|
Tama ghall-familja Schembri |
|
|
|
Ktibna
hafna fuq il-koppja Schembri li twieldu l-Awstralja izda
marru lura lejn Malta mal-geneturi taghhom fl-1984. Biex
setghu jghixu Malta normalment, kif kienu l-ligijiet
tac-cittadinanza dak iz-zmien, Steve ta’ 38 sena u
Lillian ta’ 36 sena kellhom jirrinunzjaw ic-cittadinanza
tal-pajjiz fejn twieldu. Tlett snin ilu flimkien mat-tfal
taghhom gew lura lejn l-Awstralja izda sabu li ghalkemm
twieldu f’dan il-kontinent ma setghux jakkwistaw lura c-cittadinanza
Awstraljana ghax ma kienux taht l-25 sena.

Il-kaz tal-koppja Schembri li joqghodu fis-subborg ta’
St Albans (qrib Melbourne) qajjem interess fenominali
fil-media Awstraljana ta’ Melbourne. Qatt qabel ma rajna
daqstant interess f’kaz li jinvolvi l-Maltin. Izda
b’dana kollu l-awtoritajiet Awstraljani xorta ma
ccaqalqux favur il-koppja Schembri u t-tfal taghhom,
Glenn ta’ 12, Clint ta’ 11 u Cherees ta’ hames snin.
F’dawn l-ahhar tlett snin ghaddew minn kalvarju shih ghax la
setghu jahdmu u sintendi ma kkwalifikaw ghal ebda
ghajnuna socjali mill-Gvern.

Il-geneturi ta’ Steve huwa Alfred mir-Rahal
il-Gdid u ommu Connie
minn |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050531_SchembriSteveLilian.jpg |
|
|
Steve u Lilian Schembri |
 |
|
Haz-Zabbar. Emigraw lejn l-Awstralja fl-1964, marru
lura Malta fl-1984. Illum jinsabu jghixu
f’Birzebbuga. Waqt li l-geneturi ta’ Lillian huma
Leli u Stella Vella minn Bormla u Haz- Zabbar
rispettivament u ilhom jghixu f’St Albans Victoria
ghal dawn l-ahhar 40 sena kontinwament. Steve nizel
Malta mal-geneturi tieghu u ftit wara marret warajh
Lillian.

