|
Ktieb iehor ta’ Albert Agius |
|
|
|
L-istorja
ta’ l-emigranti mhix wahda mis-suggetti favoriti
tal-kittieba Maltin ghalhekk meta niltaqghu ma xi kitba
gdida dwar l-emigranti jew dwar xoghol miktub minn nies
li hallew il-Gzejjer Maltin dejjem nifirhu xi ftit izjed.
Ftit ilu kelli l-opportunita’ li nattendi okazzjoni fejn
wiehed mill-iktar kittieba prolifici dwar il-Maltin fl-Awstralja
nieda ktieb iehor fis-sensila ta’ kotba li kiteb f’dawn
l-ahhar snin.

Din id-darba, Albert W. Agius ipprezentana bl-ahhar
ktieb tieghu “Qwiel, idjomi, laqmijiet Maltin u
trufijiet ohra”. Ghalkemm Albert Agius joqghod
Melbourne, it-tnedija tal-kiteb saret fl-Annunciation
Hall tal-Hostel ta’ San Duminku fi Blacktown NSW Kienet
okazzjoni interessanti hafna fejn smajna diskors mirqum
minn Antoine Said Pullicino li fahhar bi shih dan l-ahhar
xoghol u sejjahlu bhala “gawra letterarja” Spjega wkoll
kemm hija importanti l-harsien tal-lingwa Maltija
ghall-identita’ taghna. Sahaq ukoll li dan il-ktieb huwa
rapprezentativ tal-kultura mitkellma ghax hu miktub
b’Malti li jifhmu kulhadd.

Inqara diskors
ukoll mill-poeta/
|
|
gurnalista Malti, Gorg Chetcuti fejn qal li
kittieba ohra, bhal Aquilina, Saydon, Cassar Pullicino.
Muscat Azzopardi, Fenech u ohrajn tawna studji dwar
qwiel u idjomi, izda hadd minnhom ma tana
kwotazzjonijiet u tifsriet f’taqsimiet li kiteb wiehed,
imfssrin fi stejjer kif donnu hadhom minn halq il-poplu
Albert Agius.

L-Assoc Professor Stephen Gatt bhas-soltu tkellem
b’elokwenza dwar ix-xogholijiet ta’ l-awtur u stedinna
biex inharsu lejn xogholijiet ohra tieghu bhal
“It-Tezawru” gabra ta’ sinonimi u tifsiriet jixtiebhu
Maltin kif ukoll z-zewg kotba l-ohra dwar il-Maltin fl-Awstralja,
Maltese Settlement in Australia.
Dawn it-tlett kotba ghandhom ikunu f’kull librerija ta’
dawk li jhobbu l-kultura Maltija ghax waqt li bit-Tezawru
u l-Qwiel, Idjomi, Laqmijiet l-awtur fassal xogholijiet
ta’ livell gholi biz-zewg kotba l-ohra huwa kiteb, tista’
tghid l-istorja tal-Maltin fl-Awstralja.

