Imut Al Grassby,
missier il-multikulturalizmu fl-Awstralja |
|
|
|
Ma
damx wisq bhala Ministru Federali izda l-impatt tieghu fuq l-isfera
ta’ l-immigrazzjoni u l-multikulturalizmu kien kbir ferm. Albert
J.Grassby kien persuna li jekk tiltaqa’ mieghu ftit se tinsieh.
Kien illellex mhux biss fin-natural tieghu izda wkoll kif kien
jilbes b’dawk l-ingravati kkuluriti, jghajjtu kif nghidu
bil-Malti.
Hafna huma dawk li ma jirrejalizzawx l-ambjent li fiha hadem dan
il-politiku Laburista. Huwa difen ghal kollox il-politika
tal-partit tieghu, politika mibnija fuq ir-razzizmu, il-politika
ta’ White Australia li tant giet imbutatha minn Arthur Calwell.
Albert Grassby dahhal il-kuncett tal-multikulturalizmu fl-Awstralja
u baqa’ jimbutta dan il-principju tul il-hajja tieghu kollha, li
ntemmet wara marda twila fil-belt ta’ Canberra ftit gimghat ilu.
Fil-Gvern ta' Gough Whitlam dam Ministru ghall-Immigrazzjoni
mill-1972 sal-1974 u ma kienet xejn facli li jiftah berah
il-bibien ghat-tolleranza razzjali f’partit li kien iddominat
mill-moviment unjonista li dejjem oppona d-dhul ta’ iktar
barranin jekk ma jkunx hawn xoghol bizzejjed ghalihom.
Min qatt jista' jinsa li kien Al Grassby li fl-1974 tana l-istazzjoni
tar-radju u tat-TV ta' l-SBS fi zmien meta kien ghadhom iriduna
nassimilaw. Meta kienu jriduna nsiru Awstraljani instantanjament.
Kienet id-determinazzjoni ta' Al Grassby u
ohrajn bhalu li dawwru
ir-rotta ta' assimilazzjoni ghal wiehed ta' integrazzjoni,
kuncett wisq iktar addatt ghal Awstralja li kienet qed tikber u
tizviluppa b'eluf ta' barranin li gew minn kull naha ta’dinja.
Kien hu li dahhal il-kelma "ethnic" fil-vokabularju Awstraljan. |
|
 |
|
Albert Grassby |
|
|
|
Al Grassby kien jissimbolizza l-politiku tal-poplu,
dejjem kien vicin in-nies. Meta titlaqa' mieghu kien
jaghtik l-impressjoni li int l-aqwa habib tieghu.
Sar vicin ferm tal-Maltin u l-hbiberija ma' l-eks
Kummissarju Gholi ghal Malta fl- |
|
|
Awstralja, Joseph Forace hija leggendarja.

Albert Jaime Grassby twieled fi Queensland fl-1926, kien
ta’ dixxendenza Irlandiza/Spanjola. Beda l-politka
tieghu bhala Membru Statali ghal Murrumbidgee fejn dam
erba’ snin u wara lahaq bhala Membru Federali
ghar-Riverina. Wara li rtira mill-politika, inhatar
bhala l-ewwel Kummissarju ghar-Relazzjonijiet
tal-Komunita’ u kellu sehem kbir fit-tfassir ta’ l-Att
kontra d-Diskriminazzjoni Razzjali.
Fl-istess gimgha li miet Al Grassby, smajna wkoll
bil-mewt ta’ Sir Joh Bjelke Peterson li minn bidwi
tal-karawett (peanut farmer) dam jokkupa l-posizzjoni ta’
Premier ta’ Queensland iktar minn kull politiku iehor.
Huwa kellu 94 sena u kien il-kap tal-Country/Nationals
Party. Fl-ahhar tal-hajja politika tieghu gie
tahtil-lenti ta’ l-investigazzjoni tal-Fitzgerald
Inquiry li sabet korruzzjoni kbira fl-iStat ta’
Queensland. |
|
 |
|
Dr
Alfred Sant, Kap ta' l-Oppozizzjoni, Al Grassby u Dr Mark
L.Dimech,
National Manager Transport & Tourist Forum Australia |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Dawk li tilfu c-cittadinanza
Awstraljana |
|
|
|
Dan
l-ahhar ergajt kelli l-opportunita’ li niltaqa’ mal-Membru
Federali Parlamentari, Alan Cadman wiehed mill-iktar MP li
ilu jservi kontinwament fil-Parlament ta’ Canberra. Dan
il-politiku li jirrapprezentat lill-elettorat ta’ Mitchell
qalli li ghadu kemm ircieva twegiba ghar-rapprezentanza li
ghamel ghan-nom tal-Maltin fuq l-insitenza tieghi minghand
il-Ministru ghac-Cittadinanza u l-Affarijiet Multikulturali,
l-Onor Peter McGauran.