Ftit jiem ilu, Steve kollu ferhan qalli li fl-ahhar
gie offrut impjieg bhala kahhal (plasterer) ma’
kumpanija li lestha biex tissponserjah.
"Din ahbar tajba" qalli Steve "u nittama
nistghu nghixu hawn permanenti". Bhala |
|
|
|
|
cajta
dawk li se jhaddmuh qalulu li se jaghmlu dan ghax huma
ammiraturi tal-film "Gladiator" li hadem fih Steve bhala extra
meta kien Malta.
Izda l-problemi tal-familja Schembri ghadhom boghod milli jigu
solvuti ghal kollox. Offerta ta’ xoghol mhix bizzejjed.
Il-Gvern Federali habbar li se jirrangaw il-ligi biex dawk li
rrinunzjaw c-cittadinanza Awstraljana jkunu jistghu jakkwistawha
lura. Sa kemm dan isir, il-familja
Schembri tibqa’ fil-limbu u jittamaw li d-Dipartiment ta’ l-Immigrazzjoni
ma jqalftuhomx ‘il barra.
Skond Steve, dan l-ahhar id-Dipartiment qeghdin jikkopera hafna
maghhom. Dan x’aktarx irrizulta minhabba l-hafna pressjoni li
saret minn hafna nahat.
Jiena wkoll kellimt hafna Membri tal-Parlament Federali u dehert
quddiem il-Legal & Constitutional Reference Committee tas-Senat
Awstralja biex nizguraw li dawk li cahdu c-cittadinanza
Awstraljana jkunu jistghu jappllikaw ghaliha mill-gdid minghajr
il-kundizzjoni ta’ l-eta’. |
|
|
|
|
|
|
|
|
Is-sinsla tal-komunita’ |
|
|
|
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050531_SanNikola.jpg |
|
|
Ritratt ricenti tal-kumitat habrieki tal-Festa ta' San
Nikola ta' Sydney NSW. |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050531_MwGMicallef.jpg |
|
|
Jidheru fuq, mix-xellug; Joe Portelli, Lino Vella, Lawrence
Dimech, Lawrence Gatt, Joe Aquilina, Gregory Caruana.
Bil-qeghda mix-xellug: Marlene Dimech, George Micallef,
Vivian Portelli,
Freda Micallef, Nathalie Gatt, Doris Grima. |
| |
|
l-iehor ghandna l-kumitat ta’ The Maltese Welfare (NSW)
li jorganizzaw seminars u laqghat ta’ informazzjoni dwar
suggetti li jolqtu lill-Maltin biex dejjem izommuhom
infurmati. Dan l-ahhar kellhom zjara mill-attur tal-palk,
radio u TV Malti, George Micallef l-eks segretarju
ta' La Valette Band Club u |
|
kien
f’Sydney ghar-raba’ darba flimkien ma’ Joe u Vivian
Portelli minn Malta wkoll. L-ghaqdiet Maltin dejjem
jiehdu pjacir meta vizitaturi minn Malta jattendu mhux
biss l-attivitajiet pubblici izda laqghat tal-kumitat
ghax b’hekk juru interessukoll fix-xoghol normali
tal-kumitati. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pellegrinagg b’tifkira ta’
l-Anzacs |
|
|
|
Zaghzagha
ta’ nisel Malti, Caitlin Caruana ta’ 14-il sena li tattendi
il-Kullegg tal-Qalb Imqaddsa ta’ Kyneton f’Victoria ghadha kemm
rritornat minn vjagg holma bhal wahda mid-disa’
studenti-ambaxxaturi li siefru mal-Premier ta’ Victoria, Steve
Bracks wara li rebhu kompetizzjoni msejjha Premier’s Spirit of
Anzac. L-istudenti minn Year 9 gew mitluba biex jiktbu jew
jipprezentaw forma vizwali xi jfissru ghalihom illum il-valuri
ta’ l-Anzacs.
Id-disa’ studenti finalisti kienu fost 149 li applikaw. Il-maghzulin
marra pellegrinagg u zaru l-siti tal-battalji fejn eluf ta’
suldati Awstraljani u minn NZ mietu fl-ewwel gwerra. Huma kienu
mistiedna biex joqghodu ma’ familji fl-inhawi ta’
Villers-Bretonneux u zaru siti famuzi ta’ battalji horox bhal
Ypres, Fromelles u Bullecourt.
F’Jum Anzac huma kienu mistiedna f’Westminister Abbey ghal
servizz li ghalih attendiet ir-Regina u poggew wreaths
wkoll f'riglejn l-Australian War |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050531_Students.jpg |
|
|
Ritratt ta' l-istudenti mal-Premier ta' Victoria. L-istudenta
Maltija tidher it-tielet mix-xellug. |
 |
|
Memorial f’Hyde Park Corner f’Londra. Maj-Gen David
McLachan, il-President Statali ta' RSL ta' Victoria mexxa din id- |
|
delegazzjoni. Tnejn minn dawk li gew maghzula twieldu
barra mill-Awstralja, fl-Afganistan u fil-Filippini. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Mizzewgin 50 sena |
|
|
|
Wara
hamsin sena mizzewwga, 11 ulied u 16 tfal tat-tfal, Gaetana u
Isaac Pantalleresco minn Altona Melbourne ghadhom jitkellemu
dwar xulxin b’imhabba kbira. Ic-celebrazzjoni tal-50
anniversarju saret f’Altona Sports Club bhala sorpriza fejn
iltaqghu madwar 60 persuna biex jixtuqulhom hajja twila.
L-okazzjoni kienet organizzata mit-tfal li l-eta’ taghhom tvarja
minn 27 sa 49 sena.
Kien ghad ghandu 21 sena meta Isaac lemah lill-futura martu ta’
16-il sena u fi zmien qasir saru l-arrangamenti mehtiega, kif
kien isir dak iz-zmien, biex ikunu jistghu jibdew johrogu
flimkien.
Izda Issac li kien bahri u jsiefer spiss kellu jistenna sa kemm
Gaetana kellha almenu 17-il sena biex izzewgu f’April 1955. Wara
tlett snin mizzewwga, b’zewg itfal u tqila b’iehor il-familja
Pantalleresco salpaw lejn l-Awstralja. Issac sab xoghol bhala
zebbieh u Gaetana hadet hsieb it-tfal, xoghol li kien ghaliha
ta’ pjacir kbir. Il-koppja jharsu lejn l-hajja taghhom
b’kuntentizza u jittamaw li jkollhom hafna iktar snin flimkien. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050531_Pantaleresco.jpg |
|
|
Isaac
u Gaetana Pantalleresco |
|
|
|
|
|
|
|