Fl-ahhar tkellem l-awtur, Albert W. Agius maghruf ahjar
bhala Bertie. Huwa qal li dan il-ktieb m’hux
ghall-istudjuzi biss; huwa ktieb
li jiehu hsieb
jghraxx il- |
|
 |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050523_AgiusAlbert2.jpg |
|
|
Uhud
minn dawk li attendew ghat-tnedija tal-ktieb. Mix-xellug:
Victor Buttigieg, John Borg,
Lawrence Dimech, Lino Vella, Albert Agius (l-awtur) u Sam
E.Vella. |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050523_AgiusAlbert.jpg |
|
|
Albert
Agius |
 |
|
memorji tal-qarrejja tal-Malti dwar l-uzanzi ta’ dari, dwar
l-gherf, it-twemmin religjuz, is-superstizzjonijiet, u d-drawwiwt
ta’ missirijietna, u dwar is-socjeta’ Maltija matul iz-zmien.
Fi ftit kliem, dan il-ktieb jittratta dwar x’kellu u
x’ghandu xi jghid il-Malti, dwar il-hajja Maltija peremezz
tal-qwiel.
Waqt it-tnedija tal-ktieb saret donazzjoni ta’ ghadd ta’
kotba lill-iskola tat-taghlim tal-Malti. Ircevew il-kotba
Lucy Calleja u Charles Galea.
Bertie Agius twieled Birzebbuga fl-1933 bin il-kaptan Joseph
E. Agius u Rosa Borg, kien operator fit-telekomunikazzjonijiet
mal-Cable & Wirless u Telemalta. Fl-1978 emigra lejn l-Awstralja.
Kien impjegat bhala gurnalista anzjan mal-SBS Radio
f’Melbourne. Huwa kavallier ta’ l-Ordni ta’ San Gwann SMOM.
Ta’ spiss, huwa rapporti mill-Awstralja fuq il-gurnali
bl-Ingliz ta’ Strickland House. Huwa mizzewweg lil Phyliss
Tanti u ghandhom tlett itfal subien. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Marda qerrieda fuq tifla ta’
disa’ xhur |
|
|
|
Julienna
Bugeja u Chris Kotsopoulos mis-subborg ta’ St Albans
f’Melbourne iddecidew li jitilqu lejn California USA fejn
jahsbu li binthom Alyssa ta’ disa’ xhur jista’ jkollha cans
li ssalva minn marda qerrieda maghrufa bhala spinal muscular
atrophy. Huma sabu li f’California hemm diversi kliniki fejn
qed jippruvaw xi drogi godda. Nurologista accetta li jiehu
hsieb Alyssa jekk igibuha California. Huwa jkun jista’
janalizzaha biex jara jistghux isiru xi provi.
Normalment tfal b’din il-marda jghixu biss sa 18-il xahar
jew ftit iktar izda ghadd ma hemmx provi bizzejjed kemm hija
qawwi din il-marda fuq
|
|
|
|
Alyssa. It-tobba f’Melbourne qalulhom li ma hemmx kura ghal
din il-marda.
Kienet nurse waqt li kienet qed tezamina lil Alyssa fl-ezami
normali tas-sitt xhur li ndunata li hemm xi haga hazina
f’din it-tifla. Wara ezamijiet minn diversi specjalisti l-marda
giet kkonfermata. Skond Julieanne Bugeja l-hajja taghhom u
tat-tifel l-iehor Dylan ta’ erba’ snin hadet rotta ohra.
Iridu jhallu kollox warajhom u jmorru fl-USA biex jippruvaw
isibu soluzzjoni u jsalvaw il-hajja tac-ckejkna Alyssa.
Saret talba mill-gurnali biex din il-familja tigi moghtija
ghajnuna finanzjaraja biex tkun tista’ tlahhaq ma’ l-ispejjes
enormi li nholqu. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050523_Ayleesa.jpg |
|
|
Julieanne Bugeja mar-ragel taghha u t-tifla Alyssa |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Hajja kriminali |
|
|
|
Pustier
b’isem Malti li flimkien ma’ zewg pustieri ohra kienu f’kumplott
biex jingannaw lil Australia Post minn iktar minn $170,000 helsu
milli jmorru l-habs wara li l-Qorti ddecidiet li kienu ddominati u
manipulati mill-imghallem taghhom. Il-manager anzjan J.E. Page
qabbad lit-tlieta fosthom Joseph Azzopardi ta’ 51 sena biex
jaghmlulu hafna xoghol illegali. Azzopardi li x-xoghol tieghu kien
li jqassam il-pakketti bil-van qatta 14-il xahar jirranga d-dar ta’
Page waqt li bejn Marzu 2002 u Mejju 2003 kien qed jiehu l-paga
normali ta’ $65,000 minghand l-Australia Post.
Azzopardi wehel 18-il xahar izda s-sentenza giet sospiza basta dan
irid jixhed kontra l-Page meta dan jidher quddiem il-Qorti f’Awissu
li gej. L-Imhallef Frank Walsh qal li t-tlieta gew kompletament
iddominati f’hajja kriminali minn public servant li kellu l-fiducja
ta’ Australia Post. |
|
|
|
|
|
|
|
Ahbarijiet ohra |
|
|
|
Sar
il-funeral ta’ Joseph Forace eks Kummissarju ta’ Malta fl-Awstralja
u Ambaxxatur ghac-Cini u l-Pajjizi Gharab li miet f’Canberra
fis-27 ta’ April fil-knisja ta’ The Holy Family f’Gowrie. Ghal
funeral kien hemm prezenti l-Kummissarju Gholi, Dr I. Fsadni u
r-rapprezentant tal-MLP fl-Awstralja, Charles Muscat. Kien hemm
ghadd ta’ mpjegati li kienu jahdmu fil-Kummissjoni Gholja waqt
li Fr Dennis Carabott MSSP u l-avukat Victor Borg, il-Vici
President tal-Maltese Community Council ta’ Victoria ivjaggaw
minn Melbourne. Waqt il-quddiesa tkellmu n-neputi Lawrence Costa
u t-tifla Lina Costa. L-elugiju sar minn Dr Barry York.
Fil-crematorju Rose Forace tkellmet ukoll dwar il-hajja ta’ dan
il-Malti li tant kien maghruf fl-Awstralja.
Thabbret
il-mewt ukoll ta’ Joe Valentin Barbara fl-eta ta’ 85 sena li
grat fl-isptar Westmead NSW wara marda qalila. Valentin Barbara
huwa wiehed mill-aqwa traddutur ghal Malti ta’ xogholijiet
religjuzi minn ilsna ohra bhal Latin, Taljan, Ingliz, Spanjol.
Huwa lingwista, kittieb u poeta maghruf kemm f’Malta u kemm fl-Awstralja
fejn emigra fl-1974. Huwa kien Patri Dumnikan qabel ma emigra u
zzewweg lil Agnes. Fost ix-xogholijiet tieghu insibu Il-liturgija
tas-Sighat (1988), L-istqarrijiet ta’ Santu Wistin, Lacordaire
(1955) Gulju Cesri (1970), Dar il-Pupa (1990). Fl-1974 gie
onorat mill-Papa Pawlu Sitta bid-dekorazzjoni P.E.P. Joe
Valentin Barbara gie mghoti ukoll il-Premju Kulturali Malti
(NSW). |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050523_BarbaraJoe.jpg |
|
|
Joe
Valentin
Barbara |
|
|
|
|
|
|
|