|
Opportunita’ mitlufa |
|
|
|
Mhux
facli tikkumenta fuq il-migja tant imgerfxa tax-Xarabank fl-Awstralja.
Meta nies tant professjonali fil-qasam ta’ l-informazzjoni
jaqsmu l-ibhra u jmorru f’nahat ohra tad-dinja ghandhom jindunaw
li jkollhom bzonn ta’ ricerka serja dwar fejn se jzuru. Ninsab
cert li anke f’Malta stess huma joqghodu ferm attenti biex ma
jhalltux il-hass mal-bass u josservaw certu regoli.

Peppi Azzopardi u shabu ddecidew li jmorru sa Melbourne (fejn
skond ma qaluli ghadda gass down) u gie wkoll f’Sydney. Kienu
diga qeghdin f’Melbourne izda l-kumplament tal-komunita’ fl-iStati
l-ohra mank kienu jafu.

Sirna nafu biha biss fl-ahhar ftit jiem. Ridna allura mwarrbu
kollox, nikklerjaw id-decks ghax gejjin tax-Xarbank. Minn din
in-naha tad-dinja ahna nharsu lejn Peppi Azzopardi bhala huta
kbira f’vaska zghir. Haseb li fl-Awstralja bix-Xarbank tieghu
seta’ jkompli jirrombla lil kulhadd.

Skond kif qalet The Maltese Herald, l-uniku gazzetta nazzjonali
fl-Awstralja, ix-Xarabank halla warajh rebus shih. Il-kelma li
uza Lino Vella fl-artiklu tieghu (TMH 3/5) kienet “shemozzle”.
Huwa kiteb fil-harga tat-3 ta’ Mejju “Il-komunita Maltija u mhux
individwi, giet intellfa opportunita’ unika li tpoggi l-ilmenti
taghha u n-nuqqasijiet li hawn specjalment min-naha ta’ Malta li
dejjem jghidu li jridu jghinuna.......Inhoss li l-komunita’
Maltija tilfet opportunita’ li ssemma’ lehinha f’affarijiet ta’
importanza u mhux f’teatrin u xi jhoss l-individu biss...”

John Borg, l-inkarigat mill-programmi bil-Malti ta’ l-SBS
Radio qalli li Peppi u |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050516_AzzopardiPeppi.jpg |
|
|
Peppi Azzopardi |
|
|
|
shabu ma sabux hin bizzzejjed biex jigu ntervistati.
Jista’ jkun li Peppi u shabu huma l-uniku nies (VIP)
li gew izuruna f’Sydney minn Malta li ma resqux lejn
l-SBS Radio ta’ Sydney. Forsi Peppi ma ndunax li
hawn 596 mili boghod (u bahar jaqsam) bejn Melbourne
u Sydney? Forsi hasbu wkoll li huma tant
“importanti” li ma kellhomx ghalfejn jispjegaw
ghaliex gew l-Awstralja!

Ilment iehor wasal f’forma ta’ ittra lis-Sunday
Times (1/3/05) fejn il-Principal ta’ l-iskola
tal-Malti f’NSW, Lucy Calleja ilmentat mill-mod kif
ittrattaw mal-Maltin dawn tax-Xarabank meta kienu
f’Civic Park Pendle Hill NSW.

Ghadu hadd ma jista’ jispjega ghaliex Peppi ma
talabx l-ghajnuna tar-rapprezentanti
tal-Gvern Malti jew
il- |
|
|
Kunsill stabbiliti tal-Komunita’ Maltija. L-anqas hadd
ma jaf ghaliex injora lill-gazzetta nazzjonali Maltija,
The Maltese Herald.

Peppi Azzopardi mar fejn kien zgur li kien se jkun hemm
in-nies, fejn in-nies imorru f’dawk il-postijiet
bhas-soltu, Peppi u mhux Peppi. Tefaghlhom il-mike
quddiemhom u talabhom jikkumentaw.

Ma nafx xi rnexxilu jakkwista Peppi Azzopardi fuq
il-komunita’ Maltija fl-Awstralja li mhux diga rajtu
ghal mitt darba jew qed taraw fuq programmi ohra mill-Awstralja
fuq s-Super 1 u Walzing Matilda fuq l-PBS.

Kont nistenna li se jnieghed xi diskussjoni serja dwar
il-htiegijiet li ghandhom il-Maltin fl-Awstralja, dwar
id-dritt ta’ dawk b’dixxendenza Maltija li jkollhom l-istess
drittijiet f’Malta bhal membri kollha tal-EU,
il-problema tax-xjuhija, n-nuqqas ta’ ghajnuna mill-Gvern
Malti fit-tixrid tal-lingwa u l-kultura Maltija, ic-child
migration u suggetti simili.

