It-Tnejn, 6 ta' Gunju, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

Il-Past Pupils jiccelebraw il-festa ta’
Don Bosco f'NSW

 

 Il-Maltese Past Pupils ta’ Don Bosco, NSW, iccelebraw il-festa ta’ Don Bosco gewwa l- knisja-parrocca ta’ Our Lady of Victories, Horsley Park.
 
Il-purcissjoni bl-istatwa ta’ Don Bosco bhas-soltu saret fil-wisa’ ta’ quddiem il-knisja. Waqt il-purcissjoni nghad ir- Ruzarju kif ukoll tkantaw innijiet religjuzi filwaqt li numru sabih ta’ membri mxew wara l-istatwa. Fost il-migemgha kienu hemm wkoll il-konslu generali ta’ Malta f’Sydney, Joanne Pisani u l-president ta’ l-MCC, C. Mifsud.

Wara l-purcissjoni bdiet il- quddiesa. Ic-celebrant principali kien Fr. Frank Bertagnolli SDB li huwa r- Rettur tal-komunita Salesjana gewwa Engadine NSW. Ma’ Fr. Frank assistew ukoll Fr. John Briffa SDB u Fr. Claude Borg MSSP, waqt li membri ta’ l-istess ghaqda hadu parti fil- quddiesa, waqt li ‘The Eastern Charms’ kantaw diversi ghanjiet religjuzi fosthom l-innu ta’ Don Bosco fil-bidu tal-quddiesa.
 
Fr. Frank fl-omelija tieghu wara li semmali fl-istess jum habtet ukoll il-festa tat-Trinita Mqaddsa ghamel xi reflessjonijiet fuq Don Bosco u wkoll Marija Ghajnuna ta, l-Insara li l-festa taghha hija fl-24 ta’ Mejju, kif ukoll hija Patruna ta’ l-Awstralja.
 
Fost il-fatti interessanti huwa semma li qassis Salesjan, Fr. Ceruti, fi tfulitu kien jaf personalment lil Don Bosco. Il-fundatur tas- Salesjani kien qal lil dan it-tfajjel li meta jikber huwa kien ser jaghmel ukoll gid spiritwali w imut f'’art imbieghda hafna. Fil-fatt Fr. Ceruti miet u ndifen fl-Awstralja.
 
Fl-ahharnett, il-President, Joe Fabri rringrazzja lil Fr. Mario Zammit u l- parocca ta’ Horsley Park, liz-zewg sponsors tal-lejla Zammit Ham and Bacon Curers u Hydro Produce, lil dawk kollha li  hadu  parti  fil-purcissjoni

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050606_DonBosco1.jpg

L-istatwa ta’ Don Bosco, quddiemha jidhru xi membri li kienu prezenti. Mix-xellug: Emm Zammit,
Philip Bonnici, John B. Cassar, Sam Gatt, Charles Catania, Anthony Sammut, Lino Cini,
Joseph Zerafa, Joe Fabri.

Due to web space restrictions this image has been removed
050606_DonBosco2.jpg

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050606_DonBosco3.jpg

Kif harget l-istatwa mill-knisja.

 

L-istatwa ta' Don Bosco

w il-quddiesa, kif ukoll lil diversi membri li   hadmu   hafna   biex  tkun  tista  ssir il-

 

festa u r-‘refreshments’ li saru wara l-quddiesa gewwa Marion Hall.

 
 
 Decizzjoni stramba
 

 Wara li kienu ilhom jigru hafna xnieghat iddecidejt li niccekkja. Il-Kummissjoni Gholja ta’ Malta fl-Awstralja li tinsab f’Canberra hatret segretarju biex jiehu hsieb it-taqsima kummercjali u kulturali. Sibna izda li dak li gie mahtur u beda jahdem fil-4 ta’ April 2005 biex jiehu hsieb il-kultura kien cittadin Kanadiz. Qaluli li kellu l-istess esperjenza f’xoghol simili fil-Kummissjoni Gholja Kanadiza f’Canberra. Ma ntqal xejn kemm din il-persuna kellha esperjenza fil-kultura Maltija.
 
Sirt naf ukoll li biex gie impjegat dan il-Kanadiz saret biss sejha ghall- applikazzjonijiet fil-Canberra Times. Ma

 

saru l-ebda avviz fil-gazzetta nazzjonali Maltija jew ir-radjijiet tal-komunita.’ Izda xorta wahda dan l-"espert" ma tantx issaddat ghax wara xahar irrizenja minn dan l-impjeg mal-Kummissjoni Gholja Maltija f’Canberra.

L-ahhar ufficjal li kellu kariga ta’ konslu kummercjali (onorarju) u kien jopera mill-belt kbira u kummercjali ta’ Sydney irrizejna madwar sena ilu izda qatt ma nhass il-bzonn li jigi mahtur xi hadd iehor floku bl-istess esperjenza profonda li kellu dwar il-kummerc bejn Malta u l-Awstralja.

Ma hemmx bzonn li naghmlu kummenti dwar dawn id-decizjonijiet, nghidu biss li     ma     ghadhomx      johorgu      press

 

releases bhal ma kienu jsiru qabel biex il-komunita' Maltija tigi infurmata preciz f'dawk l-affarijiet li jolqtuhom direttament u biex ukoll jieqfu xi ftit il-hafna xnieghat.