Il-Ministru McGauran kiteb li ha gost bl-interess li qieghed
juri dwar ir-rapport ricenti li hareg mill-Legal and
Constitutional Reference Committee wara l-inkjesta li saret
dwar l-Awstraljani |
|
|
|
li jghixu barra mill-Awstralja u se jaghti widen
ghall-veduti tar-rapport meta jaghti twegiba
ghar-rakkomandaz-zjonijiet li saru.
Fil-2002, il-Gvern Awstraljan introduca ghall-ewwel
darba provisti biex dawk l-Awstraljani li kienu cahdu c-cittadinanza
skond is-sezzjoni 18 ta’ l-Att dwar ic-Cittadinanza 1948
ikunu jistghu jergghu jakkwistawha. Il-bidla li saret
kienet tapplika biss ghal dawk li kienu taht l-eta ta’
25 sena. Dan sar skond ir-rakkomandazzjoni li kienet
saret mill-Australian Citizenship Council taht it-tmexxija
ta’ Sir Ninian Stephen.
Il-bdil fil-Att li gie mhabbar ftit ilu
jinkludi |
|
t-tnehhija
tal-limitu ta’ 25 sena u ghandu jigi mressaq quddiem
il-Parlament Awstraljan bhala
draft legislation
din is-sena.
Il-Ministru qal li ma jistghax jaghti zmien preciz meta
dan din il-legislazzjoni se tigi mressqa dis-sena ghax
iridu jigi meqjusa prijoritajiet li ghandu l-Gvern
Federali.
Dan it-tibdil, meta jigi effettwat, ikun ifisser li dawk
il-madwar elfejn Malti li twieldu l-Awstralja u li kienu
tilfu c-cittadinanza Awstraljana ghax baqghu jghixu
Malta u hadu c-cittadinanza Maltija jkollhom l-opportunita’
li jkunu jistghu japplikaw ghaliha mill-gdid. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Unur minn Hal Safi |
|
|
|
Sacerdot
Malti li ghandu konnessjoni kbira ta’ l-Awstralja gie moghti
gharfien misthoqq mill-Kunsill ta’ Hal Safi premju li giet
moghti f’Jum l-istess rahal.
Fr Vince Fenech zar l-Awstralja specjalment Sydney erba’ darbiet.
L-ahhar zjara tieghu kienet fl-2004 fejn ghandu hafna qraba u
sintendi lil ohtu Rita Kassas, is-segretarja ta’ l-editur ta’
The Maltese Herald.
Il-Kunsill Lokali ta’ Hal Safi jaghti dan il-premju lill-persuni
jew Ghaqda li jkunu ddistingwew ruhom f’xi qasam ta’ kultura,
filantropija, religjon, ambjent jew kamp sportiv favor ir-rahal.
Fr Vince bhal issa qieghed l-isptar wara marda li hakmitu
f’Jannar ta’ dis-sena u dan l-unur ma setghax wasal f’mument
ahjar ghax zgur li jkompli jqawwilu qalbu biex jasal
ghall-fejqan kemm jista’ jkun malajr.
Vincent Fenech twieled fil-Mosta f’Settembru 1955 u giet ordnata
sacerdot fil-Kon-Katidral ta’ San Gwann il-Belt fl-1981. Huwa
kien ukoll direttur spiritwali fl-iskola Umberto Colosso
fil-Hamrun. |
|
 |
|
Fr
Vince ma' whud mill-parrucani ta' Hal Safi. |
| |
|
Huwa serva bhala vici kappillan fil-parrocci ta’ San
Guzepp B’Kara u f’H’Attard, u bhala kappillan fl-Imgarr
Malta. Fis-sena 2000 inhatar kappillan ta’ Hal Safi fejn
ix-xoghol pastorali u socjali tieghu wassal biex sar
hafna gid u tkattret fuq
kollox l-ghaqda fir-rahal
|
|
ta’ Hal Safi.
Anke minn dawn il-kolonni nittamaw li Fr Vince imur lura
ghall-dmiru u jkompli biex finalment jeghleb l-marda li
hakmitu. Dejjem nifirhu bix-xoghol li jaghmlu dawk li
ghandhom f’qalbhom l-imhabba ghall-emigranti Maltin.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
F’Hobsons Bay Melbourne |
|
|
|
|
|
|
|
|
|