Minflok aghzel li jirdoppja dak li l-Maltin ta’ Malta
dejjem jisimghu fuq il-Maltin fl-Awstralja. Htigiet li
ma titkellimx dwarhom f’nofs ta’ triq jew f’xi bitha ta’
xi kazin izda f’atmosfera ferm iktar addattata.
Lil Peppi nifirhulu ta’ l-inizjattiva li ha biex jigi
jzurana izda bhala gurnalista investigattiv u b’fama
kbira fic-ckejkna gzira taghna stenneja li se juri iktar
rispett lejn il-komunita’ Maltija fl-Awstralja u
jaghtina bis-serjeta opportunita’ bla kantunieri biex
inkunu nistghu nwasslu l-ilmenti taghna quddiem l-udjenza
tieghu f’Malta. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Maltin fil-marc
ta’ l-Anzac |
| |
|
Kburin
u mimlijin kuragg, fuq sidirhom ghadd ta-midlaji hargu fit-toroq
ta’ Sydney u bliet ohra fl-Awstralja jfakkru il-kontribut siewi
u enormi li taw fil-gwerer specjalment fl-ahhar gwerra dinjija.
Jum l-Anzac fl-Awstralja hu kkommemorat b’solennita kbira.
Il-marc li jsir kull sena flimkien ma kommemorazzjonijiet ohra
jfakkar kemm l-Awstralja kellha sehem qawwi f’kull gwerra.
Il-Maltin veterani li hargu jimmarcjaw iggieldu ghall-pajjizhom
Malta bhala allejati u ghalhekk ghandhom post addattat, spalla
ma’ spalla ma’ l-Awstraljani.
Illum dawn il-veterani dahlu sewwa
fiz-zmien u kull sena qed jonqsu fin-numru izda issa dahlet id-drawwa
li tista’ timmarcja wkoll jekk tkun qed tirrapprezenta lil xi
hadd fil-familja tieghek li serva fis-servizzi u ghandu l-midalji.
Il-Maltin f’NSW ghandhom ukoll fergha tar-Return Services
Leagues (RSL) u huma jmexxu l-marc ta’ l-Anzac. Dis-sena hadet
sehem ukoll il-banda Maltija OLQP ta’ Greystanes NSW. F'ras il-marc
kien hemm Tony Anastasi |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050516_AnzacDay05.jpg |
|
|
Ritratt tifkira tal-veterani Malti li mmarcjaw f'Anzac Day
fil-belt ta' Sydney:
Mix-xellug: Tony D'Anastasi, Guzeppi Muscat, Wistin Calleja,
Lorry Libreri, Jimmy Magro,
John Buhagiar, Joseph Taliana, George Viarella, Ganni Zammit,
Anthony Bezzina,
Anthony Grech u Joe Vella. |
| |
|
ta’ 74 sena li huwa l-Vici President ta' l-RSL
fergha Maltija. Izda ghall-ewwel sena il-Maltin gew
ipprovduti b’jeep li fiha kien hemm dawk li ma jifilhux
ghall-istrapazz tal-marc tul ir-rotta tal-marc.
Fil-jeep, li fuq
quddiem kellu bandiera Maltija kien hemm, Guzeppi Muscat 82 sena,
Lorry Libreri ta’ 86 sena, John Zammit ta’ 81 sena, u Joe
Taliana ta’ 82 sena. |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050516_AnzacDayJep.jpg |
|
|
Il-Jeep bil-bandiera maltija li biha
rikbu dawk
li ma felhux jimmarcjaw. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ghadd ta’ attivtajiet ohra |
| |
|
L-ewwel Sindku ta’
nisel Malti |
| |
|
Lura
fl-istorja Loreto York l-ewwel Sindku ta’ nisel
Malti fl-Awstralja gie mistieden lura lejn
Brunswick f’Melbourne ghall-Brunswick Heritage
Festival biex jitkellem dwar l-esperjenzi tieghu
fis-snin sebghin meta kien jokkupa din
il-posizzjoni. Iben Loreto, il-maghruf storiku
Dr Barry York tkellem ukoll dwar
il-kontribuzzjoni ta’ ommu Oliev York li barra
li kienet il-Mayoress kienet tikteb rapporti
ghall-gazzetta Brunswick Sentinel. |
|
|
|
|
Festa ta’ Maria
Annunzjata |
| |
|
F’Melbourne
saret il-festa ta’ Maria Annunzjata fil-knisja
kattolika ta’ Maidstone organizzata mit-tarxien
Social Club. Kien hemm quddiesa (healing mass)
minn Fr Denis Carabott mssp. Fr Andew Camilleri
niseg il-panergierku. Fis-sala tal-parrocca
saret serata bil-Malti. Saret ukoll
il-purcissjoni fl-inhawi tal-knisa bl-istatwa
artistika ta’ Maria Annunzjata li kienet giet
imzanzna fl-1977. Hadet sehem ukoll il-banda
Maltese Own Band Philhamonic Society . |
|
|
|
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050516_Annuzijata.jpg |
|
 |
|
L-istatwa
ta' l-Annunzjata f'Melbourne. |
|
|
|
|
|
Fancy
Dress Ball |
| |
|
Zewg
okazzjonijiet socjali wahda fil-Melita Stadium f’South
Granville NSW fejn gie organizzat Fancy Dress Ball minn
Tony Borg.
Kien hemm hafna kustumi karnavaleski li kienu iggudikati
minn Lino Vella u Charles Curmi.
Waqt li fil-Hamrun Club ta Marsden Park NSW gie ukoll
organizzat ghat-tieni sena nfila l-Karnival Malti.
Kien hemm ukoll wirja ta’ karozzi u muturi antiki. Ghal
dan il-karnival fil-Hamrun Club. kien hemm prezenti l-Onor
John Aquilina u l-Membru Parlamentari Federali Louise
Markus.
|
|
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050516_MelitaFancyDress.jpg |
|
 |
|
Fil-Melita Hall, jidhru dawk li hargu rebbieha fil-Fancy
Dress Ball. |
|
|
|
|
|
|
|