kien kapaci jaghmel kollox. Qalu wkoll li l-familja
qed jinvestigaw ma’ l-avukati l-kawza veru tal-mewt. |
|
 |
|
Il-familja Caruana jikbu t-telfa ta' Steve |
| |
|
Steve Caruana kien sseparat mis-siehba tieghu Pauline
izda fuq il-mutur tieghu CBR Fireblade Honda kien spiss
izur lill-ibnu ta’ erba snin Deklyn. Ivy omm Steve li
sseparata minn ma’ missieru Emmanuel madwar 10 snin ilu
qalet li meta gew izuruha l-pulizija bl-ahbar qatt ma
hasbet li binha kien mejjet izda hasbet li dabbar xi
multa tat-traffiku. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Zewg sportivi bl-istess isem |
|
|
|
Zewg
sportivi bl-istess isem u l-istess kunjom ta’ nisel Malti mill-Awstralja
komplew jirregistraw iktar successi u jpoggu l-kunjom Vella fuq
quddiem. Adam Vella rebah it-titlu ta’ NSW Middleweight (71kg)
Boxing meta f’Penerith League Club rebah lil Brad Reeds fi
glieda ta’ 10 rounds quddiem folla ta’ 1,500 hafna minnhom
Maltin. Huwa rebah 7 rounds u wiehed spicca ndaqs. Adam Vella
rebah 8 glidiet mit-tmienja li ggieled s’issa. B’din ir-rebha
f’NSW dan iben Malta jinsab fis-seba’ l-aqwa post bhala
middleweight fl-Awstralja kollha.
Adam Vella ta’ 33 sena minn Keilor Melbourne, it-tiratur ta’
dixxendenza Maltija rebah it-tazza tad-dinja tat-trap li ghadha
kemm saret f’Ruma bejn l-aqwa 15-il tiratur tad-dinja. It-tieni
post gie ic-Ciniz Xu Hongto u l-Germaniz Bindrich gie t-tielet.
Adam Vella rebah midalja tad-deheb fil-loghob tal-Commonwealth
fl-2002 izda ma giex maghzul ghall-Olimpjadi ta’ Sydney.
Madakollu kien l-ewwel tiratur Awstraljan li gie maghzul
ghall-Olimpjadi ta’ Ateni fejn rebah il-midalja tal-bronz. Ma
hemmx dubju li Adam Vella jkun it-tiratur ewlieni Awstralja fil-Commonwealth
Games li se jsir f’Melbourne fl-2006. |
|
|
 |
|
Adam
Vella il-boxer ma' missieru |
 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Soccer minn
Melbourne |
|
|
|
Meta
Henry Moakes OAM, Furjaniz gwapp emigra minn Malta u mar
Melbourne qatt ma basar li t-tim li beda fl-1955 kien se jilhaq
il-quccata biex illum sar bla dubju l-aqwa tim tal-football
fl-iStat ta’ Victoria.
Il-Green Gully Cavalliers li qabel kienu Green Gully Ajax
(l-isem famuz tal-Furjana fil-hamsinijiet) ghadhom kemm
iccelebraw il-hamsin sena u l-elf loghba taghhom.
Ma’ dan it-tim laghbu hafna players famuzi minn Malta bhal
l-ahwa Tony u Lolly Vella u Willie Vassallo li gie lura f’Malta
u llum coach tal-Furjana.
Green Gully dahhlu l-ewwel team mal-kbar fl-1962. Huma rebhu
l-VSF League Championship fl-1999 u 2000 u l-VSF Premier League
fl-2003. Huma rebhu wkoll it-tazzi Armstrong, Ampol u Dockerty.

Dan l-istagun regghu qeghdin fuq quddiem fil-klassifika b’31
punt wara li diga laghbu 15-il loghba. |
|
 |
|
It-tim
tal-Green Gully fl-1971 meta bhala coach kellhom lil Tony
Vella tal-Floriana FC. |
|
|
|
Huma ghadhom kemm
irregistraw rebha konvincenti kontra
t-tim Malti l- |
|
iehor (daqshom famuz
f’Victoria) il-Sunshine George Cross b’4-0. |
|
|
|
|
|
|
|
|