Dan l-ahhar saret kritika wkoll li l-Gvern ta’ Malta ma kienx irraprezentat fil-Funeral Statali ta’ l-Onor Al Grassby, l-eks Ministru ta’ l-Immigrazzjoni li kellu rabtiet qrib ferm mal-Maltin, liema funeral sar f’Canberra.

Hawn thassib ukoll ghaliex il-Kummissjoni Gholja ta’ Malta fl-Awstralja ghandha zewg konslijiet onorarji f’Victoria, f’South Australia u f’NZ u l-konslu onorarju li kien hawn f’NSW ghadu ma nhatar hadd iehor floku.

 

 
 
 
 Patri moghti rigal
 

 Fr Leonard Testa huwa sacerdot Malti maghruf sewwa mal-komunita’ Maltija specjalment fl-inhawi ta’ Wollongong, il-belt ta’ fejn jinhadem l-azzar. Huwa wasal l-Awstralja ta’ ghaxar snin fuq il-vapur Florentia fl-1950 mal-geneturi tieghu minn Hal Qormi. Marru joqghodu fl-inhawi ta’ Cringilla fejn missieru, Frank kien wiehed mill-fundaturi tal-klabb, George Croos Falcons.
 
Hu dahal ma’ l-Ordni Konventwali Frangiskana. Hadem ferm fis-snin sebghinijiet ghad-drittijiet tal-haddiema li kienu jahdmu fl iSteel Works u fetah l-ewwel Ufficcju Ghajnuna u Pariri ghall-Maltin. Meta kien kappillan f’Kellyville hadem hafna wkoll mal-bdiewa Maltin. Ghamel wkoll zewg perjodi bhala Superjur fl-Awstralja tal-Frangiskani Konventwali.
 
Dan l-ahhar bhala gest ta’ apprezzament ghax-xoghol li ghamel u ghadu jaghmel fin-nahat ta’ Wollongong, il-President ta’ George Cross Falcons Club, Vince Zammit ipprezentalu rigal addattat qabel Patri Testa mar ghal xi xhur btala f’Malta. F’Marzu ta’ din is-sena, Fr Leonard Testa gie moghti l-Quiet Achiever Award 05 mill-Maltese Welfare (NSW).

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050606_FrZammit.jpg

Fir-ritratt jidher Vince Zammit (xellug) jipprezenta
rigal lil Fr L. Testa.

 
 

 Lejla ta’ taghrif dwar l-ippjanar finazjarju

 

 F’lejla xitwija, madwar 75 persuna ippakkjaw il-Parish Centre tal-Knisja ta’ Greystanes ghall-ewwel parti mis-Seminar li organizzaw l-Maltese Welfare (NSW) dwar l-ippjanar finanzjarju. Ghalkemm dan is-suggett mhux facli biex tispjegah, madankollu l-kelliema ewlenija, Marie Louise Muscat li hija Certified Financial Planner ma’ Bodinnars Personal Financial Planners irnexxilha twassal bid-dettal u bi spejegazzjoni cara kif wiehed ghandu bzonn jiehu hsieb flusu biex ikollu ferm iktar dhul kontinwu u kif ukoll ikun jista’jiehu sehem mill-iskema tal-pensjonijiet tal-Gvern.
 
Il-financial adviser li titkellem tajjeb ferm bil-Malti hadet lill-udjenza, li kienet wisq attenta dawra sewwa ma kif ghandek tinvesta flusek biex tkun iktar fi zgur u biex ma tinqabadx fi skemi spekulattivi li jidhru sabieh izda jkunu mimlija riskju. Sehqet ukoll biex ma ninvestux f’naha wahda u naqsmu l-investimenti f’iktar minn qoffa wahda.

Wara intervall qasir, kien hemm participazzjoni shiha b’mistoqsijiet relevanti li juru l-interess enormi li din il-lejla ta’ informazzjoni holqot fost dawk prezenti.
 
Il-kaxxiera tal-Maltese Welfare, Nathalie Gatt li mexxiet il-lejla qaltilna li din l-ewwel parti miz-zewg lejliet li hemm ippjanati kienet success enormi minhabba l-kapacita’ u l-esperjenza tal-kelliema u l-attenzjoni li wrew il-participanti.
 
F’isem The Maltese Welfare li sar ferm maghruf ghal dawn il-lejliet ta’ taghrif li jipprezentaw minn zmien ghal iehor b’tant ghaqal biex jinfurmaw il-Maltin dwar id-drittijiet u l-bzonnijiet taghhom irringrazzjat lil Bodinnars Personal Financial Planners li ghogobhom jisponserjaw dawn l-iljieli ta’ taghrif.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050606_MuscatNathalie.jpg

Marie Louise Muscat (xellug) u Nathalie Gatt

Due to web space restrictions this image has been removed
050606_Seminar.jpg

Dehra ta’ dawk li attendew is-seminar tal- Maltese Welfare (NSW) Inc.

 

Ta' min ifakkar ukoll li din l-ghaqda ghandha l-website taghha, www.maltesewelfare.com fejn fost aktar taghrif isibu l-Maltese Community Directory li jinkludi fih lista ta’ negozjanti Maltin li jridu jahdmu mal-komunita’ Maltija.

 

Ringrazzjament imur ukoll lil maltagenealogy.com li huma l-isponsors ewlenin ta' The Maltese Welfare (NSW) Inc, lill-The Maltese Herald u r-radjijiet bil-lingwa Maltija specjalment l-SBS Radio.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.